Kummissjoni Ewropea > NGE > Servizz tad-dokumenti > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 22-04-2005
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Servizz tad-dokumenti - Awstrija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi tfisser l-espressjoni legali “in-notifika tad-dokumenti” fil-prattika? Għaliex jeżistu regolamenti speċjali għan-notifika tad-dokumenti? 1.
2. Liema dokumenti għandhom jiġu nnotifikati b’mod formali? 2.
3. Min huwa responsabbli għan-notifika tad-dokumenti?. 3.
4. Kif issir in-notifika normalment? 4.
5. X’jiġri meta f’każi eċċezzjonali n-notifika lid-destinatarju stess ma tkunx possibbli (per eżempju għaliex ma jkunx id-dar)? 5.
6. Ikun hemm prova bil-miktub li d-dokument ġie nnotifikat? 6.
7. X’jiġri meta d-destinatarju, lil min suppost ikun ġie nnotifikat id-dokument, ma jirċevix dan, jew in-notifika ma seħħx fil-forma legali stabbilita (per eżempju, id-dokument jiġi nnotifikat lil terza persuna? 7.
8. Għandi nħallas għan-notifika tad-dokument u jekk iva, kemm? 8.

 

1. Xi tfisser l-espressjoni legali “in-notifika tad-dokumenti” fil-prattika? Għaliex jeżistu regolamenti speċjali għan-notifika tad-dokumenti?

In-notifika hija l-għotja ta’ dokument lid-destinatarju, b’mod konformi mal-liġi u, jekk ikun il-bżonn, iċċertifikata, sabiex huwa jkun infurmat bih. Il-fatt li wieħed ikun jaf bl-eżistenza ta’ proċess fil-qorti, tal-kontenut tiegħu u tar-riżultat hija kundizzjoni neċessarja biex jitħarsu d-drittijiet tal-persuna konċernata. Għaldaqstant jeżistu xi regoli dwar in-notifika.

2. Liema dokumenti għandhom jiġu nnotifikati b’mod formali?

Dokumenti importanti ta’ proċess fil-qorti għandhom jiġu notifikati b’mod speċjali – b’mod li tista’ tiġi ppruvata n-notifika, kultant anki notifika personali. Dawn id-dokumenti jinkludu ċ-ċitazzjoni jew taħrika u d-deċiżjonijiet bil-qorti, kif ukoll id-dokumenti kollha, li n-notifika tagħhom tagħti bidu għal perjodu ta’ żmien jew effett partikolari fil-liġi, li għandu jiġi rrispettat uffiċjalment.

3. Min huwa responsabbli għan-notifika tad-dokumenti?.

In-notifika tad-dokumenti normalment issir permezz tal-posta, iżda f’ċerti ċirkustanzi tista’ ssir minn uffiċjali tal-qorti jew mill-awtoritajiet tal-komunità

4. Kif issir in-notifika normalment?

Il-metodu ta’ notifika jvarja u jiddependi mit-tip ta’ dokument li għandu jiġi nnotifikat; kultant huwa f’idejn il-ġudizzju tal-qorti, biex tagħżel skond iċ-ċirkustanzi bejn metodi ta’ notifika differenti. Bħala metodi ta’ notifika hemm dak bil-posta jew dak li jsir permezz ta’ uffiċjali tal-qorti, iżda anki permezz ta’ avviż pubbliku (editt, notifikazzjoni), hemm ukoll in-notifika esklussivament lid-destinatarju biss, in-notifika f’idejn id-destinatarju biss jew uffiċjal inkarigat mill-posta u min-notifika lid-destinatarju jew sostitut tiegħu. Notifika lil ċirku magħluq ta’ destinatarji huwa possibbli anki permezz ta’ mezzi elettroniċi taħt kundizzjonijiet partikolari.

FuqFuq

5. X’jiġri meta f’każi eċċezzjonali n-notifika lid-destinatarju stess ma tkunx possibbli (per eżempju għaliex ma jkunx id-dar)?

Skond it-tip ta’ notifika u ta’ l-ostaklu, hemm possibiltajiet differenti: 1) li d-destinatarju assenti jiġi infurmat bil-fatt li n-notifika ma tkunx seħħet u jsir appuntament biex isir tentattiv ieħor ta’ notifika, 2) li d-dokument ikun lest biex jinġabar mill-posta jew mill-qorti, 3) li d-dokument jingħata f’idejn destinatarju sostitut jew biex isir tentattiv ġdid ta’ notifika f’indirizz ġdid.

6. Ikun hemm prova bil-miktub li d-dokument ġie nnotifikat?

Bħala prinċipju, notifika ssir mingħajr prova separata. Dokumenti li n-notifika tagħhom tagħti bidu għal perjodu ta’ żmien jew effett partikolari fil-liġi, jiġu effettwati bi prova bil-miktub ("riferta"), li jimla min jinnotifika d-dokument, li tiġi ffirmata minnu u mid-destinatarju u li mbagħad tingħadda lill-qorti.

7. X’jiġri meta d-destinatarju, lil min suppost ikun ġie nnotifikat id-dokument, ma jirċevix dan, jew in-notifika ma seħħx fil-forma legali stabbilita (per eżempju, id-dokument jiġi nnotifikat lil terza persuna?

Jekk waqt in-notifika, ir-regolamenti li jirregolawha jinkisru, in-notifika, bħala prinċipju, hija nulla u trid terġa’ ssir mill-ġdid. Ħafna regolamenti madanakollu ma jirregolaw jew jipproteġu l-ebda drittijiet soġġettivi tad-destinatarju tan-notifika iżda huma biss regolamenti ta’ proċedura; il-ksur tagħhom jibqa’ – mill-ottika tal-validità tan-notifika – mingħajr konsegwenzi. Ċirkustanzi ġodda li jseħħu jistgħu jivvalidaw notifika li kienet altrimenti invalida. Dan huwa l-każ l-aktar meta jintlaħaq l-iskop tan-notifika b’mod differenti u d-drittijiet tad-destinatarju jkunu ġew mħarsa.

8. Għandi nħallas għan-notifika tad-dokument u jekk iva, kemm?

In-notifika normali permezz tal-posta hija nkluża fl-ispejjez totali tal-qorti fil-qafas tal-proċess. Jekk minħabba notifika partikolari jenħtieġu spejjeż ’il fuq minn dawk normali, dawn jitħallsu finalment skond ir-regoli tal-ħlas ta’ l-ispejjeż.

Aktar tagħrif

Il-provvedimenti dwar in-notifika (Liġi dwar in-notifika tad-dokumenti (Zustellgesetz), il-kodiċi tal-proċedura ċivili Awstrijakka (ZPO), u r-regoli ta’ proċedura (Geo)) jistgħu jinkisbu mis-Sistema ta’ l-Informatika Legali RIS (Rechtsinformatonssystem RIS Deutsch).

« Servizz tad-dokumenti - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 22-04-2005

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit