Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Franza

L-aħħar aġġornament: 16-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Franza

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser il-“Komunikazzjoni u Notifika ta’ l-Atti” f’termini prattiċi? Għalfejn jeżistu proċeduri speċifiċi għall-komunikazzjoni u n-notifika ta’ l-atti? 1.
2. Liema għandhom ikunu l-atti notifikati jew ikkomunikati uffiċjalment? 2.
3. Min jista’ jinnotifika jew jikkomunika att? 3.
4. Kif jista’, fil-prattika, l-att ikun notifikat jew ikkomunikat? 4.
5. X’jiġri jekk, eċċezzjonalment, ma jkunx possibbli li ssir notifika jew komunikazzjoni direttament lid-destinatarju (per eżempju, għaliex ma jkunx qiegħed id-dar)? 5.
6. Teżisti prova bil-miktub li l-att kien innotifikat jew ikkomunikat? 6.
7. X’inhuma l-konsegwenzi tal-komunikazzjoni jew notifika magħmula bi ksur tal-liġi jew jekk il-persuna interessata ma tkunx irċiviet l-att (per eżempju l-att ikun innotifikat jew ikkomunikat lil terza persuna)? In-notifika jew il-komunikazzjoni tista’ xorta tkun valida? (Fi kliem ieħor, hemm xi rimedju għall-ksur tal-liġi?) Jew ikun hemm bżonn ta’ preżentazzjoni mill-ġdid ta’ l-att? 7.
8. Hemm xi spejjeż għall-komunikazzjoni jew notifika ta’ att? Jekk iva, kemm? 8.

 

1. Xi tfisser il-“Komunikazzjoni u Notifika ta’ l-Atti” f’termini prattiċi? Għalfejn jeżistu proċeduri speċifiċi għall-komunikazzjoni u n-notifika ta’ l-atti?

In-notifika hi l-formalità li permezz tagħha persuna tkun mgħarrfa b’att. Il-komunikazzjoni hu l-isem mogħti għan-notifika meta din issir minn uffiċjal tal-Qorti.

Ċerti atti (taħrikiet, sentenzi dwar materji mhux kontenzjużi) huma notifikati. Iżda huma għandhom ikunu kkomunikati jekk ikun deċiż li n-notifika ma tkunx saret lid-destinatarju.

L-eżistenza ta’ proċeduri speċifiċi fil-qafas tan-notifika ta’ l-atti proċedurali hi spjegata mill-importanza tal-formalitajiet imwettqa matul kawża fil-Qorti: hu wara li jsiru n-notifiki li ċertu limiti ta’ żmien jibdew japplikaw, per eżempju biex tidher quddiem awtorità ġudizzjarja jew biex tressaq appell.

2. Liema għandhom ikunu l-atti notifikati jew ikkomunikati uffiċjalment?

L-atti importanti kollha ta’ kawża fil-Qorti għandhom ikunu mgħarrfa lill-parti l-oħra: it-talba li tkun tressqet quddiem il-Qorti, il-konklużjonijiet, is-sentenza, eċċ

3. Min jista’ jinnotifika jew jikkomunika att?

Il-liġi teżiġi li ċertu atti jkunu kkomunikati, li jfisser mgħoddija għall-għarfien tal-parti l-oħra minn uffiċjal tal-Qorti jew marixxall. Il-marixxall, uffiċjal ministerjali, hu l-unika persuna li għandha l-awtorità biex teżegwixxi l-komunikazzjonijiet. Din l-awtorità tista’ tiġi spjegata minn konsiderazzjonijiet ta’ sikurezza marbuta ma’ l-importanza tal-proċedura.

FuqFuq

Atti oħra jistgħu jkunu nnotifikati fil-forma ordinarja, li jfisser:

  • permezz tal-posta, bl-ispejjeż imħallsa mill-Posta,
  • permezz ta’ l-għoti ta’ l-att lid-destinarju mir-reġistratur tal-Qorti fuq preżentazzjoni ta’ dokument ta’ identifikazzjoni jew riċevuta.

Fir-rigward tan-notifika u l-komunikazzjoni ta’ att li joriġina minn jew li sejjer lejn Stat ta’ l-Unjoni Ewropea, japplika r-Regolament 1348/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 tal-Kunsill dwar il-komunikazzjoni u n-notifika ta’ l-atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji ta’ natura ċivili u kummerċjali.

Taħt dan ir-Regolament, Franza pprovdiet sabiex il-marixxalli u r-reġistraturi tal-ġuriżdizzjonijiet ikunu kompetenti biex jibagħtu l-atti fl-Istati Membri. B’mod ġenerali, l-Kamra Nazzjonali tal-Marixxalli hi kompetenti biex tirċievi atti li joriġinaw minn Stati Membri oħra:

Chambre nationale des huissiers de justice,
Service des actes étrangers,
44, rue de Douai,
F - 75009 Paris.

4. Kif jista’, fil-prattika, l-att ikun notifikat jew ikkomunikat?

Fir-rigward tal-komunikazzjoni, il-marixxall kompetenti hu dak li għandu r-residenza fil-Qorti tal-Maġistrati li għandha l-kompetenza fuq il-post tar-residenza tad-destinatarju ta’ l-att. Il-marixxall jippreżenta ruħu fir-residenza tad-destinatarju bejn is-6 ta’ filgħodu u d-9 ta’ filgħaxija fil-jiem tax-xogħol. Jekk dan ikun preżenti, l-att jingħata lilu direttament.

In-notifika permezz tal-posta għandha ssir permezz ta’ envelopp jew fowlder magħluq. Meta n-notifika ssir b’ittra sempliċi, il-pustier jitfa’ l-posta fil-kaxxa ta’ l-ittri tad-destinatarju.

FuqFuq

Legalment, komunikazzjonijiet bil-faks jew bil-posta elettronika mhumiex validi.

5. X’jiġri jekk, eċċezzjonalment, ma jkunx possibbli li ssir notifika jew komunikazzjoni direttament lid-destinatarju (per eżempju, għaliex ma jkunx qiegħed id-dar)?

Fir-rigward tan-notifika permezz ta’ ittra reġistrata, jekk id-destinatarju jkun assenti, jitħalla avviż fir-residenza tad-destinarju u l-pustier iżommha għal ħmistax –il ġurnata għad-dispożizzjoni tiegħu fl-uffiċċju postali li taħtu taqa’ dik ir-residenza. Jekk il-posta ma tinġabarx f’dan il-limitu ta’ żmien, din tintbagħat lura lil min bagħta.

Fir-rigward tal-komunikazzjoni, jekk il-komunikazzjoni diretta lill-persuna mhix possibbli, kopja ta’ l-att tista’ tintbagħat mill-marixxall lil kull persuna li tkun tinsab fir-residenza, lill-gwardjan tal-bini jew fl-aħħarnett, lill-ġâr. Jekk il-marixxall, wara li jkun żgura ruħu mill-korrettezza tad-domiċilju jew tar-residenza tad-destinatarju ta’ l-att, ma ltaqa’ ma’ l-ebda persuna li tista’ jew trid tirċievi l-att, dan għandu jiddepożitah fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali. L-att jinżamm fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tar-residenza tad-destinatarju għal perjodu ta’ tliet xhur.

F’dawn iż-żewġ każi, il-marixxall għandu jħalli avviż fil-kaxxa ta’ l-ittri tad-destinatarju fejn jinfurmah li kien għadda għandu. Jekk id-destinatarju ma jkunx jista’ jinstab, u l-post tar-residenza jew il-post tax-xogħol tiegħu jkunu ġew imfittxija mingħajr riżultat, il-marixxall għandu jfittex ir-residenza l-ġdida tad-destinatarju. Hu għandu jżomm rapport tar-riċerki mingħajr riżultat li wettaq u jibgħat, bil-posta, kopja ta’ l-att b’ittra reġistrata b’konferma tal-wasla.

FuqFuq

6. Teżisti prova bil-miktub li l-att kien innotifikat jew ikkomunikat?

Fir-rigward ta’ ittra reġistrata b’konferma tal-wasla, il-prova li l-att kien imwassal jirriżulta mill-firma ta’ l-interessat fejn jikkonferma li rċieva l-posta li wara tintbagħat lil min bagħta.

Għall-komunikazzjoni, dak li jitniżżel mill-marixxall fuq ir-rapporti tal-konferma jservu ta’ konferma sakemm ma jkunx muri l-kuntrarju.

7. X’inhuma l-konsegwenzi tal-komunikazzjoni jew notifika magħmula bi ksur tal-liġi jew jekk il-persuna interessata ma tkunx irċiviet l-att (per eżempju l-att ikun innotifikat jew ikkomunikat lil terza persuna)? In-notifika jew il-komunikazzjoni tista’ xorta tkun valida? (Fi kliem ieħor, hemm xi rimedju għall-ksur tal-liġi?) Jew ikun hemm bżonn ta’ preżentazzjoni mill-ġdid ta’ l-att?

Il-ksur tal-kondizzjonijiet meħtieġa mil-liġi li jikkonċernaw b’mod partikolari l-kondizzjonijiet ta’ forma meħtieġa għall-komunikazzjoni ta’ l-atti ta’ proċedura tista’ twassal għan-nullità ta’ l-att. Din in-nullità ma tistax tirriżulta ħlief minn deċiżjoni tal-Qorti.

Meta r-raġuni tan-nullità toħroġ minn nuqqas ta’ forma, din trid tkun ikkaġunat xi ħsara għall-parti avversarja.

Madankollu, in-nuqqasijiet, kemm ta’ forma kif ukoll fis-sustanza, jista’ jkunu ikkoreġuti jekk l-att jiġi regolarizzat.

L-Imħallef huwa obbligat li jqajjem il-kwistjoni tan-nullità fis-sustanza ex officio għaliex din hija kwistjoni ta’ ordni pubbliku. Fil-każijiet l-oħra, l-eċċezzjoni ma tistax titqajjem ħlief mill-parti li għandha interess.

Meta r-reġistratur tal-Qorti għandu jinnotifika att lill-parti u l-ittra tiġi lura għaliex ma setgħetx tasal għand id-destinatarju (indikazzjoni fuq l-envelopp: “Ma joqgħodx fl-indirizz indikat” jew ittra reġistrata li ma waslitx), ir-reġistratur tal-Qorti jistieden lill-parti biex tipproċedi permezz tal-komunikazzjoni.

Meta l-komunikazzjoni ma tingħatax direttament lill-persuna, il-proċedura titkompla. Jekk is-sentenza tinqata’ fil-kontumaċja tal-konvenut, il-konvenut għandu l-possibbiltà li jopponi, li jfisser li jitlob li l-każ tiegħu jkun ġudikat mill-ġdid mill-istess awtorità ġudizzjarja.

8. Hemm xi spejjeż għall-komunikazzjoni jew notifika ta’ att? Jekk iva, kemm?

L-ispejjeż tan-notifiki bill-posta huma dawk tat-tariffi fis-seħħ tal-Posta. Hemm tariffa għall-komunikazzjonijiet permezz tal-marixxall.

In-notifiki mwettqa permezz tar-reġistratur tal-Qorti huma mingħajr ħlas. In-notifiki u l-komunikazzjonijiet l-oħrajn għandhom jitħallsu mill-persuna li tibgħathom, ħlief jekk din tgawdi mill-għajnuna ġuridika: f’dan il-każ, l-Istat iħallas minn qabel l-ispejjeż tal-komunikazzjoni. Fit-tmiem tal-kawża, l-ispejjeż għandhom jitħallsu, fil-prinċipju, mill-parti li tkun ġiet dikjarata bħala telliefa mill-Imħallef, ħlief jekk minħabba raġunijiet ta’ ugwaljanza jew minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tal-parti, hija meħtieġa soluzzjoni oħra.

Aktar tagħrif

  • Ministeru français tal-Ġustizzja
  • Légifrance français: informazzjoni essenzjali dwar il-Liġi Franċiża
  • Chambre nationale des Huissiers de Justice français (Kamra Nazzjonali tal-Marixxalli)
Service des actes étrangers,
44, rue de Douai,
75009 Paris

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 16-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit