Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 08-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English

Proċedura prattika, sikura u mħaffa għat-trażmissjoni ta’ dokumenti ġewwa l-Unjoni Ewropea

Jekk tiġi involut fi proċeduri legali, ikollok tibgħat bosta dokumenti lill-parti l-oħra fil-kawża u tirċievi oħrajn. Biex jintuża t-terminu legali, ikollok tinnotifika d-dokumenti.

Sa ftit ilu, kieku kellek bżonn tibgħat dawn id-dokumenti lil Stat Membru li mhux l-istat tar-residenza tiegħek, spiss kien ikollok tiffaċċja numru ta’ problemi, b’mod partikolari l-ħtieġa li tgħaddi minn katina ta’ intermedjarji. Fis-sena 2000 l-Unjoni Ewropea adottat Regolament li jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura sabiex isir eħfef illi tibgħat dokumenti minn Stat Membru għall-ieħor. Dan ir-Regolament huwa applikabbli direttament madwar l-Unjoni kollha, ħlief fid-Danimarka, li ma tiħux sehem fl-arranġamenti tal-Komunità dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja.

L-għanijiet ewlenin tar-Regolament huma:

  • Li jiġi evitat dewmien li jkun ġej mit-trażmissjoni ta’ dokumenti bejn intermedjarji suċċessivi. Biex dan isir, jistabbilixxi relazzjonijiet aktar diretti bejn il-persuni jew l-awtoritajiet responsabbli mit-trażmissjoni (l-“aġenziji li jittrażmettu”) u l-“aġenziji li jirċievu” li jkunu nkarigati min-notifika ta’ dokumenti fl-Istat Membru fejn tkun tirrisjedi l-parti li tkun qed tirċievi. Skond l-Istat Membru, dawn l-“aġenziji” jistgħu jkunu qrati, marixxalli jew awtoritajiet oħrajn.
  • Sabiex dokumenti proċedurali jkunu jistgħu jintbagħtu direttament lil min ikunu indirizzati bil-posta. Għal raġunijiet ta’ sigurtà, kważi l-Istati Membri jkollha jitolbu l-użu ta’ ittri reġistrati bl-avviż ta’ riċevuta.
  • Sabiex jiffaċilita x-xogħol tal-persuni u ta’ l-awtoritajiet konċernati billi jfassal formola standard li trid tintuża u manwal li jelenka l-aġenziji f'kull Stat Membru.
  • Li jiżgura illi l-persuni li lilhom ikunu indirizzati d-dokumenti jirċivuhom fil-lingwa tal-pajjiż tagħhom jew f’lingwa li jkunu jifhmu.

Il-Kummissjoni Ewropea adottat Rapport dwar l-Applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.

Ir-Rapport huwa bbażat fuq informazzjoni pprovduta minn Studju English PDF File (PDF File 2.206 KB), u mill-Istati Membri u partijiet oħra interessati f’diversi okkażjonijiet, b’mod partikolari f’laqgħa tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili f’Diċembru 2002, f’laqgħa pubblika f’Lulju 2003 u f’laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar in-Notifika ta’ Dokumenti f’April 2004.

FuqFuq

Ir-Rapport jikkonkludi illi sa minn meta daħal fis-seħħ fl-2001, l-applikazzjoni tar-Regolament ġeneralment tejbet u ħaffet it-trażmissjoni u n-notifika ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri. Madankollu, fil-perjodu ta' adattament li għadu għaddej, bosta persuni nvoluti fl-applikazzjoni tar-Regolament, b'mod partikolari entitajiet lokali, għad m'għandhomx għarfien biżżejjed dwar ir-Regolament. Aktar minn hekk, l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament mhix kompletament sodisfaċjenti. Għandhom jiġu meqjusa adattamenti għal tali dispożizzjonijiet sabiex titjieb u tiġi faċilitata aktar l-applikazzjoni tar-Regolament.

See as well  Ara wkoll Dokument ta' Ħidma ta’ l-Impjegati tal-Kummissjoni English PDF File (PDF File 134.9 KB)

Fit-8 ta’ Lulju 2005 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.

L-għan ta’ din il-proposta huwa li tkompli ttejjeb u tħaffef it-trażmissjoni u n-notifika ta’ dokumenti, tissemplifika l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament u ttejjeb iċ-ċertezza legali għall-applikant u għall-indirizzat.

Il-modifiki ewlenin proposti huma:

  • L-introduzzjoni ta’ regola li tipprovdi li n-notifika għandha f’kull każ issir fi żmien xahar minn meta tirċeviha l-aġenzija li tirċievi
  • L-introduzzjoni ta’ formola standard ġdida biex l-indirizzat ikun mgħarraf dwar id-dritt tiegħu li jirrifjuta li jaċċetta document fi żmien ġimgħa min-notifika
  • L-introduzzjoni ta’ regola li tipprovdi li l-ispejjeż kaġunati mill-ħatra ta’ uffiċjal tal-qorti jew persuna kompetenti skond il-liġi ta’ l-Istat Membru indirizzat għandhom jikkorrispondu għal tariffa fissa stabbilita minn qabel minn dak l-Istat Membru u li tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.
  • L-introduzzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi għan-notifika mis-servizzi tal-posta (ittra reġistrata b’riċevuta li turi li waslet jew ekwivalenti).

Dokumenti ta’ riferenza

  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali
  • Il-Manwal ta’ l-aġenziji li jirċievu
  • Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali
  • L-Istudju English PDF File (PDF File 2.206 KB) dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali
  • Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 08-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit