Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Slovakkja

L-aħħar aġġornament: 24-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Slovakkja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. F’termini prattiċi, xi jfisser it-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri? 1.
2. Bħala regola ġenerali, min huwa responsabbli bħala ġenitur tat-tfal? (bħala regola ġenerali tkun eżerċitata b’mod konġunt mill-ġenituri sakemm jibgħu jgħixu flimkien, imma tista’ tkun ta’ l-omm jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġa) 2.
3. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fil-konfront tat-tfal tagħhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom? (jew jista’ jinħatar tutur jekk il-ġenituri huma mejta jew mhumix kapaċi jieħdu ħsieb it-tifel/tifla tagħhom) 3.
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tiġi ddeterminata l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri għall-futur? (bi ftehim komuni jew billi jitilgħu l-qorti) 4.
5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet iridu jiġu rispettati biex il-ftehim ikun jorbot legalment? (eż. l-approvazzjoni ta’ awtorità jew ta’ qorti) 5.
6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti? 6.
7. Jekk il-ġenituri jitilgħu il-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef fejn għandu/ha x’jaqsam/taqsam it-tifel/tifla? 7.
8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklużiva ta’ tifel/tifla, dan ifisser li huwa jew hija jista’/tista’ jiddeċiedi/tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tifel/tifla mingħajr ma l-ewwel jikkonsulta/tikkonsulta lill-ġenitur l-ieħor? 8.
9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta ta’ tifel/tifla, dan xi jfisser fil-prattika? 9.
10. Quddiem liema qorti jew awtorità għandi nitla’ jekk nixtieq niddepożita applikazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jiġu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni? 10.
11. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Hija disponibbli proċedura ta’ emerġenza? 11.
12. Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura? 12.
13. Hemm possibbiltà li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 13.
14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li ssir applikazzjoni quddiem qorti jew awtorità oħra biex tkun infurzata deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każi ta’ din ix-xorta? 14.
15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbilta’ tal-ġenituri li ngħatat fi Stat Membru ieħor tkun rikonoxxuta u infurzata fis-Slovakkja? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi? 15.
16. Quddiem liema qorti rrid nitla’ fis-Slovakkja biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi? 16.
17. Liema liġi tiġi applikata mill-qorti fi proċedura dwar responsabbiltà tal-ġenituri fejn it-tifel/tifla jew il-partijiet ma jgħixux fis-Slovakkja jew huma ta’ nazzjonalitajiet differenti? 17.

 

1. F’termini prattiċi, xi jfisser it-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri?

Skond il-Kodiċi tal-Familja u l-ġurisprudenza tas-Slovakkja ir-responsabbiltà tal-ġenituri (jiġifieri “id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri” – “il-kustodja”) jinkludu, b’mod partikolari, il-kura personali tat-tifel/tifla, il-manteniment, ir-rappreżentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-proprjetà tat-tifel/tifla.

2. Bħala regola ġenerali, min huwa responsabbli bħala ġenitur tat-tfal? (bħala regola ġenerali tkun eżerċitata b’mod konġunt mill-ġenituri sakemm jibgħu jgħixu flimkien, imma tista’ tkun ta’ l-omm jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġa)

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri (il-kustodja) hija taż-żewġ ġenituri b’mod konġunt, irrispettivament minn jekk it-tarbija twelditx fiż-żwieġ jew barra miż-żwieġ jew jekk il-ġenituri jgħixux flimkien jew le (miżżewġa, separati jew iddivorzjati).

Ġenitur jista’ jitneħħielu/ha r-responsabbiltà ta’ ġenitur tiegħu/tagħha (jew tiġi limitata) mill-qorti f’ċirkostanzi serji stipulati mil-liġi.

3. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fil-konfront tat-tfal tagħhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom? (jew jista’ jinħatar tutur jekk il-ġenituri huma mejta jew mhumix kapaċi jieħdu ħsieb it-tifel/tifla tagħhom)

Iva. Jekk it-tnejn mhumiex legalment kapaċi, tneħħitilhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew huma mejta, jista’ jinħatar tutur li personalment għandu jieħu ħsieb it-tifel/tifla, jirrapreżentah/a u jamministra l-affarijiet tiegħu/tagħha minflok il-ġenituri.

FuqFuq

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tiġi ddeterminata l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri għall-futur? (bi ftehim komuni jew billi jitilgħu l-qorti)

Il-qorti trid tiddeċiedi dwar id-distribuzzjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet u ta’ l-obbligi tal-ġenituri (anki jekk iż-żewġ ġenituri jkomplu jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri b’mod konġunt) jew tista’ tapprova ftehim bejn il-ġenituri.

L-Artikolu 26(1) tal-Kodiċi tal-Familja:

“Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti d-divorzju lill-ġenituri ta’ tifel/tifla minuri, il-qorti għandha tispeċifika d-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri fil-konfront tat-tifel/tifla tagħhom fil-perjodu ta’ wara d-divorzju, b’mod partikolari billi tiddetermina liema ġenitur se jkun fdat bit-trobbija tat-tifel/tifla u kif kull ġenitur se jikkontribwixxi għall-manteniment tat-tifel/tifla.”

L-Artikolu 50(1) tal-Kodiċi tal-Familja:

 “jekk il-ġenituri ta’ tifel/tifla minuri ma jgħixux flimkien, il-qorti għandha tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tagħhom anki fin-nuqqas ta’ mozzjoni dwar dan; b’mod partikolari għandha tiddeċiedi min għandu jkollu l-kustodja tat-tifel/tifla u kif kull ġenitur għandu jikkontribwixxi għall-manteniment tiegħu/tagħha.”

5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet iridu jiġu rispettati biex il-ftehim ikun jorbot legalment? (eż. l-approvazzjoni ta’ awtorità jew ta’ qorti)

Ftehim irid jiġi approvat mill-qorti

FuqFuq

L-Artikolu 26(2) tal-Kodiċi tal-Familja:

 “Id-deċiżjoni li tagħti d-divorzju lill-ġenituri ta’ tifel/tifla minuri, fejn jiġu speċifikati d-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri fil-konfront tat-tifel/tifla tagħhom tista’ tiġi sostitwita minn ftehim bejn il-ġenituri li jeħtieġ l-approvazzjoni tal-qorti sabiex ikun validu.”

6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti?

L-ebda wieħed bħalissa. Qed titħejja l-Liġi dwar il-Medjazzjoni.

7. Jekk il-ġenituri jitilgħu il-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef fejn għandu/ha x’jaqsam/taqsam it-tifel/tifla?

Fil-prinċipju, il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar kollox ħlief li tagħti l-kustodja (esklużiva) lil ġenitur. Huwa biss jekk ġenitur titneħħilu/ha r-responsabbiltà ta’ ġenitur, ġenitur wieħed jista’ jkollu l-kustodja esklużiva. Fil-prattika, madanakollu, tiddeċiedi (fuq il-mozzjoni tagħha stess) liema wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kura personali tat-tifel/tifla u min għandu jħallas il-manteniment. Fuq mozzjoni tiddeċiedi dwar iż-żjarat u dwar kwistjonjiet serji oħra fejn il-ġenituri ma jkunux jistgħu jiftiehmu (eż. il-bidla tal-kunjom).

8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklużiva ta’ tifel/tifla, dan ifisser li huwa jew hija jista’/tista’ jiddeċiedi/tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tifel/tifla mingħajr ma l-ewwel jikkonsulta/tikkonsulta lill-ġenitur l-ieħor?

Il-kunċett ta’ “kustodja” ma jittraduciex ruħu sew fis-sistema tal-liġi tal-familja Slovakka. Għandna kunċett ta’ “drittijiet u responsabbiltajiet tal-ġenituri” li dejjem huma tal-ġenituri b’mod konġunt (għalhekk qatt ma jista’ jkun hemm “kustodja esklużiva”, sakemm il-ġenitur l-ieħor ma jkun mejjet, ma jkunx kapaċi legalment jew jitneħħewlu r-responsabbiltajiet ta’ ġenitur). Minn dan niddistingwu “il-kura personali” tat-tifel/tifla. Jekk ġenitur għandu l-kura personali ta’ tifel/tifla, huwa/hija jista’/tista’ jieħu/tieħu d-deċiżjonijiet kollha li huma marbuta mal-ħajja ta’ kuljum tat-tifel/tifla, imma fejn għandhom x’jaqsmu l-kwistjonijiet importanti kollha (bidla fir-residenza, skola, eċċ.) irid ikun hemm ftehim dwarhom miż-żewġ ġenituri (jekk le, iridu jsaqsu lill-qorti għal deċiżjoni). Iż-żewġ ġenituri iżommu d-dritt li jirrappreżentaw lit-tifel/tifla u li jamministraw il-proprjetà tiegħu/tagħha.

FuqFuq

9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta ta’ tifel/tifla, dan xi jfisser fil-prattika?

Ara t-tweġibiet kollha ta’ qabel, b’mod partikolari dik għall-mistoqsija numru 8.

10. Quddiem liema qorti jew awtorità għandi nitla’ jekk nixtieq niddepożita applikazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jiġu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni?

Il-Qorti Distrettwali, li fid-distrett tagħha it-tifel/tifla għandu/ha r-residenza abitwali tiegħu. Ma trid tkun rispettata l-ebda formalità u l-ebda dokument ma jrid ikun mehmuż, ladarba din hija proċedura li l-qorti tista’ tibda fuq il-mozzjoni tagħha stess. Jekk jiġux mehmuża dokumenti għandha tiddependi tabilħaqq mill-kontenut ta’ l-applikazzjoni; ġeneralment ikun meħtieġ iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel/tifla.

11. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Hija disponibbli proċedura ta’ emerġenza?

Jiġu applikati proċeduri semplifikati u inqas formali (mhux kontenzjużi). Hemm possibbiltà ta’ ordni provviżorju li għandu xorta ta’ proċeduri ta’ emerġenza.

12. Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Il-proċeduri kollha dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri huma eżenti mill-ispejjeż tal-qorti. Is-sistema ta’ l-għajnuna legali fis-Slovakkja bħalissa hija limitata biss għall-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti u li jkun provdut rappreżentant bla ħlas. Fi proċeduri familjari, rari jiġri li xi ħadd jagħżel avukat, minħabba l-karattru mhux kontenzjuż tal-proċeduri. Imma jekk il-persuna tissodisfa l-kondizzjonijiet legali għal eżenzjoni personali mill-ħlasijiet tal-qorti, il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha jekk tqis li r-rappreżentazzjoni hija meħtieġa għall-ħarsien ta’ l-interessi tal-parti, tipprovdi rappreżentant bla ħlas, li jinkludi avukat.

FuqFuq

13. Hemm possibbiltà li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva.

14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li ssir applikazzjoni quddiem qorti jew awtorità oħra biex tkun infurzata deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każi ta’ din ix-xorta?

Japplikaw il-proċeduri regolari ta’ infurzar (l-infurzar tal-qorti) ħlief l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar il-kura personali (jiġifieri jekk tifel/tifla għandu/ha jintbagħat/tintbagħat lura għand il-ġenitur li skond id-deċiżjoni għandu d-dritt għall-kura personali). F’każi ta’ din ix-xorta, il-proċedura hija aktar iebsa (inqas livelli ta’ pieni finanzjarji u l-possibbiltà li jkunu involuti l-pulizija u/jew l-awtoritajiet l-oħra biex jagħtu l-għajnuna tagħhom).

15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbilta’ tal-ġenituri li ngħatat fi Stat Membru ieħor tkun rikonoxxuta u infurzata fis-Slovakkja? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi?

Bħalissa, m’hemm l-ebda proċedura speċjali għar-rikonoxximent (sakemm ma jkunx hemm tentattiv għal rikonoxximent uniku (“preċedenti”) – li ma jkunx segwit bl-infurzar – taħt il-konvenzjoni tal-Lussemburgu). L-applikant jiffajlja l-applikazzjoni mal-qorti distrettwali li jkollha l-ġurisdizzjoni sabiex tordna infurzar. Il-qorti se tikkontrolla l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent fil-kuntest ta’ l-infurzar. Dan madanakollu se jinbidel meta u jekk tiġi adottata l-emdenda għal-Liġi dwar il-PIL (il-ħtieġa għal proċeduri speċjali exequatur) u wkoll wara li Brussell II issir applikabbli fis-Slovakkja. Il-proċedura għandha tkun aktar komplessa (dikjarazzjoni ta’ infurzar ta’ liġi).

16. Quddiem liema qorti rrid nitla’ fis-Slovakkja biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi?

L-appell għandu jkun dejjem iddepożitat ma’ l-istess qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni oriġinali, imma d-deċiżjoni dwaru tittieħed mill-qorti reġjonali.

17. Liema liġi tiġi applikata mill-qorti fi proċedura dwar responsabbiltà tal-ġenituri fejn it-tifel/tifla jew il-partijiet ma jgħixux fis-Slovakkja jew huma ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Is-sitwazzjoni hija ferm komplessa minħabba l-konsegwenzi li ma kinux previsti tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1996. Tiġi applikata l-liġi applikabbli taħt dik il-Kovenzjoni, sakemm m’hemmx trattat bilaterali fejn f’dak il-każ tapplika l-liġi taħt dak it-trattat.

Aktar tagħrif

Ministerstvo spravodlivosti English - slovencina

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Slovakkja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 24-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit