Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 16-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Irlanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser it-terminu legali “notifika tad-dokumenti” f’termini parttiċi? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-“notifika tad-dokumenti”? 1.
2. Liema dokumenti jridu jkunu nnotifikati formalment? 2.
3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument? 3.
4. Kif ikun innotifikat normalment id-dokument fil-prattika? 4.
5. X’jiġri meta f’każijiet eċċezzjonali n-notifika lill-persuna destinatarja nnifisha ma tkunx tista’ ssir (p.e. għax ma tkunx id-dar)? 5.
6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument kien innotifikat? 6.
7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna destinatarja ma tirċevix id-dokument jew in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (p.e. d-dokument ikun innotifikat lil persuna terza? Tista’ n-notifika tad-dokument tkun valida xorta (p.e. jista’ l-ksur tal-liġi jkun irrimedjat) jew irid isir sforz ġdid biex id-dokument ikun innotifikat? 7.
8. Irrid inħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm? 8.

 

1. Xi jfisser it-terminu legali “notifika tad-dokumenti” f’termini parttiċi? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-“notifika tad-dokumenti”?

Dan ifisser il-metodu li bih il-Prosekuturi/l-Atturi jinnotifikaw lill-partijiet fil-kawżi li jinfetħu fil-qrati.

Ir-regoli qegħdin hemm biex jiċċaraw il-metodi ta’ notifika aċċettati mill-qorti.

2. Liema dokumenti jridu jkunu nnotifikati formalment?

Id-dokumentazzjoni kollha li biha jinbdew il-proċeduri fid-District Circuit [il-Qorti tat-Talbiet iż-Żgħar tad-Distrett] jew il-High Court [il-Qorti Superjuri] (inklużi appelli minn qorti inferjuri) u kull dokumentazzjoni oħra sussegwenti b’rabta mal-proċeduri ċivili.

3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument?

Il-parti li jkun inħareġ id-dokument f’isimha jew persuna awtorizzata minnha fir-rigward għall-istess skop.

4. Kif ikun innotifikat normalment id-dokument fil-prattika?

Fid-District Court [il-Qorti Distrettwali], in-notifika tat-taħrikiet għal offiżi sommarji (minuri) tista’ ssir:

  1. bil-posta rreġistrata
  2. bil-posta mħallsa minn qabel bil-konsenja rreġistrata
  3. b’konsenja bl-idejn f’envelop issiġillat lil persuna li ma tkunx dik li jkun inħareġ id-dokument f’isimha
  4. b’notifika personali jew notifika ta’ persuna li jkollha ’l fuq minn sittax ’il sena, li tiġi mill-persuna konvenuta u li tkun tgħix magħha

Fil-proċeduri ċivili fis-Circuit Court [il-Qorti tat-Talbiet iż-Żgħar], prattikament id-dokumenti kollha huma nnotifikati bil-posta rreġistrata.

FuqFuq

Fil-High Court, l-Ordni 9 tar-Rules of the Superior Courts [ir-Regoli tal-Qrati Superjuri] jaħseb ukoll għan-notifika personali ta’ taħrika tal-ftuħ tal-kawża fir-rigward ta’ individwu u jaħseb ukoll għal notifika mhux personali fejn kien hemm diliġenza xierqa u raġonevoli fl-attentat li ssir in-notifika personali. L-Artikolu 379 ta’ l-Companies Act [l-Att dwar il-Kumpaniji] ta’ l-1963 jaħseb għan-notifika tat-taħrikiet imsemmija bil-posta ordinarja mħallsa minn qabel lill-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija. Id-dokumentazzjoni sussegwenti normalment tkun notifikata bil-posta rreġistrata. (Ara l-Ordni 121 RSC, 1986 kif emendata).

5. X’jiġri meta f’każijiet eċċezzjonali n-notifika lill-persuna destinatarja nnifisha ma tkunx tista’ ssir (p.e. għax ma tkunx id-dar)?

Jekk il-metodu ta’ notifika ta’ dokument bil-posta rreġistrata/personalment ma jirnexxix, huwa f’idejn il-persuna attriċi jew ir-rappreżentant/(a) legali tagħha biex jagħmlu rikors fil-qorti rilevanti għal metodu alternattiv ta’ notifika, normalment posta ordinarja mħallsa minn qabel.

6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument kien innotifikat?

Fid-District u s-Circuit Court, meta n-notifika ssir bil-posta rreġistrata tinħalef dikjarazzjoni statutorja mill-persuna li mpustat l-envelop, mhux qabel għaxart ijiem wara l-jum li jkun impustat l-envelop, u jkun esebit iċ-ċertifikat tal-pustaġġ.

Fil-High Court, jinħalef affidavit ta’ notifika mill-persuna li għamlet in-notifika bħala prova neċessarja għall-qorti. Fil-każ ta’ taħrika tal-ftuħ tal-kawża, id-dettalji tan-notifika għandhom ikunu ffirmati fuq l-istess taħrika fi żmien tlett ijiem min-notifika u l-affidavit tan-notifika personali għandu jsemmi dan.

7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna destinatarja ma tirċevix id-dokument jew in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (p.e. d-dokument ikun innotifikat lil persuna terza? Tista’ n-notifika tad-dokument tkun valida xorta (p.e. jista’ l-ksur tal-liġi jkun irrimedjat) jew irid isir sforz ġdid biex id-dokument ikun innotifikat?

Jista’ jsir rikors fid-District Circuit u l-High Court biex titwarrab kull ordni magħmula meta avviż tas-smigħ quddiem il-qorti ma jasalx, wara li jkun innotifikat bil-posta rreġistrata.

8. Irrid inħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm?

L-uniku ħlas huwa dak tal-pustaġġ jew ħlas ta’ l-aġent fejn jinżamm ħlas bħal dan.

Aktar tagħrif

  • Courts Service - Ireland English

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 16-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit