Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 06-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhi t-tifsira prattika tat-terminu legali “notifika ta’ dokumenti”? Għaliex jeżistu regolamenti speċifiċi dwar in-notifika ta’ dokumenti? 1.
2. Liema dokumenti jeħtieġu li jiġu nnotifikati b'mod uffiċjali? 2.
3. Min huwa responsabbli sabiex issir in-notifika ta' dokument? 3.
4. Fil-prattika, kif isseħħ notifika ta’ dokument? 4.
5. X'jiġri jekk b'eċċezzjoni ma jkunx possibbli li ssir in-notifika ta’ dokumenti personalment lill-persuna li d-dokumenti huma indirizzati lilha (eżempju meta l-persuna ma tkunx id-dar)? 5.
6. Hemm evidenza bil-miktub li n-notifika ta’ dokumenti tkun saret? 6.
7. X'inhuma l-konsegwenzi jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna li d-dokumenti huma indirizzati lilha ma tirċivix id-dokumenti jew jekk, il-proċedura tan-notifika tad-dokument issir bi ksur tal-liħi? Tista' n-notifika tad-dokument tibqa' meqjusa bħala valida jew id-dokument għandu jiġi nnotifikat mill-ġdid? 7.
8. In-notifika ta' dokument hija fuq ħlas u jekk dan huwa l-każ, kemm hu dan il-ħlas? 8.

 

1. X’inhi t-tifsira prattika tat-terminu legali “notifika ta’ dokumenti”? Għaliex jeżistu regolamenti speċifiċi dwar in-notifika ta’ dokumenti?

‘Notifika’ tfisser li persuna speċifika titwasslilha notifika (dokument) b'mod li jista' jiġi vverifikat u f'konformità mal-forma stabbilita fil-liġi. L-għan tar-regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' notifika huwa li jiġi żgurat li n-notifika tkun waslet għand il-persuna msemmija b'mod kredibbli u b'mod li jkun jista' jiġi vverifikat.

2. Liema dokumenti jeħtieġu li jiġu nnotifikati b'mod uffiċjali?

Dawn id-dokumenti huma, bħala regola, dokumenti li huma relatati mal-qorti, eż. taħrik u talbiet għal xhieda. Il-ħtieġa għal notifika uffiċjali tista' tiġi applikata wkoll għal dokumenti għajr dokumenti relatati ma' ġuri, eż. testmenti.

3. Min huwa responsabbli sabiex issir in-notifika ta' dokument?

F'kawża, normalment hija l-qorti li tamministra n-notifika. Il-qorti tista', fuq talba ta’ persuna li għandha interess fil-kwistjoni, tafda n-notifika lil dik il-persuna jekk il-qorti tqis li hemm raġuni li tista' tiġi ġġustifikata għal dan.

Fi kwistjonijiet oħra, in-notifika hi r-responsabbiltà tal-parti li fl-interess tagħha tkun qegħda ssir in-notifika.

4. Fil-prattika, kif isseħħ notifika ta’ dokument?

Meta qorti tal-ġustizzja tkun responsabbli għan-notifika f'kawża, in-notifika ssir primarjament permezz tas-servizz postali. L-ittra tista' tasal jew b'nota ta' rċevuta fl-uffiċċju postali jew direttament fir-residenza tal-persuna lil min hija indirizzata, f'liema każ, in-nota ta' rċevuta fuq l-envelopp għandha tintradd lura lill-qorti. In-notifika relatata mad-dokumenti ta' kawża għajr taħrik tista' ssir ukoll billi d-dokument jintbagħat bħala ittra ordinarja fl-indirizz mogħti lill-qorti mill-persuna li għandha interess. Jekk ikun hemm il-probabbiltà li n-notifika bil-posta ma tirnexxix jew jekk ir-responsabbiltà tan-notifika tkun ġiet fdata f'idejn persuna li għandha interess fil-kwistjoni, in-notifika għandha ssir mill-bailiff.

FuqFuq

In-notifiki ta’ dokumenti għajr dokumenti ta' ġuri għandu jsir mill-bailiff fuq talba minn awtorità jew persuna responsabbli.

5. X'jiġri jekk b'eċċezzjoni ma jkunx possibbli li ssir in-notifika ta’ dokumenti personalment lill-persuna li d-dokumenti huma indirizzati lilha (eżempju meta l-persuna ma tkunx id-dar)?

F'każ ċivili, it-taħrika tista’ tiġi notifikatabilli l-persuna awtorizzata għal dan l-inkraigu taċċetta d-dokumenti. Jekk il-kwistjoni nvoluta hija dik li titwassal notifika matul kawża, ta' dokument għajr taħrika, u jekk il-persuna lil min hija indirizzata d-dokument hija rrappreżentata minn avukat, id-dokument jista' jitwassal lill-avukat. Madankollu, dokument li jkun qiegħed jobbliga lil xi ħadd biex jippreżenta ruħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja in persona jew li jagħmel xi ħaġa personalment, id-dokument għandu jitwassal lil dik il-persuna stess.

Jekk persuna, li l-post ta' residenza tagħha fil-Finlandja jkun magħruf, tevita li tirċievi n-notifika, il-bailiff jista' jwettaq it-twassil tan-notifika bħala 'l hekk imsejjaħ twassil sostitut tan-notifika. B'dan il-mezz, id-dokumenti jiġu ppreżentati lil xi ħadd li jkollu aktar minn 15-il sena u li jkun jappartieni għall-istess dar jew (jekk il-persuna lil min tkun indirizzata n-notifika tmexxi negozju) lil xi ħadd impjegat fin-negozju tagħha. Jekk anki dawn il-persuni ma jkunux jistgħu jiġu kkuntattjati, id-dokumenti jistgħu jitgħaddew lill-pulizijia. Il-bailiff huwa meħtieġ jinforma b'dan bil-posta lill-persuna lil min tkun indirizzata n-notifika .

FuqFuq

Jekk l-informazzjoni dwar fejn tgħix il-persuna lil min tkun indirizzata n-notifika ma tkunx magħrufa, il-qorti tal-ġustizzja twassal in-notifika billi tagħmel dikjarazzjoni dwar dan. Dan ifisser it-tpoġġija tad-dikjarazzjoni dwar il-kwistjoni fil-Gazzetta Uffiċjali u (jekk il-qorti tal-ġustizzja tiddeċiedi hekk) f'gazzetta wkoll. Barra minn hekk, id-dokumenti jipoġġew fuq il-bord ta’ l-avviżi tal-qorti tal-ġustizzja.

6. Hemm evidenza bil-miktub li n-notifika ta’ dokumenti tkun saret?

Il-bailiff joħroġ ċertifikat tat-twassil tan-notifika mwettaq mill-bailiff. Jingħata ċertifikat ukoll għat-twassil ta' notifika permezz tas-servizz postali.

7. X'inhuma l-konsegwenzi jekk xi ħaġa tmur ħażin u l-persuna li d-dokumenti huma indirizzati lilha ma tirċivix id-dokumenti jew jekk, il-proċedura tan-notifika tad-dokument issir bi ksur tal-liħi? Tista' n-notifika tad-dokument tibqa' meqjusa bħala valida jew id-dokument għandu jiġi nnotifikat mill-ġdid?

Jekk in-notifika ma tkunx saret kif suppost u l-parti ma tidhirx quddiem il-qorti tal-ġustizzja jew ma tipprovdix ir-risposta bil-miktub mitluba minnha, in-notifika għandha ssir mill-ġdid. Madankollu, ma jkunx hemm bżonn li n-notifika ssir mill-ġdid jekk l-iżball ikun wieħed minuri.

Jekk il-parti involuta fil-kwistjoni tressaq pretensjoni li n-notifika ma saritx kif suppost, is-smigħ tal-kwistjoni għandu jiġi sospiż sakemm dan ma jitqiesx mhux meħtieġ minħabba li l-iżball ikun wieħed minuri.

8. In-notifika ta' dokument hija fuq ħlas u jekk dan huwa l-każ, kemm hu dan il-ħlas?

In-notifika ta' dokument tiswa 25 euro.

Madankollu, ebda ħlas ma huwa mitlub meta l-qorti tal-ġustizzja tkun responsabbli għan-notifika. Ma hemm ebda ħlas ukoll involut meta n-notifika ssir bħala assistenza esekuttiva għal awtorità ta' pajjiż barrani. Il-liġi tippreskrivi wkoll xi eċċezzjonijiet oħra meta ma jkunx hemm ħlas mitlub.

Aktar tagħrif

  • Tiedoksianto ulkomaille (Ministeru tal-Ġustizzja) English - suomi - svenska

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit