Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 05-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Jekk ikollok tibgħat att barra l-Unjoni, hemm konvenzjonijiet internazzjonali li jistgħu jiffrankawlek il-ħin.

Jekk tiġi nvolut fi proċeduri legali, ikollok tibgħat diversi dokumenti lill-parti l-oħra fit-tilwima u tirċevi oħrajn mingħandha. F’termini legali, trid tinnotifika l-atti.

Il-Konvenzjoni ta' l-Aja ta’ l-1965 English - français tistabblixxi sistema għat-trażmissjoni ta' dokumenti permezz ta’ l-awtoritajiet ċentrali maħturin minn kull waħda mill-partijiet kontraenti.

Taħt din is-sistema, d-dokumenti li għandek bżonn tibgħat barra jiġu mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħek lill-awtorità ċentrali maħtura mill-Istat in kwistjoni, li timpenja ruħha li tinnotifikahom lid-destinatarju. L-awtorità ċentrali ma tistax titlob xi formalitajiet żejda bħal legalizzazzjoni.

Il-Konvenzjoni ma tipprekludix l-Istati kontraenti milli jipprovdu għal jew jaċċettaw sistemi aktar sempliċi, eż. il-possibbiltà li tibgħat l-atti lid-destinatarji direttament bil-posta.

L-arranġamenti tal-Konvenzjoni ta' l-Aja japplikaw jekk inti trid tibgħat dokumenti fi Stat li mhux membru ta' l-Unjoni Ewropea jew fid-Danimarka.

L-Awstrija mhix parti għall-Konvenzjoni.

Madankollu, għall-Istati Membri ta’ l-UE barra d-Danimarka, il-Konvenzjoni ġiet sostitwita bir-Regolament tad-29 ta' Mejju 2000 dwar in-notifika ta' atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f'materji ċivili u kummerċjali.

Fl-aħħarnett, jeżistu ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux ta’ l-UE, li għalihom hemm referenza fuq il-paġni ta' l-Istati Membri kkonċernati.

Dokumenti ta' referenza

  • Il-Konvenzjoni English - français ta' l-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-Notifika f’Pajjiżi Barranin ta' Atti Ġudizzjarji u Extra-ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali
  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit