Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti

L-aħħar aġġornament: 04-11-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Li tibgħat att ġudizzjarju jammonta għal aktar milli sempliċiment timposta ittra.

Jekk tkun involut fi proċeduri legali, ikollok tibgħat diversi dokumenti lill-parti l-oħra fit-tilwima u tirċievi oħrajn mingħandha. F'terminu legali, trid tinnotifika l-atti.

L-ewwel wieħed minn dawn l-atti normalment ikun iċ-ċitazzjoni, li biha l-parti l-oħra tiġi notifikata li l-proċeduri bdew.

Imma, kif il-proċeduri jiżvolġu, jista' jkun hemm oħrajn bħal appelli, eċċezzjonijiet, inġunzjonijiet, eċċ. Fl-aħħar tal-proċeduri, id-deċiżjoni tal-qorti tiġi notifikata lill-partijiet.

Numru ta' dokumenti extra-ġudizzjarji, bħal atti awtentikati minn nutar, jistgħu ukoll ikollhom jiġu trażmessi.

L-Istati Membri kollha għandhom regoli mfassla biex jiggarantixxu li l-atti tassew jitwasslu lill-partijiet, billi jistabbilixxu ċerti formalitajiet għan-notifika.

F'ċerti pajjiżi l-qorti nfisha tassumi l-kompitu li tibgħat l-atti. F'oħrajn ikollok tieħu l-inizjattiva inti stess.

Il-metodi kif jitwasslu tali atti jistgħu ukoll ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, pereżempju jista' jkun li jkollhom jiġu kkunsinnati bl-idejn jew tista' tkun awtorizzat li tibgħathom bil-posta.

L-ispejjeż ta' dawn il-formalitajiet ivarjaw ukoll. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu koperti mill-għajnuna legali disponibbli għal persuni li ma jkollhomx flus biżżejjed biex iħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri huma stess.

Ikklikkja fuq il-bandiera ta' kull Stat Membru u ssib l-informazzjoni li għandek bżonn fuq is-sistemi ta' notifika ta' l-atti f'dak il-pajjiż.

Jekk ikollok tibgħat atti fi Stat Membru differenti minn dak li inti residenti fih, tajjeb li tkun taf li l-proċeduri rilevanti huma stabbiliti fir-Regolament Ewropew adottat fl-2000. Dan jista' jiffrankalek il-ħin. Biex issir taf aktar, ikklikkja fuq l-ikona "Il-liġi tal-Komunità".

Hemm ukoll konvenzjoni internazzjonali, konkluża fil-1965, li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżi mhux membri ta' l-UE li huma parti mill-konvenzjoni. Biex issir taf aktar, ikklikkja fuq l-ikona "Il-liġi internazzjonali".

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-11-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit