Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 14-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser it-terminu legali “notifika tad-dokumenti” f’termini prattiċi? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-“notifika tad-dokumenti”? 1.
2. Liema dokumenti jridu jiġu nnotifikati formalment? 2.
3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument? 3.
4. Kif ikun innotifikat normalment id-dokument fil-prattika? 4.
5. X’jiġri meta f’każijiet eċċezzjonali n-notifika lill-persuna destinatarja nnifisha ma tkunx tista’ ssir (eż. għax ma tkunx id-dar)? 5.
6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument kien innotifikat? 6.
7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna destinatarja ma tirċevix id-dokument li suppost tkun innotifikata bih jew in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (eż. d-dokument ikun innotifikat lil persuna terza)? 7.
8. Irrid inħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm? 8.

 

1. Xi jfisser it-terminu legali “notifika tad-dokumenti” f’termini prattiċi? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-“notifika tad-dokumenti”?

"Notifika" tfisser in-notifika ta’ l-istqarrijiet bil-miktub u tad-deċiżjonijiet li trid issir u tkun iċċertifikata fil-forma statutorja. In-notifika tfisser li tagħmilha possibbli li persuna tagħti kas ta’ dawn id-dokumenti. In-notifika tgħin biex ikun iggarantit id-dritt tad-difiża u biex tkun żgurata proċedura ġusta.

In-notifika hija maħsuba biex tiggarantixxi li d-destinatarju fil-fatt isir jaf bil-pass proċedurali, jew għall-inqas biex tagħmilha possibbli li wieħed isir jaf bla ebda impediment. L-għan tan-notifika ta’ xi dokument huwa għalhekk li tavża bil-kontentut tagħha. Li attwalment jingħata kasha huwa f’idejn id-destinatarju.

Irid ikun possibbli li l-parti li tagħmel l-arranġamenti għan-notifika tipprova d-data meta dokument ġie kkonsenjat lid-destinatarju u l-mod li saret bih. Ir-raġuni għal din il-ħtieġa hija ċ-ċertezza legali.

2. Liema dokumenti jridu jiġu nnotifikati formalment?

M’hemm l-ebda dispożizzjoni statutorja konklussiva dwar liema dokumenti speċifiċi iridu jkunu nnotifikati formalment.

Id-dokumenti iridu jkunu nnotifikati awtomatikament fejn in-notifika tagħhom hija ordnata bil-liġi jew mill-qorti (L-Artikolu 166(2) tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili Ġermaniżi (Zivilprozessordnung - ZPO).

In-notifika bl-instigazzjoni tal-partijiet issir fejn dan is-servizz hija ordnata bil-liġi bħal fil-każ ta’ arrest, inġunzjoni provviżorja jew ordni ta’ sekwestru u ordni ta’ trasferiment (L-Artikolu 191 ZPO).

FuqFuq

In-notifika formali hija meħtieġa kulmeta jkun espedjenti u kulmeta tkun meħtieġa għaċ-ċertezza legali, ngħidu aħna għax huwa biss il-fatt tan-notifika li jistabbilixxi d-drittijiet jew li bis-saħħa tiegħu tibda għaddejja l-preskrizzjoni. In-notifika tat-taħrikiet jew tad-deċiżjonijet u l-ordnijiet tal-qorti li jistgħu jkunu kkontestati b’appell minnufih huma għalhekk eżempji ta’ dokumenti li jridu, bil-liġi, ikunu nnotifikati.

3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument?

Trid issir distinzjoni bejn notifika uffiċjali u notifika bl-instigazzjoni tal-partijiet.

Fil-każ ta’ notifika uffiċjali, in-notifika ssir, fil-prinċipju, mir-reġistratur ta’ l-uffiċċju tal-qorti fejn il-kawża diġà hija u għadha pendenti (L-Artikolu 168(1) ZPO). Ir-reġistratur jista’ jagħżel il-metodu tan-notifika skond id-diskrezzjoni tiegħu stess.

Huwa għandu dawn il-possibilitajiet:

  • Jista’ ngħidu aħna jinnotifika prokuratur legali filwaqt li tinħareġ dikjarazzjoni ta’ riċevuta (L-Artikolu 174 ZPO).
  • Jista’ jinnotifika lid-destinatarju tad-dokument jew lir-rappreżentant leġittimu tiegħu huwa nnifsu billi jibgħat id-dokument lid-dipartiment uffiċjali (L-Artikolu 173 ZPO).
  • Jista’ jagħti istruzzjonijiet lill-uffiċċju tal-posta biex dan iwettaq in-notifika, bħala kumpanija b’sottokuntratt. Huwa jista’ f’dan iż-żmien, bħala sottogrupp speċjali, jagħżel li jinnotifika b’konsenja reġistrata filwaqt li tinħareġ dikjarazzjoni ta’ riċevuta (L-Artikolu 175 ZPO).
  • Huwa jista’ jagħti istruzzjonijet lil uffiċjal tal-qorti biex jagħmel notifika.

F’għadd ta’ każijiet iffissati bil-liġi, l-imħallef huwa responsabbli għall-arranġamenti biex issir in-notifika, ngħidu aħna fil-każ ta’ notifika barra mill-pajjiż (L-Artikoli 183, 184) jew fil-każ ta’ notifika pubblika (L-Artikoli 186, 187).

FuqFuq

Notifika fuq l-instigazzjoni tal-partijiet issir fil-prinċipju permezz tal-marixxall tal-qorti. Dan jingħata l-istruzzjonijiet jew direttament mill-parti jew b’arranġament ma’ l-uffiċċju tal-qorti li jittratta l-kwistjonijiet proċedurali (L-Artikolu 192).

Min-naħa tiegħu, il-marixxall tal-qorti jista’ jagħti istruzzjonijiet lill-uffiċċju tal-posta biex jagħmel in-notifika (L-Artikolu 194).

4. Kif ikun innotifikat normalment id-dokument fil-prattika?

It-tip ta’ notifika li niltaqgħu magħha l-iktar fil-prattika hija notifika uffiċjali. Din normalment issir permezz ta’ l-uffiċċju tal-posta.

Għal dan il-għan, ir-reġistratur jagħti istruzzjonijiet lill-uffiċċju tal-posta biex dan iwettaq in-notifika u jgħaddi d-dokument li jrid jiġi nnotifikat, f’envelopp issiġillat u bil-formola taċ-ċertifikat tan-notifika mħejjija (L-Artikolu 176 ZPO). L-impjegat ta’ l-uffiċċju tal-posta mbagħad jagħmel in-notifika. Tingħata prijorità lil notifika tad-dokument direttament lid-destinatarju; fi kliem ieħor, id-dokument irid jingħadda lid-destinatarju personalment. Din il-konsenja tista’ ssir kullimkien u mhix marbuta ma’ xi post speċifiku (L-Artikolu 177 ZPO).

Id-destinatarju, għall-għan ta hawn fuq, huwa l-persuna li d-dokument huwa maħsub għalih, ir-rappreżentant legali tiegħu (L-Artikolu 170 ZPO) jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu (L-Artikolu 171 ZPO).

Wara li jagħmel in-notifika, l-impjegat ta’ l-uffiċċju tal-posta jimla l-formola taċ-ċertifikat tan-notifika u jibgħata lura minnufih l-uffiċċju tal-qorti bħala prova tan-notifika.

FuqFuq

Jekk il-parti tkun irrappreżentata minn avukat, in-notifika normalment issir lill-avukat u tinħareġ dikjarazzjoni ta’ riċevuta (L-Artikoli 171, 174 ZPO). Wara li jirċievi d-dokument, l-avukat jibngħat id-dikjarazzjoni ta’ riċevuta lura lill-qorti, iffirmata minnu.

Jekk iż-żewġ partijiet ikunu rrappreżentati minn avukat, in-notifika tista ssir bejn one avukat u ieħor (L-Artikolu 195 ZPO). Dan japplika wkoll għad-dokumenti li jkunu jridu jiġu nnotifikati uffiċjalment, sakemm il-kontroparti ma jkunx irid jiġi nnotifikat  fl-istess ħin b’ordni tal-qorti. Id-dokument irid ikun fih id-dikjarazzjoni li qed issir notifika bejn l-avukati. F’dan il-każ ukoll, id-dikjarazzjoni ta’ riċevuta ddatata u ffirmata tikkostitwixxi prova ta’ notifika.

5. X’jiġri meta f’każijiet eċċezzjonali n-notifika lill-persuna destinatarja nnifisha ma tkunx tista’ ssir (eż. għax ma tkunx id-dar)?

Meta ma tkunx tista ssir notifika diretta lid-destinatarju, tista ssir "notifika sostituta".

5.1.

L-ewwel possibbilta’ hija notifika sostituta fir-residenza, fil-post tan-negozju u f’istituzzjonijiet (L-Artikolu 178 ZPO). Skond din, notifika sostituta tista’ ssir jekk il-persuna li tird tiġi nnotifikata ma tinstabx fir-residenza tagħha, fil-post tan-negozju jew f’istituzzjoni komunali fejn tgħix.

Notifika sostituta issir bil-konsenja tad-dokument lil waħda minn dawn il-persuni:

  • membru adult tal-familja, persuna impjegata fil-familja jew resident konġunt adult permanenti fir-residenza tad-destinatarju.
  • fil-post tan-negozju tad-destinatarju, lil persuna impjegata hemm.
  • f’istituzzjonijiet, jew il-maniġer jew rappreżentant awtorizzat għal dan il-għan.

Madanakollu, notifika sostituta ma tistax issir lill-persuni msemmija hawn fuq jekk dawn ikuni involuti fil-kawżi bħala kontroparti tal-persuna li trid tiġi nnotifikata.

FuqFuq

5.2.

Jekk ma setgħetx issir notifika sostituta fir-residenza jew fil-post tan-negozju, in-notifika sostituta tista’ ssir billi d-dokumenti jitqiegħdu fil-kaxxa ta’ l-ittri (L-Artikolu 180 ZPO). Id-dokument imbagħad irid jitqiegħed fil-kaxxa ta’ l-ittri tar-residenza jew tal-post tan-negozju.

5.3.

Jekk ma tkunx tista’ ssir notifika sostituta fl-istituzzjoni fejn jgħix id-destinatarju jew notifika sostituta billi d-dokument jitqiegħed fil-kaxxa ta’ l-ittri, in-notifika sostituta tista’ ssir bid-depożitu tad-dokument li jrid jiġi nnotifikat (L-Artikolu 181 ZPO).

Id-dokument jista’ jiġi ddepożitat jew l-uffiċju tal-qorti distrettwali f’liema ġurisdizzjoni jinsab il-lokal tan-notifika jew, jekk l-uffiċċju tal-posta jingħata istruzzjonijiet biex jagħmel in-notifika, f’post fil-lokal tan-notifika li jiġi speċifikat mill-uffiċċju tal-posta.

Id-destinatarju irid jingħata notifika bil-miktub dwar l-iddepożitar tad-dokumenti, bis-soltu mod li jintuża għall-ittri ordinarji. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-avviż irid jitwaħħal mal-bieb tar-residenza, il-post tan-negozju jew l-istituzzjoni.

Id-dokument iddepożitat irid jibqa’ disponibbli biex jinġabar matul perjodu ta’ tliet xhur u mbagħad jintbagħat lura lill-mittent jekk ma jkunx inġabar.

5.4.

Jekk id-destinatarju ikun id-dar imma jirrifjuta li jaċċetta d-dokument, trid issir distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • Jekk huwa leġittimu li jirrifjuta d-dokument, in-notifika trid issir b’mod vaalidu mill-ġdid. Ir-rifjut huwa leġittimu ngħidu aħna fejn indirizz ma jkunx tajjeb jew id-destinatarju ikun indikat b’mod mhux preċiż.
  • Fejn ma jkunx leġittimu li jirrifjuta d-dokument, dan irid jitħalla fir-residenza jew fil-post tan-negozju. Jekk id-destinatarju m’għandu l-ebda residenza jew post tan-negozju, dan irid jintbagħat lura lill-mittent (L-Artikolu 179 ZPO).

In-notifika sostituta ssir valida meta titwettaq: in-notifika hija fittizja. Id-dokument għalhekk jitqies li ġie nnotifikat meta tingħata l-istqarrija bil-miktub. Għalhekk, huwa immaterjali jekk id-destinatarju attwalment jircevix id-dokument. Huwa immaterjali wkoll jekk isirx jaf bl-eżistenza tad-dokument.

FuqFuq

6. Hemm xi prova bil-miktub li d-dokument kien innotifikat?

Iva. Irid jitħejja ċertifikat fuq il-formola pprovduta għal dan il-għan u din trid tintbagħat lura l-uffiċċju tal-qorti bla dawmien (L-Artikolu 182 ZPO) sabiex tkun ippruvata n-notifika. Dan iċ-ċertifikat ukun fih id-dettalji kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata n-notifika, partikularment:
  • id-dettalji tal-persuna li trid tiġi nnotifikata,
  • id-dettalji tal-persuna lil min ġie kkonsenjat id-dokument,
  • il-post, id-data u anki, fejn ikun ordnat mill-qorti, il-ħin tan-notifika,
  • l-isem sħiħ u l-firma tal-persuna li tagħmel in-notifika u, fejn japplika, id-dettalji tal-kumpanija li jingħatawla l-istruzzjonijiet jew ta’ l-awtoritajiet pubblika mitluba tagħmel in-notifika.

Jekk in-notifika issir fuq l-instigazzjoni tal-partijiet, iċ-ċertifikat tan-notifika jrid jintbagħat lill-parti li f’isimha sarer in-notifika (L-Artikolu 193(3) ZPO).

Fil-każijiet ta notifika sostituta, japplikaw għadd ta’ karatteristiċi speċjali: f’dawn il-każijiet, ir-raġuni tan-notifika sostituta trid dejjem tkun inkluża fiċ-ċertifikat. Jekk in-notifika sostituta ssir bid-depożizzjoni, il-mod li bih ingħatat in-notifika bil-miktub tad-depożizzjoni irid jitniżżel fiċ-ċertifikat. Jekk l-aċċettazzjoni tad-dokument ġiet irrifjutata illeġittimament, irid jitniżżel fiċ-ċertifikat min irrifjutaha u jekk l-ittra tħallietx fil-post tan-notifika jew intbagħtitx lill-mittent.

F’ċerti każi ffissati mil-liġi, mhu meħtieġ l-ebda ċertifikat tan-notifika bħala prova:

  • Fil-każ ta’ notifika b’konsenja lid-dipartiment uffiċjali tal-qorti, nota li ssir fil-fajls u fuq id-dokument, li n-notifika saret, tikkostitwixxi prova tan-notifika (L-Artikolu 173, it-tieni sentenza, ZPO).
  • Jekk in-notifika ssir lil avukat, dikjarazzjoni ta’ riċevuta mill-avukat hija biżżejjed bħala prova (L-Artikolu 174(1) u (4) ZPO).
  • Jekk in-notifika ssir bil-konsenja rreġistrata ta’ l-ittra filwaqt li tinħareġ dikjarazzjoni ta’ riċevuta, id-dikjarazzjoni ta’ riċevuta hija biżżejjed bħala prova (L-Artikolu 175, it-tieni sentenza, ZPO).
  • L-istess japplika jekk in-notifika issir barra mill-pajjiż bil-konsenja rreġistrata filwaqt li tinħareġ dikjarazzjoni ta’ riċevuta (L-Artikolu 183(1) (1), l-Artikolu 183(2), l-ewwel sentenza, ZPO).
  • Jekk in-notifika issir barra mill-pajjiż bl-assistenza ta’ l-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż barrani jew ir-rappreżentanza konsulari tal-Gvern Federali Ġermaniż jew Uffiċċju ta’ l-Affarijiet Barranin, in-notifika tiġi ppruvata b’ċertifikat mill-awtorità pubblika mitluba tassisti (L-Artikolu 183(1) (2), (3), l-Artikolu 183(2), it-tieni sentenza, ZPO).

7. X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna destinatarja ma tirċevix id-dokument li suppost tkun innotifikata bih jew in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (eż. d-dokument ikun innotifikat lil persuna terza)?

7.1.

Notifika li ssir b’mod ieħor għajr bil-forma ordna bil-liġi tkun invalida fil-prinċipju, jekk inkisru dispożizzjonijiet importanti.

FuqFuq

Il-liġi tippermetti eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju li jqisu l-għan of notifika, jiġifieri l-provvediment tal-prova ta’ jekk u meta min irċieva n-notifika rċieva d-dokument li kellu jiġi nnotifikat.

Kull rimedjar tal-ksur tal-liġi isir bil-kondizzjoni li d-dokument attwalment wasal għand id-destinatarju. Jekk dan ikun il-każ, jitqies li d-dokument ġie nnotifikat f’dak il-waqt (L-Artikolu 189 ZPO).

Il-ksur tad-dispożizzjonjiet dwar in-notifika jiġi rrimedjat b’effett retroattiv u mhux fid-diskrezzjoni tal-qorti. L-effett tar-rimedjar jirriżulta anki jekk in-notifika twassal biex jibda għaddej perjodu statutorju, jiġifieri perjodu  li ma jistax jiġi emendat.

7.2.

Jekk id-destinatarju ma jirċevix id-dokument li jrid jiġi nnotifikat, trid issir distinzjoni:

  • Jekk in-notifika issir bi ksur ta’ dispożizzjonijiet sostanzjali, il-possibilità ta’ rimedjar tieqaf tapplika. In-notifika, għalhekk, tkun invalida u trid issir mill-ġdid.
  • Jekk in-notifika tkun saret skond id-dispożizzjonijiet statutorji, in-notifika titqies li saret. Dan joħroġ mid-dispożizzjonijiet dwar in-notifika sostituta. In-nuqqas ta’ għarfien dwar in-notifika li ma jkunx tort tad-destinatarju, madanakollu, jippermetti t-treġġiħ lura għall-pożizzjoni ta’ qabel skond l-Artikoli 230 et seq. ZPO.

8. Irrid inħallas għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm?

Trid issir distinzjoni bejn notifika uffiċjali u notifika fuq l-instigazzjoni tal-partijiet.

Fil-każ ta’ notifika uffiċjali, jiġu applikati l-ħlasijiet postali sħaħ fil-prinċipju fir-rigward ta’ notifika, filwaqt li jinħareġ ċ-ċertifikat tan-notifika, jew issir konsenja rreġistrata, filwaqt li ssir dikjarazzjoni tal-konsenja. Fil-każ ta’ notifika minn uffiċjali tal-qorti, id-dritt huwa ffissat bir-rata ta’ €7.50 kull notifika minflok l-ispiża attwali.

Notifika fuq l-instigazzjoni tal-partijiet issir mill-marixxall tal-qorti. Il-marixxall tal-qorti jitlob dritt ta’ €2.50 biex jagħmel l-arranġamenti għal notifika bil-posta. L-ispejjeż li jkun hemm biex isiru l-kopji meħtieġa u għall-ħlasijiet postali jiżdiedu ma’ dan. Jekk ikun meħtieġ li dokument ikkonsenjat lill-marixxall tal-qorti għall-għanijiet ta’ notifika jiġi ċċertifikat, ikun irid jitħallas dritt separat fuq id-dokument b’rata fissa. Għall-ewwel ħamsin paġna, din hija ta’ €0.50 kull paġna, u mbagħad €0.15 għal kull paġna oħra.

Jekk in-notifika ssir mill-marixxall tal-qorti personalment, id-dritt huwa ta’ €7.50. F’dan il-każ, il-marixxall irid jitħallas ukoll l-ispejjeż ta’ l-ivjaġġar f’ammont bejn €2.50 u €10.00, skond id-distanza li jrid jagħmel sabiex isib lid-destinatarju.

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit