Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Belġju

L-aħħar aġġornament: 01-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfissru fil-prattika l-espressjonijiet ‘taħrika’ u ‘notifika’? Għaliex jeżistu regoli speċifiċi għal taħrika u għal notifika ta’ dokumenti? 1.
2. Liema dokumenti jeħtieġu taħrika u liema jeħtieġu notifika? 2.
3. Min huwa responsabbli għal taħrika jew għal notifika ta’ dokument? 3.
4. Fil-prattika, kif isseħħ taħrika jew notifika? 4.
5. X'jiġri jekk b'eċċezzjoni ma jkunx possibbli li ssir taħrika jew notifika direttament lid-destinatarju (eżempju meta jkunx id-dar)? 5.
6. Hemm evidenza bil-miktub li t-taħrika jew in-notifika tkun saret? 6.
7. X'jiġri jekk jinqala' xi ħaġa u d-destinatarju ma jirċevix id-dokumenti jew jekk it-taħrika jew in-notifika jiġu kkunsinnjati b'mod irregolari (l-att jiġi indirizzat lil terz)? Tista' t-taħrika jew in-notifika tiġi kkunsidrata valida minkejja dan (per eżempju, jista' il-ksur tal-liġi jiġi rimedjat) il-kompitu jkun irid jitwettaq mill-ġdid? 7.
8. Għandi nħallas għal taħrika jew notifika, u jekk iva, kemm? 8.

 

1. Xi jfissru fil-prattika l-espressjonijiet ‘taħrika’ u ‘notifika’? Għaliex jeżistu regoli speċifiċi għal taħrika u għal notifika ta’ dokumenti?

Huwa importanti ħafna li fi proċeduri legali quddiem qorti jkun hemm komunikazzjoni adatta. Huwa assolutament neċessarju li kemm il-partijiet kif ukoll l-imħallef ikunu informati b'dak li jkun qed jitlob l-attur, x'inhuma l-argumenti tad-difiża, x'jiġri fil-proċedura u x'inhi d-deċiżjoni ta' l-imħallef. Il-parti li tħossha aggravata minn sentenza u tkun trid tappella quddiem qorti ta’ grad ogħla għandha tinforma lill-partijiet l-oħra b'din l-azzjoni. Il-komunikazzjoni ssir b'kunsinna ta' dokumenti bl-idejn jew bil-posta (eżempju ċitazzjoni, rikors, digriet, sentenza, appell, dokument eċċ.). Dan id-dokument m’huwiex dwar id-dokumenti nfushom, iżda dwar kif dawn jiġu notifikati lill-partijiet, u jekk ikun meħtieġ, lill-imħallef. Dan il-proċess huwa rregolat bl-Artikoli 32 sal 47 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Gerechtelijk Wetboek / Code Judiciaire, ara l-website tas-Servizz tal-Gvern Federali tal-Ġustizzja DeutschfrançaisNederlands fir-Rechtsbronnen -> geconsolideerde wetgeving: juridische aard = gerechtelijk wetboek, woord(en) = eerste deel algemene beginselen; ikklikkja fuq Opzoeking, Lijst u Detail biex tara d-dettalji; JEW Service public fédéral Justice français taħt Sources de droit -> législation consolidée: nature juridique = code judiciaire, mot(s) = principes généraux; ikklikkja fuq Recherche, Liste u Détail biex tara d-dettalji.

FuqFuq

Fil-Belġju hemm distinzjoni ċara bejn notifika u taħrika.

Fi ftit kliem, taħrika hija n-notifika ta' dokument lil persuna oħra b'intervent ta' uffiċjal (impjegat taċ-ċivil). Fil-Belġju, dan l-uffiċjal huwa msejjaħ “gerechtsdeurwaarder” / “huissier de justice” (marixxall). Dak li fil-fatt jiġri hu li l-marixxall, fuq ordni bil-miktub, jikkunsinna kopja ċċertifikata tad-dokument li għandu jitwassal lill-persuna involuta.

B'differenza minn taħrika, notifika tfisser il-kunsinna ta' l-orġinal jew ta' kopja ċċertifikata tad-dokument legali permezz tal-posta (għaldaqstant mingħajr l-intervent ta' uffiċjal).

In-norma hija t-taħrika. Notifika tintuża f'każijiet speċifiċi, hekk kif provdut fil-liġi.

2. Liema dokumenti jeħtieġu taħrika u liema jeħtieġu notifika?

Il-liġi tispeċifika liema dokumenti huma soġġetti għal taħrika u liema għal notifika. Hemm għadd wisq kbir biex nelenkawhom kollha. Xi eżempji jinkludu: ċitazzjoni, rikors, sentenza, appell, protest ġudizzjarju, …

3. Min huwa responsabbli għal taħrika jew għal notifika ta’ dokument?

Taħrika sseħħ permezz ta' digriet u tiġi eżegwita mill-marixxall.

In-notifika ssir mir-reġistratur (kważi qatt mill-uffiċċju tal-prosekutur) permezz ta' “gerechtsbrief” / “lettre judiciaire” (din hija tip speċjali ta' ittra rreġistrata b'irċevuta), b'ittra normali, jew permezz ta' ittra rreġistrata. Id-disposizzjoni dwar il-“gerechtsbrieven” / “lettres judiciaires” tinsab fl-Artikolu 46 tal-Kodiċi Ġudizzjali. Ladarba l-liġi ta' l-20 ta' Ottubru, 2000 dwar l-introduzzjoni ta' mezzi tat-telekomunikazzjoni u l-firem elettroniċi fi proċeduri ġudizzjali u extraġudizzjali tidħol fis-seħħ, in-notifika tkun tista' ssir ukoll permezz ta' fax u e-mail.

FuqFuq

4. Fil-prattika, kif isseħħ taħrika jew notifika?

It-taħrika isseħħ billi l-marixxall jikkunsinna kopja ċċertifikata tad-dokument (b'ordni) direttament lid-destinatarju tad-dokument. Dan huwa rregolat fl-Artikolu 32 tal-Kodiċi Ġudizzjali. L-istess Artikolu jipprovdi li fil-każ li d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta l-kopja ċċertifikata tad-dokument, dan għandu jiġi rreġistrat mill-marixxall fuq id-dokument oriġinali u t-taħrika lid-destinatarju titqies li tkun saret xorta waħda.

Jekk it-taħrika ssir lil entità legali (eżempju lill-Istat, kunsill lokali, kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata (“naamloze vennootschap” / “société anonyme”), jew kumpanija privata b'responsabbiltà limitata (“besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid” / “société de personnes à responsabilité limitée”)), taħrika lil persuna hija impossibbli. L-Artikolu 34 tal-Kodiċi Ġudizzjali jsolvi din il-problema, billi jistabbilixxi li t-taħrika għandha titqies li tkun seħħet meta kopja ċċertifikata tad-dokument tkun ġiet ikkunsinnata lill-korp jew lill-persuna maħtura li, skond il-liġi, l-istatut jew mezzi oħra, tkun ikkwalifikata, anki flimkien ma' ħaddieħor, sabiex tirrappreżenta legalment lill-entità legali.

Kif rajna qabel, in-notifika sseħħ permezz tal-posta, posta rreġistrata jew ittra legali “gerechtsbrief” / “lettre judiciaire”; u fil-futur, notifika permezz ta' fax jew e-mail għandha tkun possibbli.

5. X'jiġri jekk b'eċċezzjoni ma jkunx possibbli li ssir taħrika jew notifika direttament lid-destinatarju (eżempju meta jkunx id-dar)?

Jekk it-taħrika ma tkunx tista' ssir direttament u personalment lid-destinatarju, l-Artikolu 35 tal-Kodiċi Ġudizzjali jistabbilixxi li t-taħrika għandha sseħħ fir-residenza jew fl-abitazzjoni tad-destinatarju. Għal entità legali, it-taħrika isseħħ fis-sede legali jew l-uffiċċju amministrattiv.

FuqFuq

L-espressjonijiet ‘post ta' residenza’ u ‘abitazzjoni’ huma definiti fl-Artikolu 36 tal-Kodiċi Ġudizzjali. ‘Post ta' residenza’ huwa definit bħala l-post fejn il-persuna hija rreġistrata fir-reġistru pubbliku bħala li għandha r-residenza prinċipali tagħha hemmhekk. ‘Abitazzjoni’ hija ddefinita bħala kull post ieħor, bħal ngħidu aħna, fejn il-persuna għandha l-uffiċċju jew in-negozju tagħha.

F'każijiet bħal dawn, liema persuna għandha tiġi nnotifikata? L-Artikolu 35 tal-Kodiċi Ġudizzjali jistabbilixxi li l-kopja ċċertifikata tad-dokument għandha tiġi kkunsinnjata lil qarib, l-eqreb persuna fin-nisel jew persuna impjegata mid-destinatarju.

Ma tistax tingħadda lil xi ħadd li jkun għadu ma għalaqx is-16-il sena.

L-Artikolu 44 ta' l-istess kodiċi jistabbilixxi formalitajiet addizzjonali li għandhom jiġu sodisfatti meta n-notifika ma sseħħx direttatment lid-destinatarju: il-kopja ċċertifikata għandha tiġi ppreżentata f'envelopp magħluq, b'siġill/timbru ta' l-uffiċċju tal-marixxall fil-parti fejn l-invilopp jingħalaq li għandu jkollu fuqu l-kunjom, l-isem, il-post ta' residenza tad-destinatarju u l-kliem “Pro Justitia – Dadelijk af te geven”, “Pro Justitia – Li għandha tingħadda minnufih”. Ma għandu jkun hemm ebda informazzjoni oħra fuq il-qoxra. Il-fatt li dawn il-formalitajiet ikunu ġew sodisfatti għandu jitniżżel fuq iċ-ċitazzjoni u fuq il-kopja ċċertifikata. Madankollu, il-kopji taċ-ċitazzjoni li għandha tiġi nnotifikata bil-marixxall lil bosta persuni, li għandhom l-istess post ta' residenza, jew, fin-nuqqas ta' post ta' residenza, li għandhom l-istess abitazzjoni, ma għandhomx ikunu f'envelopp meta dawn jitwasslu direttament lil wieħed mid-destinatarji.

FuqFuq

Jista' jiġri li t-taħrika ma tkunx tista' ssir direttament lid-destinatarju, la fil-post ta' residenza u lanqas fl-abitazzjoni tiegħu. Huwa wara kollox possibbli li l-marixxall ma jkunx jista' jsib lid-destinatarju u ma jsib lil ħadd eliġibbli biex iwwassallu n-notifika (bil-marixxall) (bħal ngħidu aħna qarib jew l-eqreb persuna fin-nisel) fil-post ta' residenza jew fl-abitazzjoni tad-destinatarju. Din is-sitwazzjoni hija rregolata fl-Artikoli 37 (għal każijiet kriminali) u 38 (għal kull każ ieħor) tal-Kodiċi Ġudizzjali.

L-Artikolu 37 jipprovdi li, fil-każ li ċ-ċitazzjoni f'każijiet kriminali ma tkunx tista' tiġi nnotifikata hekk kif stabbilit fl-Artikolu 35, it-taħrika għandha ssir permezz tal-kunsinna tal-kopja ċċertifikata tat-taħrika fl-għassa tal-pulizija u fejn ma jkun hemm ebda għassa tal-pulizija, il-kunsinna għandha ssir lis-sindku, kunsillier jew lil impjegat taċ-ċivil responsabbli għal kwistjonijiet bħal dawn. Il-marixxall għandu jħalli messaġġ, f'envelopp issiġillat, fil-post ta' residenza, jew, fin-nuqqas ta' post ta' residenza, fl-abitazzjoni tad-destinatarju. F'dan il-messaġġ, huwa jiġi mgħarraf li huwa ġie mħarrek u minn fejn id-destinatarju jista' jiġbor it-taħrika.

Il-kwartier ġenerali, l-għassa tal-pulizija, is-sindku, il-kunsillier, l-impjegat taċ-ċivil għandhom jieħdu miżuri addattati sabiex jiżguraw li l-kopja ċċertifikata tasal għand id-destinatarju kemm jista' jkun malajr.

Minnufih, għandhom jinfurmaw lill-uffiċċju tal-prosekutur li jkun ordna li ssir it-taħrika, jew bid-data li fiha tkun seħħet it-taħrika lid-destinatarju jew bil-fatt li tkun twasslet lil persuna oħra hekk kif stabbilit fl-Artikolu 35, jew bir-raġuni l-għala l-kopja ċertifikata ma setgħetx tiġi kkunsinnjata.

FuqFuq

Għal dan il-għan, il-marixxall għandu jħejji formola li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-qorti kompetenti, id-data tas-smigħ mill-qorti jew tal-kawża, li l-prosekutur pubbliku jeħtieġ li jkun infurmat biha kif ukoll l-isem tad-destinatarju lil min għandha tiġi kkunsinnjata l-kopja ċċertifikata tat-taħrika. Għandu jehmeż din il-formola mal-qoxra tad-dokument li għandu jħalli fil-kwartier ġenerali, għand il-kummissarju tal-pulizija, għand is-sindku, għand il-kunsillier jew għand l-impjegat taċ-ċivil.

Il-kunsinna tal-kopja ċċertifikata tat-taħrika lill-kummissarju tal-pulizija, lis-sindku, lill-kunsillier jew lill-impjegat taċ-ċivil, kif ukoll il-kunsinna lid-destinatarju jew lil persuna oħra li taqa' taħt it-tifsira ta' l-Artikolu 35, hija bla ħlas.

L-Artikolu 38 tal-Kodiċi Ġudizzjali jistabbilixxi li, fil-każ li taħrika f'każijiet mhux ta’ natura kriminali, ma tkunx tista' tiġi nnotifikata bil-marixxall hekk kif stabbilit fl-Artikolu 35, it-taħrika għandha ssir kif ġej. Il-marixxall għandu jħalli kopja ċċertifikata tat-taħrika f'envelopp, fil-post ta' residenza, jew, fin-nuqqas ta' post ta' residenza, fl-abitazzjoni tad-destinatarju. L-envelopp għandu jkun fih l-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 44, l-ewwel paragrafu. Din l-informazzjoni tinkludi s-siġill/timbru ta' l-uffiċċju tal-marixxall fil-parti fejn jingħalaq l-envelopp, li għandu jkollu fuqu l-kunjom, l-isem, il-post ta' residenza tad-destinatarju u l-kliem “Pro Justitia – Dadelijk af te geven”, “Pro Justitia – Li għandha tiġi mgħoddija minnufih”. Ma għandu jkun hemm ebda informazzjoni oħra fuq il-qoxra.

FuqFuq

Il-marixxall jikteb fuq il-kopja oriġinali tat-taħrika u fuq il-kopja ċċertifikata li għandha tiġi kkunsinnjata, id-data, is-siegħa u l-post fejn ġiet ikkunsinnjata l-kopja ċċertifikata. Mhux aktar tard mill-ewwel jum xogħol minn meta tkun ġiet ippreżentata t-taħrika, il-marixxall għandu jibgħat ittra rreġistrata fil-post ta' residenza, jew, fin-nuqqas ta' post ta' residenza, fl-abitazzjoni tad-destinatarju, li jkun fiha ittra ffirmata minnu (il-marixxall). Din l-ittra għandu jkun fiha d-data u l-ħin ta' meta tkun ġiet ippreżentata t-taħrika, kif ukoll il-possibiltà għad-destinatarju personalment, jew għall-persuna li tkun awtorizzata minnu bil-miktub, li jiġbor(tiġbor) kopja ċċertifikata tat-taħrika mill-uffiċċju tal-marixxall fi żmien tliet xhur, mid-data tan-notifika. Fil-każ li d-destinatarju jkun bidel l-indirizz, l-ittra rreġistrata kif imfisser fil-paragrafu tlieta, għandha tintbagħat fl-indirizz fejn huwa rreġistrat fir-reġistru pubbliku kif ukoll fl-indirizz li d-destinatarju semma' bħala l-post ta' residenza l-ġdid. L-ittra għandu jkun fiha l-isem tal-marixxall, l-indirizz ta' l-uffiċċju tiegħu, il-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-uffiċċju u n-numru tat-telefown.

Fil-każ li fiċ-ċirkostanzi tal-mument jiġri li taħrika, billi titħalla kopja ċċertifikata tat-taħrika fil-post ta' residenza jew, fin-nuqqas ta' post ta' residenza, fl-abitazzjoni tad-destinatarju, ma tkunx possibbli, in-notifika għandha tikkonsisti fil-kunsinna tal-kopja ċċertifikata lill-Prosekutur tal-Kuruna li l-każ ikun seħħ taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu. Il-fatti li jagħmlu t-taħrika lill-Prosekutur tal-Kuruna meħtieġa jiġu nnotati kemm fuq il-kopja oriġinali kif ukoll fuq il-kopja ċċertifikata. L-istess sitwazzjoni sseħħ meta l-post ta' residenza tad-destinatarju jkun jidher battal għalkemm id-destinatarju ma jkunx irreġistra l-bidla fl-indirizz. Fuq talba tal-Prosekutur tal-Kuruna, għandhom jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l-kopja tasal għand id-destinatarju fl-iqsar żmien possibbli.

FuqFuq

Il-Belġju għandu tliet sistemi differenti fil-każ li tkun trid issir taħrika lil destinatarju li jkollu l-post ta' residenza jew l-abitazzjoni tiegħu f'pajjiż barrani. In-notifika hija rregolata b'regolament tal-Komunità Ewropea (ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjali u extraġudizzjali fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali), bi trattat (eżempju it-Trattat ta' The Hague tal-15 ta' Novembru 1965, il-Konvenzjoni ta' The Hague dwar il-Dritt Internazzjonali Privat Englishfrançais), jew bl-ebda waħda minn dawn. Din l-aħħar possibiltà biss għandha tiġi diskussa hawnhekk.

L-Artikolu 40 tal-Kodiċi Ġudizzjali jirregola t-taħrika u n-notifika f'dawk il-każijiet fejn la regolament u lanqas trattat ma jkun applikabbli. Dan l-Artikolu jistipula li l-marixxall għandu jibgħat il-kopji ċċertifikati b'posta rreġistrata fil-post ta' residenza f'pajjiż barrani u b'posta bl-ajru fil-każ li d-destinazzjoni ta' l-ittra ma tkunx f'pajjiż ġar. It-taħrika titqies li tkun saret billi l-kopja ċċertifikata tiġi mwassla fl-uffiċċju tal-posta u tinħareġ nota ta' rċevuta għal dan.

FuqFuq

Għal taħrika fuq livell internazzjonali, it-termini għandhom jiġu estiżi skond dak li hemm stabbilit fl-Artikolu 55 tal-Kodiċi Ġudizzjali. It-termini għandhom jiġu estiżi bi 15-il jum fil-każ li d-destinatarju jibqa' f'pajjiż ġar jew fir-Renju Unit, bi 30 jum fil-każ li d-destinatarju jibqa' f'xi pajjiż Ewropew ieħor, bi 80 jum fil-każ li d-destinatarju jibqa' f'kontinent ieħor. Jeżistu eċċezzjonijiet, b'mod speċjali fir-rigward tal-proċeduri legali tal-parti ċivili f'każijiet kriminali.

6. Hemm evidenza bil-miktub li t-taħrika jew in-notifika tkun saret?

L-Artikolu 43 tal-Kodiċi Ġudizzjali jistipula li l-persuna li tirċievi l-kopja ċċertifikata għandha tiffirma l-oriġinali bħala rċevuta. Il-marixxall għandu jieħu nota fuq it-taħrika fil-każ li l-parti li tkun qegħda tirċivieha tirrifjuta li tiffirma bħala rċevuta. B'hekk, żgur li jkun hemm evidenza bil-miktub li t-taħrika tkun saret. Barra minn hekk, huwa ferm diffiċli li d-dikjarazzjoni magħmula mill-marixxall tiġi kkontestata.

Fir-rigward tan-notifika, ikun hemm evidenza bil-miktub jekk in-notifika sseħħ b'ittra rreġistrata. L-Artikolu 46 tal-Kodiċi Ġudizzjali jipprovdi għal irċevuta ta' ittra ġudizzjali. L-evidenza għandha tinżamm fil-fajl tal-proċediment ġudizzjali.

7. X'jiġri jekk jinqala' xi ħaġa u d-destinatarju ma jirċevix id-dokumenti jew jekk it-taħrika jew in-notifika jiġu kkunsinnjati b'mod irregolari (l-att jiġi indirizzat lil terz)? Tista' t-taħrika jew in-notifika tiġi kkunsidrata valida minkejja dan (per eżempju, jista' il-ksur tal-liġi jiġi rimedjat) il-kompitu jkun irid jitwettaq mill-ġdid?

Taħt ċirkostanzi normali, hemm ċans verament żgħir li d-destinatarju ma jirċevix id-dokument, minħabba li l-liġi Belġjana tipprovdi għal kunsinna diretta lid-destinatarju. Dan ifisser li l-marixxall jgħaddi d-dokument direttament lid-destinatarju. Il-Kodiċi Ġudizzjali jipprovdi għal ċirkostanzi li fihom it-taħrika ssir lil terzi (Artikolu 35) jew ma ssir lil ħadd (Artikolu 38). Fiż-żewġ ċirkostanzi, it-taħrika tkun għal kollox leġittima, anki jekk it-taħrika ma tkunx saret lid-destinatarju nnifsu. Persuna li tirċievi t-taħrika b'mod leġittimu u li ma tgħaddihiex lid-destinatarju jew li ma tagħmilx żgur li d-destinatarju jiġi informat bit-taħrika, tista' tinżamm responsabbli. Fil-prattika, dawn ir-Regolamenti jagħtu riżultati tajbin.

FuqFuq

Madankollu, wieħed qatt ma jista' jelimina għal kollox il-possibiltà li jkun hemm irregolarità meta ssir taħrika u notifika (eżempju, xi informazzjoni fit-taħrika tista' tkun nieqsa). Il-konsegwenzi legali ta' irregolarità bħal din huma li d-dokument imsemmi jisfa null u ma jibqax aktar validu. Ir-regolamenti fir-rigward tan-nullità huma stabbiliti fl-Artikoli 860 sal 867 tal-Kodiċi Ġudizzjali.

L-Artikolu 860 jistabbilixxi li ftehim ġudizzjali ffirmat jew dokument ta' kawża jista' jiġi ddikjarat null u mhux validu aktar jekk il-liġi tipprovdi għal din il-possibiltà f'każ ta' ksur ta' wieħed mir-rekwiżiti stipulati mil-liġi.

Skond l-Artikolu 861, l-imħallef jista' jiddikjara ftehim ġudizzjali ffirmat null u mhux aktar validu biss jekk n-nuqqas allegat jew l-irregolarità allegata tagħmel ħsara għall-pożizzjoni tal-parti li tkun qegħda tallega n-nullità tad-dokument.

Ma hemmx bżonn li din il-ħtieġa tiġi soddisfatta fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 862 paragrafu 1. Dan l-Artikolu jistabbilixxi li d-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 861ma tgħoddx fil-każ ta' nuqqas jew ta' irregolarità fir-rigward ta':

  1. il-perjodi stipulati mil-liġi, fil-każ li dawn il-perjodi ma jiġux sodisfatti, id-dokument isir null;
  2. il-iffirmar tad-dokument;
  3. il-kitba tad-data tad-dokument f'każijiet li fihom din tkun neċessarja sabiex jiġu stmati l-konsegwenzi tad-dokument;
  4. il-ħatra ta' l-imħallef li għandu jieħu konjizzjoni tal-każ;
  5. Il-ġurament impost fuq ix-xhieda u fuq l-esperti;
  6. id-dokumenti tal-kawża u ta' l-esekuzzjoni ma jiġux innotifikati lill-persuna jew jiġu nnotifikati b'mod li m’huwiex stipulat bil-liġi.

F'dawn il-każijiet, l-imħallef għandu jiddikjara d-dokumenti bħala nulli u mhux validi, jew li ċerti drittijiet ikunu ġew ċeduti; dan jista’ jseħħ anki awtomatikament (“ambtshalve nietigheid” / “nullité d’office”, jew nullità awtomatika). L-Artikolu 862, paragrafu 2 tal-Kodiċi Ġudizzjali jippreskrivi madanakollu li l-imħallef għandu jikkunsidra l-Artikolu 867.

FuqFuq

L-Artikolu 867 jistipula li n-nuqqas jew l-irregolarità tal-forma ta' proċediment legali (inkluż in-nuqqas li jkun hemm konformità mal-perjodi stabbiliti, taħt piena ta’ nullità) ma tistax twassal għal nullità fil-każ li jkun hemm provi dokumentati li juru jew li l-proċeduri kisbu r-riżultat mitlub mil-liġi, jew li ttieħdet kunsiderazzjoni tal-fatt li l-partijiet ma kinux ġew notifikati bid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Hemm aktar ħtiġijiet li għandhom jiġu sodisfatti qabel tkun tista' tiġi imposta nullità, madankollu s-suġġett tat-taħrika u tan-notifika mhuwiex il-kuntest li fih tiġi spjegata s-sistema tan-nullità.

Finalment, għandu jiġi muri li l-persuna li kkawżat in-nullità tista' tinżamm responsabbli fil-każ li din in-nullità tkun konsegwenza ta' l-imġieba ħażina tiegħu jew tagħha.

8. Għandi nħallas għal taħrika jew notifika, u jekk iva, kemm?

Il-marixxall jirċievi kumpens għax-xogħol tiegħu. Dan il-kumpens huwa rregolat bl-Artikoli 519 sa 523 tal-Kodiċi Ġudizzjali (ara l-website tas-Servizz tal-Gvern Federali tal-Ġustizzja (Federale Overheidsdienst Justitie DeutschfrançaisNederlands, Rechtsbronnen ->geconsolideerde wetgeving: juridische aard = gerechtelijk wetboek, woord(en) = 519; ikklikkja fuq Opzoeking, Lijst u Detail biex tara d-dettalji; JEW Service public fédéral Justice français taħt Sources de droit -> législation consolidée: nature juridique = code judiciaire, mot(s) = 519; ikklikkja fuq Recherche, Liste u Détail biex tara d-dettalji ) Ir-rati eżatti, li huma fissi, huma stipulati fid-Digriet Irjali dwar l-iffissar tar-rati għal dokumenti f'każijiet ċivili u kummerċjali u tar-rati għal xi allowances tat-30 ta' Novembru 1976. (Koninklijk Besluit van 30 november 1976 tot vaststelling van het tarief voor akten van gerechtsdeurwaarders in burgerlijke en handelszaken en van het tarief van sommige toelagen; ara l-websajt tad-Dipartiment Federali tal-Ġustizzja / Arrêté royal du 30 novembre 1976 fixant le tarif des actes accomplis par les huissiers de justice en matière civile et commerciale ainsi que celui de certaines allocations (Federale Overheidsdienst Justitie DeutschfrançaisNederlands, Rechtsbronnen -> geconsolideerde wetgeving: juridische aard = koninklijk besluit, afkondigingsdatum = van 1976 11 30 tot (ħalli vojt); ikklikkja fuq Opzoeking, Lijst u Detail biex tara d-dettalji; JEW Service public fédéral Justice français taħt Sources de droit -> législation consolidée: nature juridique = arrêté royal, date de promulgation = de 1976 11 30 à (ħalli vojt); ikklikkja fuq Recherche, Liste u Détail biex tara d-dettalji).

Aktar tagħrif

  • Service public fédéral Justice DeutschfrançaisNederlands
    • Artikolu 32 tal-Kodiċi Ġudizzjali et seq.:f’Sources de droit -> législation consolidée: nature juridique = code judiciaire, mot(s) = principes généraux; ikklikkja fuq Recherche, Liste u Détail biex tara l-kontenut
    • Artikoli 519 sa 523 tal-Kodiċi Ġudizzjali f’Sources de droit -> législation consolidée: nature juridique = code judiciaire, mot(s) = 519; ikklikkja fuq Recherche, Liste u Détail biex tara l-kontenut;
    • Digriet Irjali dwar l-istabbiliment tar-rata ta' dokumenti tal-marixxalli f'każijiet ċivili u kummerċjali u tar-rati għal xi konċessjonijiet tat-30 ta' Novembru 1976: f’Sources de droit -> législation consolidée: nature juridique = arrêté royal, date de promulgation = de 1976 11 30 à (leave blank)
  • Il-Kamra Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Belġju françaisNederlands
  • Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 29 ta' Mejju 2000 Deutsch English français Nederlandsdwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjali u extraġudizzjali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
  • It-Trattat ta' The Hague tal-15 ta' Novembru 1965, Il Konvenzjoni ta' The Hague dwar id-Dritt Internazzjonali Privat Englishfrançais

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 01-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit