Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 18-04-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri? 1.
2. Fil-prinċipju, min għandu “ir-responsabbiltà tal-ġenituri” fuq it-tfal? 2.
3. Jekk il-ġenituri mhumiex adattati jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jinħatar xi ħadd minflokhom? 3.
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tkun solvuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri? 4.
5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, liema rekwiżiti jridu jiġu sodisfatti sabiex il-ftehim jorbot legalment? 5.
6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehm dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti? 6.
7. Jekk il-ġenituri jirreferu l-kwistjoni lill-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef safejn għandha x’taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 7.
8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklużiva tat-tfal, dan ifisser li huwa jew hija jista’(tista) jiddeċiedi(tiddeċiedi) dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal, mingħajr ma l-ewwel jikkonsulta lill-ġenitur l-ieħor? 8.
9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta, dan xi jfisser fil-prattika? 9.
10. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri jekk nixtieq niftaħ kawża li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jkunu sodisfatti u liema dokumenti jridu jkunu inklużi? 10.
11. Liema forma ta’ smigħ tintuża f’każijiet bħal dawn? Jista’ wieħed jagħżel smigħ aktar mgħaġġel jekk id-dewmien jista’ jkun ta’ periklu? 11.
12. Nista’ nikseb għajuna legali sabiex inkopri l-ispejjeż tal-proċeduri? 12.
13. Huwa possibbli li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 13.
14. F’ċerti każi, jista’ jkun meħtieġ li jintalab l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? F’każijiet bħal dawn, quddiem liema qorti għandi nirrikorri u kif tiġi ttrattata l-kwistjoni? 14.
15. X’irrid nagħmel sabiex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingħatat fi Stat Membru ieħor, tkun rikonoxxuta u infurzata fl-Isvezja? 15.
16. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri sabiex nopponi r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema forma ta’ smigħ tintuża f’każi bħal dawn? 16.
17. Liema liġi tiġi applikata fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jekk it-tfal jew il-partijiet ma jgħixux fl-Isvezja jew għandhom ċittadinanza differenti? 17.

 

1. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tfisser il-kwistjonijiet marbuta mal-kustodja ta’ tfal, ma’ fejn joqogħdu u ma’ l-aċċess għalihom.

Il-kustodja tfisser ir-responsabbiltà legali għall-persuna tat-tfal. Il-persuna li għandha l-kustodja tat-tfal għandha dritt u obbligu li tiddeċiedi dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu maċ-ċirkustanzi personali tat-tfal, eż. fejn se jgħixu t-tfal u liema skola se jattendu. Il-persuna li għandha l-kustodja tat-tfal trid tiżgura li ħtiġiethom, fejn għandhom x’jaqsmu l-kura, is-sigurtà u t-trobbija tajba, jkunu sodisfatti. Il-persuna li għandha l-kustodja tat-tfal hija wkoll responsabbli sabiex tagħtihom is-superviżjoni meħtieġa, meta wieħed iqis l-età, l-iżvilupp u ċ-ċirkustanzi l-oħra tagħhom, u trid tiżgura li tieħu ħsieb it-tfal b’mod xieraq u tagħtihom edukazzjoni xierqa.

2. Fil-prinċipju, min għandu “ir-responsabbiltà tal-ġenituri” fuq it-tfal?

Fil-prinċipju, il-kustodja tat-tfal hija tal-ġenituri jew ta’ wieħed minnhom.

Jekk il-ġenituri huma miżżewġin, awtomatikament jingħataw kustodja konġunta tat-tfal mat-twelid. Anki jekk il-ġenituri huma ddivorzjati, bħala regola tkompli tapplika l-kustodja konġunta. Madanakollu, jekk wieħed mill-ġenituri jixtieq li jkun hemm bidla fil-kustodja, il-qorti tista’, jekk jitqies li huwa fl-aħjar interessi tat-tfal, twaqqaf il-kustodja konġunta u tagħti kustodja esklużiva.

Jekk il-ġenituri mhumiex miżżewġa, l-omm awtomatikament tingħata l-kustodja esklużiva. Madanakollu, il-ġenituri jistgħu jiksbu kustodja konġunta permezz ta’ proċedura sempliċi ta’ reġistrazzjoni. Il-missier jista’ anki jiftaħ proċeduri sabiex jikseb kustodja konġunta jew kustodja esklużiva tat-tfal.

FuqFuq

3. Jekk il-ġenituri mhumiex adattati jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jinħatar xi ħadd minflokhom?

F’ċerti każi, tista’ tinħatar persuna jew żewġ persuni apposta li tingħata jew jingħataw il-kustodja. Dan jiġri, fost l-oħrajn, jekk meta jeżerċitaw il-kustodja, il-ġenituri jkunu ħatja ta’ abbuż jew nuqqas ta’ attenzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-kura tat-tfal li jfisser li hemm periklu għas-saħħa u għall-iżvilupp tat-tfal.

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tkun solvuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Jekk wieħed mill-ġenituri irid bidla fil-kustodja, il-kwistjoni tal-kustodja tista’ tiġi deċiża minn qorti. Jekk il-ġenituri jiftiehmu dwar bidla, jistgħu jsolvu l-kwistjoni permezz ta’ ftehim, mingħajr ma jinvolvu lill-qorti. Sabiex ikun validu, ftehim bħal dan irid ikun approvat mill-kumitat ta’ l-għajnuna soċjali.

L-istess ħaġa tapplika għall-kwistjonijiet ta’ ma’ liema ġenitur se jgħixu miegħu t-tfal u kif se jkun organizzat l-aċċess għall-ġenitur l-ieħor.

Barra minn hekk, fil-proċeduri tad-divorzju, il-qorti trid, fin-nuqqas ta’ talba, tagħti l-kustodja tat-tfal lil wieħed mill-ġenituri, jekk il-kustodja konġunta tidher biċ-ċar li mhix kompatibbli mal-benesseri tat-tfal.

5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, liema rekwiżiti jridu jiġu sodisfatti sabiex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ftehim irid ikun bil-miktub u ffirmat miż-żewġ ġenituri. Irid ikun approvat ukoll mill-kumitat ta’ l-għajnuna soċjali fil-muniċipalità fejn huma rreġistrati t-tfal.

FuqFuq

6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehm dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti?

Id-diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni. Il-muniċipalitajiet huma responsabbli biex jiżguraw li l-ġenituri jkunu offruti diskussjonijiet ta’ kooperazzjoni sabiex jilħqu ftehim dwar il-kustodja, ir-residenza u l-aċċess.

7. Jekk il-ġenituri jirreferu l-kwistjoni lill-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef safejn għandha x’taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar

  • il-kustodja (kustodja esklużiva jew kustodja konġunta),
  • ir-residenza tat-tfal (liema ġenitur se jgħixu miegħu t-tfal jew jekk it-tfal hux se jgħixu b’mod alternattiv ma’ kull wieħed mill-ġenituri) u
  • l-aċċess għat-tfal (għal ġenitur li ma jgħix mat-tfal).

Il-qorti tista’ wkoll tiddeċiedi dwar il-kontribuzzjonijiet għall-manteniment tat-tfal.

8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklużiva tat-tfal, dan ifisser li huwa jew hija jista’(tista) jiddeċiedi(tiddeċiedi) dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal, mingħajr ma l-ewwel jikkonsulta lill-ġenitur l-ieħor?

Jekk ġenitur għandu l-kustodja esklużiva, dak il-ġenitur biss jiddeċiedi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tfal. Madanakollu, il-ġenitur, naturalment, irid josserva kull deċiżjoni dwar l-aċċess tal-ġenitur l-ieħor għat-tfal.

FuqFuq

Dan ma jfissirx li l-opinjoni ta’ ġenitur li m’għandux il-kustodja m’għandiex titqies importanti. Fi kwistjonijiet ta’ adozzjoni, per eżempju, l-opinjoni ta’ ġenitur li m’għandux il-kustodja trid tinstema’ qabel ma l-qorti tiddeċiedi dwar l-adozzjoni.

9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta, dan xi jfisser fil-prattika?

Kustodja konġunta tfisser li l-ġenituri jridu jiddeċiedu l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tfal flimkien. Il-prerekwiżit bażiku huwa li l-ġenituri jridu jaqblu dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal. Nuqqas ta’ ftehim dwar l-aċċess u dwar ir-residenza tat-tfal jistgħu, madanakollu, jiġu deċiżi mill-qorti (ara aktar ’il fuq).

10. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri jekk nixtieq niftaħ kawża li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jkunu sodisfatti u liema dokumenti jridu jkunu inklużi?

Il-kwistjonijiet ta’ kustodja, residenza u aċċess jitqajmu fil-qorti tad-distrett fil-post tar-residenza abitwali t-tfal. Il-kwistjonijiet ta’ kustodja jistgħu jiġu ttrattati wkoll fil-proċeduri ta’ divorzju.

Applikazzjoni għal taħrika trid tinkludi informazzjoni dwar il-partijiet, talba speċifika, l-isfond tat-talba, informazzjoni dwar l-evidenza li fuqha qed tiġi bbażata t-talba u l-fatti jew l-argumenti sostnuti minn kull biċċa evidenza, u informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi li jagħtu ġurisdizzjoni lill-qorti. L-evidenza bil-miktub li fuqha qed tiġi bbażata t-talba għandha tiġi ppreżentata flimkien ma’ l-applikazzjoni.

FuqFuq

11. Liema forma ta’ smigħ tintuża f’każijiet bħal dawn? Jista’ wieħed jagħżel smigħ aktar mgħaġġel jekk id-dewmien jista’ jkun ta’ periklu?

Il-kwistjonijiet ta’ kustodja, residenza u aċċess mhumiex diskrezzjonali.

Fil-prinċipju, il-kwistjonijiet ta’ kustodja, residenza u aċċess iridu jinstemgħu minnufih. Il-qorti tista’ toħroġ ordni proviżorja (pendente lite) dwar il-kustodja, ir-residenza, l-aċċess u l-manteniment. Ordni proviżorja tapplika sakemm il-kwistjoni tiġi solvuta permezz ta’ deċiżjoni finali.

Għaldaqstant, anki jekk m’hemm l-ebda proċedura formali speċifika għal smigħ minnufih ta’ kwistjonijiet ta’ kustodja eċċ., trid issir valutazzjoni ta’ l-urġenza f’kull każ individwali.

12. Nista’ nikseb għajuna legali sabiex inkopri l-ispejjeż tal-proċeduri?

Fil-każi ta’ kustodja, residenza u aċċess, ir-regola ġenerali hija li kull parti trid tħallas l-ispejjeż tagħha.

Tista’ tingħata għajnuna legali jekk il-kondizzjonijiet neċessarji jkunu sodisfatti.

13. Huwa possibbli li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ttieħdet mill-qorti tad-distrett tista’ tiġi appellata.

14. F’ċerti każi, jista’ jkun meħtieġ li jintalab l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? F’każijiet bħal dawn, quddiem liema qorti għandi nirrikorri u kif tiġi ttrattata l-kwistjoni?

Il-kwistjonijiet ta’ l-infurzar huma trattati mill-qorti amministrattiva tal-kontea. Normalment applikazzjoni għall-infurzar issir lill-qorti amministrattiva tal-kontea fil-kontea fejn jgħixu jew joqogħdu t-tfal.

FuqFuq

15. X’irrid nagħmel sabiex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingħatat fi Stat Membru ieħor, tkun rikonoxxuta u infurzata fl-Isvezja?

F’ċerti każi, japplika r-Regolament Brussell II. L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ infurzar issir fl-Isvezja, fil-Qorti ta’ l-Appell ta’ Svea.

F’każi oħra, għal pajjiżi li ssieħbu fil-Konvenzjoni tal-Lussemburgu ta’ l-1980, id-deċiżjoni tapplika f’dan il-pajjiż u tista’ tkun infurzata hawnhekk malli jkun hemm talba għal dan, jekk id-deċiżjoni tikkostitwixxi bażi għall-infurzar fl-Istat fejn ingħatat. F’każi bħal dawn l-applikazzjoni għall-infurzar issir lill-qorti amministrattiva tal-kontea.

16. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri sabiex nopponi r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema forma ta’ smigħ tintuża f’każi bħal dawn?

Sar provvediment f’dan ir-rigward fir-Regolament Brussell II.

Inkella, l-oppożizzjonijiet kontra l-applikabilità jew l-infurzar ta’ deċiżjoni jistgħu jsiru f’każi fejn titqajjem il-kwistjoni. Huwa wkoll possibbli li tinkiseb dikjarazzjoni mill-qorti tad-distrett li deċiżjoni tapplika jew ma tapplikax fl-Isvezja.

17. Liema liġi tiġi applikata fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jekk it-tfal jew il-partijiet ma jgħixux fl-Isvezja jew għandhom ċittadinanza differenti?

Il-prinċipju ġenerali huwa li tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż fejn it-tfal għandhom ir-residenza abitwali.

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 18-04-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit