Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Ċipru

L-aħħar aġġornament: 21-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Ċipru

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’ifisser it-terminu legali “in-notifika tad-dokumenti” fil-prattika? 1.
2. Liema dokumenti jeħtieġu li jiġu nnotifikati formalment? 2.
3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument? 3.
4. Kif jiġi normalment innotifikat id-dokument fil-prattika? 4.
5. X’jiġri f’każijiet eċċezzjonali fejn ma jkunx possibbli li jiġi nnotifikat id-destinatarju nnifsu? 5.
6. Ikun hemm evidenza bil-miktub li d-dokument ikun ġie nnotifikat? 6.
7. X’jiġri jekk jinqala’ xi ħaġa u d-destinatarju ma jirċevix id-dokument jew in-notifika ma ssirx skond il-liġi (per eżempju, terza persuna tiġi nnotifikata bid-dokument)? 7.
8. Għandi nħallas jiena għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm? 8.

 

1. X’ifisser it-terminu legali “in-notifika tad-dokumenti” fil-prattika?

Fil-prattika, in-notifika tad-dokumenti tfisser il-kunsinna ta’ dokumenti tal-qorti u dokumenti oħra lill-persuna fiżika jew legali kkonċernata skond il-proċedura stipulata mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

X’inhuma r-regoli speċifiċi dwar “in-notifika tad-dokumenti”?

Ir-regoli speċifiċi dwar in-notifika tad-dokumenti jeżistu biex jistabbilixxu l-metodu tan-notifika aċċettata mill-qrati u biex iħarsu l-persuni affettwati jekk jinkisru r-regoli.

2. Liema dokumenti jeħtieġu li jiġu nnotifikati formalment?

It-taħrikiet biex wieħed jittella’ l-qorti, l-applikazzjonijiet biex jinbdew il-proċessi legali, id-dokumenti legali, id-dokument ġudizzjali kollha, id-dokument kollha li l-qorti tordna li għandhom jiġu nnotifikati u d-dokument kollha li skond il-liġi fis-seħħ għandhom jiġu nnotifikati.

3. Min huwa responsabbli għan-notifika ta’ dokument?

Id-dokumenti jiġu nnotifikat minn aġenti privati inkarigati min-notifiki li huma awtorizzati mill-Qorti Suprema biex jagħtu s-servizz tan-notifika skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Litigant li jirreġistra d-dokumenti kif jidher f’punt 2 mal-qorti jagħżel l-aġent privat inkarigat min-notifika u huwa responsabbli għan-notifika tad-dokumenti.

4. Kif jiġi normalment innotifikat id-dokument fil-prattika?

In-notifika ssir:

  1. b’notifika personali lill-persuna kkonċernata minn aġent inkarigat min-notifika;
  2. bil-faks;
  3. fil-każ ta’ notifika barra l-pajjiż, bil-posta f’envelopp irreġistratt doppju jew b’mezz ieħor wara li tingħata deċiżjoni mill-qorti dwar il-kwistjoni.

In-notifika ta’ taħrika jew ta’ avviż issir fl-indirizz tad-destinatarju, jew jekk ma jkunx ingħata indirizz fejn tista’ ssir in-notifika, fil-post tar-residenza tad-destinatarju li kien joqgħod fih l-aħħar jew li s-soltu joqgħod fih.

FuqFuq

Hemm dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw in-notifika tad-dokumenti lill-minuri, il-persuni b’diżabilità mentali, il-persuni taħt il-protezzjoni tal-qorti u l-persuni legali (id-Dispożizzjoni Nru 5 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

5. X’jiġri f’każijiet eċċezzjonali fejn ma jkunx possibbli li jiġi nnotifikat id-destinatarju nnifsu?

Jekk in-notifika ma tkunx tista’ ssir kif spjegat f’punt 4 hawn fuq, tista’ tiġi rreġistrata applikazzjoni għal notifika ta’ sostituzzjoni fil-qorti.

6. Ikun hemm evidenza bil-miktub li d-dokument ikun ġie nnotifikat?

In-notifika tad-dokumenti jew in-nuqqas ta’ possibbiltà li jiġu nnotifikati jitniżżel f’reġistru li jinżamm mill-aġenti awtorizzati inkarigati min-notifiki. Barra minn hekk, l-aġent inkarigat min-notifika jikkonferma n-notifika tad-dokumenti f’dikjarazzjoni bil-ġuramenti li ssir fuq formola li l-kontenut tagħha huwa speċifikat skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Jekk in-notifika sir fil-faks, irid jintbagħat lir-reġistratur tal-qorti kompetenti iċ-ċertifikat li jiddikjara li d-dokument ikun intbagħat.

7. X’jiġri jekk jinqala’ xi ħaġa u d-destinatarju ma jirċevix id-dokument jew in-notifika ma ssirx skond il-liġi (per eżempju, terza persuna tiġi nnotifikata bid-dokument)?

In-notifika tista’ bi żball titwarrab wara li tiġi rreġistrata l-applikazzjoni biex issir. Bl-istess mod, jekk sentenza tal-qorti tingħata wara li n-notifika tkun saret b’mod żbaljat, tista’ ssir applikazzjoni biex titwarrab is-sentenza.

8. Għandi nħallas jiena għan-notifika ta’ dokument, u jekk iva, kemm?

Id-dokumenti kollha li jridu jiġu nnotifikati skond ir-regolamenti tal-qorti jew skond xi liġi jiġu biss innotifikati permezz tal-qorti wara li jsir il-ħlas skond kif stipulat fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Il-ħlas huwa ta’ CYP 2.50. Miegħu jiżdied ammont ta’ bejn CYP 0.50 sa CYP 6.50 (inklużi), skond ir-raġġ li fih il-qorti tagħmel in-notifika.

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Ċipru - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 21-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit