Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Danimarka

L-aħħar aġġornament: 06-04-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Danimarka

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhi t-tifsira tat-terminu legali “notifika ta’ dokument” fil-prattika? Għaliex jeżistu regoli speċifiċi fuq “in-notifika tad-dokumenti”? 1.
2. Liema dokumenti għandhom jiġu notifikati formalment? 2.
3. Min hu responsabbli biex iservi dokument? 3.
4. Kif normalment jiġi notifikat id-dokument? 4.
5. Jeżistu modi alternattivi biex jiġu notifikati d-dokumenti? 5.
6. Teżisti prova bil-miktub li d-dokument kien ikkonsenjat/notifikat? 6.
7. X’jiġri jekk id-destinatarju ma jirċevix id-dokument jew in-notifika ssir b’mod inkorret? In-notifika tad-dokument jista’ madankollu jkollu validità jew għandu jkun hemm tentattiv ieħor biex jiġi notifikat id-dokument? 7.
8. Obbligat inħallas għan-notifika ta’ dokument u jekk iva kemm? 8.

 

1. X’inhi t-tifsira tat-terminu legali “notifika ta’ dokument” fil-prattika? Għaliex jeżistu regoli speċifiċi fuq “in-notifika tad-dokumenti”?

Fil-prattika notifika ta’ dokumenti ifisser li dokument ikun mibgħut jew imqassam lill-persuna li għaliha huwa intenzjonat u li tinġieb prova li d-destinatarju rċieva d-dokument jew li d-dispożizzjonjiet legali dwar in-notifika ġew irrispettati. Ir-raġuni għal regoli fuq in-notifika tad-dokumenti hija li jkun hemm garanzija għall-benefiċċju tal-qorti, li dokument wasal għand id-destinatarju. Ir-regoli prinċipali dwar in-notifika tad-dokumenti jinstabu fl-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

2. Liema dokumenti għandhom jiġu notifikati formalment?

F’każijiet ċivili, in-notifiki fuq materji ta’ proċedura għandhom jiġu kkonsenjati sakemm l-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ma tistabbilixxix ħaġ’oħra. B’mod partikolari, it-taħrik għandu jkun miġjub lill-konvenuti. L-iskop tal-kunsinna huwa li jiġi aċċertat li l-konvenut jista’ jieħu konjizzjoni tal-pretensjoni ta’ min qed iressaq l-ilment u r-raġuni għaliha.

Barra minn hekk, id-dokumenti jiġu notifikati biss f’każijiet partikolari kif stipulat mil-liġi. Pereżempju, talba li l-kreditur jagħmel biex id-debitur jiġi iddikkjarat fallut għandha tkun notifikata lid-debitur.

Is-sentenzi u deċiżjonijiet fuq każijiet ċivili ma jiġux notifikati. Jekk wieħed mill-partijiet tal-każ ikun assenti meta tingħata s-sentenza jew id-deċiżjoni, hu/hi jkun mibgħut kopja tad-deċiżjoni tal-qorti.

FuqFuq

3. Min hu responsabbli biex iservi dokument?

Il-qrati huma responsabbli biex jwasslu notifiki ta’ kwistjonjiet proċedurali.

4. Kif normalment jiġi notifikat id-dokument?

Hija l-qorti individwali li qed tittratta l-każ li tiddeċiedi kif jiġi notifikat id-dokument. In-notifika jista’ jiġi mwettaq bi tliet modi differenti: notifika permezz ta’ ittra, notifika permezz tal-posta jew notifika permezz tal-uffiċjal tal-qorti. Fil-każ ta’ notifika permezz ta’ ittra, żewġ kopji identiċi tad-dokument li għandu jiġi notifikat ikunu mibgħuta jew impustati lill-parti kkonċernata, li fl-istess waqt tkun mitluba tikkonferma li ħadet f’idejha kopja ddupplikata li għandha tkun mibgħuta lura lill-qorti. F’każ ta’ notifika bil-posta, id-dokument ikun mibgħut b’posta rreġistrata, u f’każ ta’ notifika mill-uffiċjali tal-qorti, tiġi mpustata lid-destinatarju mill-uffiċjal tal-qorti. Jekk id-destinatarju jkun assenti, id-dokument jista’ skont iċ-ċirkostanzi, jkun notifikat lill-persuni li joqogħdu fid-dar tad-destinatarju inkella lil min jimpjegah jew lil min hu impjegat miegħu.

5. Jeżistu modi alternattivi biex jiġu notifikati d-dokumenti?

Flimkien ma’ notifika permezz ta’ ittra, notifika permezz tal-posta u notifika permezz tal-uffiċjal tal-qorti, dokument jista' taħt ċerti ċirkostanzi jkun notifikat permezz ta’ avviż fil-Gazzetta Uffiċjali.

Dan il-metodu biex jisservew id-dokumenti jista’ jintuża jekk id-destinatarju ma jinstabx li għandu post ta’ residenza, post fejn joqgħod jew post tax-xogħol fid-Danimarka. Id-dokumenti jistgħu ukoll jiġu notifikati permezz tal-Gazzetta Uffiċjali jekk id-destinatarju huwa residenti barra l-pajjiż u l-awtoritajiet ikkonċernati jirrifjutaw jew jonqsu li jottemperaw ruħhom mat-talba għan-notifika ta’ dokumenti.

FuqFuq

6. Teżisti prova bil-miktub li d-dokument kien ikkonsenjat/notifikat?

Fil-każ ta’ notifika postali se jkun hemm irċevuta li turi li d-destinatarju jikkonferma li rċieva d-dokument. F’każ ta’ notifika minn uffiċjal tal-qorti, l-uffiċjal tal-qorti jipproduċi dokument għal skop ta’ prova li d-dokument ġie notifikat lid-destinatarju. F’każ ta’ notifika permezz ta’ ittra, il-kopja tal-ittra li d-destinatarju jiffirma u jirritorna lill-qorti hija prova li n-notifika ġiet meħuda.

7. X’jiġri jekk id-destinatarju ma jirċevix id-dokument jew in-notifika ssir b’mod inkorret? In-notifika tad-dokument jista’ madankollu jkollu validità jew għandu jkun hemm tentattiv ieħor biex jiġi notifikat id-dokument?

Jekk il-qorti tinduna, meta qed tittratta l-każ, li t-taħrika ma waslitx għand il-persuna intenzjonata jew ma kienitx notifikata kif suppost, ma tistax awtomatikament taqta’ s-sentenza jekk il-konvenut jonqos li jipprovdi dikkjarazzjoni ta’ difiża jew ma jkunx preżenti għall-laqa’ legali. F’każ bħal dan, il-każ għandu jew jiġi pospost sabiex it-taħrika tkun debitament notifikata, jew jiġi miċħud.

Jekk id-dokument li jrid jiġi notifikat għadda f’idejn id-destinatarju, in-notifika tkun ikkunsidrata li saret, anke jekk ma tkunx saret inkonformità mar-regolamenti tal-Att tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar in-notifika tad-dokumenti.

8. Obbligat inħallas għan-notifika ta’ dokument u jekk iva kemm?

F’każijiet ċivili t-taxxa tar-reġistru titħallas meta l-każ jittella’ quddiem il-qrati. L-ammont ta’ din it-taxxa is-soltu jiġi kkalkulat fuq bażi tal-valur tal-każ. Ma teżistix taxxa separata fuq in-notifika ta’ dokumenti.

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Danimarka - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-04-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit