Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Spanja

L-aħħar aġġornament: 27-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Spanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri? 1.
2. Fil-prinċipju, min huwa responsabbli bħala ġenitur tat-tfal? 2.
3. Jekk il-ġenituri mhumiex adattati jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jinħatar xi ħadd minn flokhom? 3.
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tkun solvuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri? 4.
5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, liema rekwiżiti jridu jiġu sodisfatti sabiex il-ftehim jorbot legalment? 5.
6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti? 6.
7. Jekk il-ġenituri jirreferu l-kwistjoni lill-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef safejn għandha x’taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 7.
8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklussiva tat-tfal, dan ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor? 8.
9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta tat-tfal, dan xi jfisser fil-prattika? 9.
10. Quddiem liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk nixtieq niftaħ kawża li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jkunu sodisfatti u liema dokumenti jridu jkunu inklużi? 10.
11. Liema forma ta’ proċedura tintuża f’każijiet bħal dawn? Teżisti proċedura ta’ urġenza? 11.
12. Nista’ nikseb għajnuna legali b’xejn li tkopri l-ispejjeż tal-proċeduri? 12.
13. Hemm possibbiltà li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 13.
14. F’ċerti każi, jista’ jkun hemm bżonn li nirrikorri quddiem qorti jew awtorità oħra għall-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? F’każijiet bħal dawn, liema proċedura tintuża? 14.
15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingħatat f’pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea tkun rikonoxxuta u infurzata fi Spanja? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi? 15.
16. Quddiem liema qorti fi Spanja għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema forma ta’ proċedura tintuża f’każi bħal dawn? 16.
17. Liema liġi tiġi applikata fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu fi Spanja jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti? 17.

 

1. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġbor fiha d-drittijiet u d-dmirijiet li għandhom il-persuni naturali, normalment il-ġenituri, jew il-persuni legali permezz tal-liġi jew permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti, dwar il-persuna jew il-proprjetà tal-minuri.

F’każi li l-ġenituri ma jgħixux flimkien, dawn jinkudu b’mod speċjali l-kustodja tal-minuri u l-kondizzjonijiet taż-żjarat.

2. Fil-prinċipju, min huwa responsabbli bħala ġenitur tat-tfal?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri dwar minuri tinsab f’idejn il-ġenituri.

F’każi ta’ separazzjoni, divorzju, jew interruzzjoni jew nuqqas ta’ konvivenza tal-ġenituri, il-ġabra ta’ drittijiet u dmirijiet fir-rigward tal-persuna u tal-proprjetà tal-minuri tkun f’idejn iż-żewġ ġenituri, għajr f’każijiet eċċezzjonali.

Jekk il-ġenituri jkunu separati l-awtorità tal-ġenitur tkun eżerċitata mill-ġenitur li miegħu ikun qed jgħix it-tifel, madankollu l-imħallef, fuq talba tal-ġenitur l-ieħor, jista’ jippermetti li din tkun eżerċitata b’mod konġunt.  Din hija normalment is-sitwazzjoni.

3. Jekk il-ġenituri mhumiex adattati jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jinħatar xi ħadd minn flokhom?

Fil-liġi Spanjola jistgħu jinħatru membri oħra tal-familja, persuni jew istituzzjonijiet nominati permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja skond il-każ, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-minuri, f’każ li l-ġenituri ma jkollhomx il-kapaċità meħtieġa biex jeżerċitaw din ir-responsabbiltà.

FuqFuq

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tkun solvuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista’ tkun determinata :

  • Fuq proposta taż-żewġ ġenituri bi Ftehim Regolatorju, li jkun irid jiġi approvat mill-qorti.
  • Permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja fil-proċeduri kontenzjużi

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri, bħala istituzzjoni ta’ ħarsien tal-minuri, hija f’idejn iż-żewġ ġenituri.

Il-modalitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-kura u l-kustodja tal-minuri nistgħu niġbruhom kif ġej :

  • L-attribuzzjoni lil wieħed mill-ġenituri, huwa l-ftehim l-aktar frekwenti, kemm fis-separazzjonijiet u d-divorzji ta’ ftehim reċiproku bejn il-ġenituri u kemm fil-proċeduri kontenzjużi.
  • Attribuzzjoni konġunta, b’alterazzjoni tal-perjodi li fihom il-minuri joqogħdu ma’ ġenitur wieħed jew ma’ l-oħra, tintalab u tiġi approvata b’mod partikolari fil-proċeduri ta’ ftehim reċiproku bejn il-ġenituri.
  • Minħabba ċ-ċirkostanzi li jseħħu, b’mod eċċezzjonali, il-kura u l-kustodja tista’ tingħata lil persuna oħra permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti, fuq proposta tal-ġenituri naturali jew direttament mill-imħallef.
  • Fil-każijiet li l-Amministrazzjoni tiġi attribwita x-xogħol ta’ kuratur tal-minuri, għandha tinżamm din is-sitwazzjoni, u l-kustodja ma tiġi attribwita lill-ebda wieħed mill-ġenituri.

5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, liema rekwiżiti jridu jiġu sodisfatti sabiex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ġenituri li jaslu għal ftehim dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, għandhom jippreżentaw Ftehim Regolatorju ffirmat bil-patti kollha li, flimkien ma’ miżuri oħra, ikun jinkludi espressament:

FuqFuq

  • Il-kura u l-kustodja tal-minuri.
  • Il-kondizzjonijiet taż-żjajjar mal-ġenituri.
  • L-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri.
  • L-użu tar-residenza tal-familja.
  • Il-ħlas tal-manteniment għall-minuri.

Il-Ftehim Regolatorju jiġi ppreżentat, flimkien mat-Talba, quddiem il-Qorti kompetenti ta’ l-ewwel Istanza, u jrid jiġi ratifikat fil-Qorti min-naħa tal-ġenituri, u wara li tisma’ lill-minuri, jekk dawn għandom użu suffiċjenti tar-raġuni, il-Qorti tiżen il-ftehimiet.

Jekk il-Qorti tqis li dan huwa ta’ benefiċċju għall-minuri, hija tipproċedi bl-approvazzjoni tagħha fis-sentenza ta’ separazzjoni, divorzju, jew fis-sentenza ta’ miżuri definittivi dwar il-kura u l-kustodja u l-manteniment tat-tfal minuri, fil-każi fejn il-ġenituri ma jkunux miżżewwġa.

6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti?

L-aħjar metodu alternattiv, fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji, sabiex jintlaħaq Ftehim bejn il-partijiet huwa dak tal-Medjazzjoni Familjari.

Biex ikollhom setgħa eżekuttiva, il-Ftehimiet li jiġu adottati iridu dejjem jkunu approvati fid-deċiżjoni tal-qorti.

7. Jekk il-ġenituri jirreferu l-kwistjoni lill-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef safejn għandha x’taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fid-deċiżjoni tal-qorti, l-imħallef għandu jsolvi l-kwistjonijiet li ġejjin fl-interess tal-minuri, jiżgura li ma jifridx l-aħwa, u mbagħad jekk għandom użu suffiċjenti tar-raġuni u jismagħhom dejjem jekk ikollhom aktar minn 12-il sena:

FuqFuq

  • Il-miżuri ġudizzjarji dwar il-kustodja, u l-kura mogħtija lil wieħed mill-ġenituri, jew lit-tnejn, u l-edukazzjoni.
  • Il-kondizzjonijiet taż-żjajjar bejn il-ġenituri, bl-indikazzjoni taż-żmien, mod u post li fih dawn ikunu jistgħu jikkomunikaw mat-tfal u meta l-ġenituri jkunu jistgħu joqogħdu fil-kumpanija tagħhom.
  • B’mod eċċezzjonali dan id-dritt taż-żjajjar jista’ jkun limitat jew sospiż jekk ikun hemm ċirkostanzi gravi, jew jekk xi wieħed mill-ġenituri jonqos ripetutament u b’mod gravi mid-dmirijiet tiegħu.
  • L-attribuzzjoni ta’ l-awtorità tal-ġenituri, u jekk ikun hemm raġuni għal din u jekk din taqbel għat-tfal, il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar l-eżerċizzju totali jew parzjali tagħha min-naħa ta’ wieħed mill-ġenituri, u anke dwar iċ-ċaħda ta’ l-imsemmija awtorità jekk ikun hemm raġuni għaliha. 
  • Il-ħlas tal-manteniment li jrid jitħallas minn kull wieħed mill-ġenituri biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet tat-tfal, filwaqt li jkunu meqjusa ċ-ċirkostanzi ekonomiċi preżenti u bl-adozzjoni ta’ miżuri neċessarji biex dan il-ħlas ikun żgurat.
  • L-attribuzzjoni ta’ l-użu tad-dar tal-familja u ta’ l-oġġetti ta’ użu ordinarju, fil-każi fejn ma jkunx hemm qbil bejn il-ġenituri, bi preferenza għat-tfal iż-żgħar.

8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklussiva tat-tfal, dan ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Bħala regola ġenerali, l-awtorità tal-ġenituri qiegħda f’idejn iż-żewġ ġenituri u għaldaqstant il-fakultà ta’ deċiżjoni u ta’ soluzzjoni tal-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw lit-tfal hija taż-żewġ ġenituri, anke jekk wieħed minnhom biss ikun attribwit il-kustodja tat-tfal.

FuqFuq

F’każ li ma jkunx hemm qbil bejn il-ġenituri fid-deċiżjonijiet li jridu jew għandhom jittieħdu dwar it-tfal, li jistgħu jkunu relatati ma’ kwistjonijiet skolastiċi u edukattivi bħal ngħidu aħna l-għażla ta’ l-iskola u ta’ l-attivitajiet mhux skolastiċi, l-għażla ta’ tabib għall-kura medika, il-formazzjoni personali fl-għażla ta’ l-isem jew tar-reliġjon, jew l-għażla tal-post jew pajjiż li fih jgħixu t-tfal, eċċ., u ma jkunx hemm possibbiltà li jintlaħaq qbil konġunt, kwalunkwe wieħed mill-ġenituri jista’ jirrikorri quddiem il-Qorti biex tiġi solvuta l-kontroversja.

L-imħallef wara li jisma’ liż-żewġ ġenituri u lit-tfal, jekk għandom użu suffiċjenti tar-raġuni, jattribwixxi b’mod inappellabbli l-fakultà tad-deċiżjoni lill-missier jew lill-omm. Jekk il-ġenituri li ma qablux ikunu reċidivi jew ikun hemm xi raġuni oħra gravi li tfixkel l-eżerċizzju ta’ l-awtorità tal-ġenituri, l-imħallef ikun jista’ jattribwixxi lil wieħed mill-ġenituri fakultà totali jew parzjali li jiddeċiedi, jew anke jqassam bejn il-ġenituri l-funzjonijiet tagħhom. Dawn il-miżuri kollha jistgħu jkunu adottati għal terminu massimu ta’ sentejn.

9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta tat-tfal, dan xi jfisser fil-prattika?

Fil-każi fejn il-kura tal-minuri tkun attribwita b’mod konġunt liż-żewġ ġenituri, fil-prattika l-kura ta’ kuljum tat-tfal tkun alternata u kull ġenitur jagħti attenzjoni diretta lit-tfal, għal perjodi determinati preċedentement, li normalment ikunu jaqblu ma’ perjodi skolastiċi konkreti, bħalma huma trimestri jew korsijiet.

FuqFuq

Dan ifisser ukoll li jkun hemm distribuzzjoni tal-perjodi ta’ vaganza bejn iż-żewġ ġenituri.

Dan il-metodu ta’ kustodja mhuwiex normali, għalkemm huwa iktar frekwenti fil-proċessi ta’ ftehim reċiproku fuq proposta tal-ġenituri.

10. Quddiem liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk nixtieq niftaħ kawża li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jkunu sodisfatti u liema dokumenti jridu jkunu inklużi?

Fil-proċeduri ta’ separazzjoni jew divorzju miż-żwieġ li jkunu ta’ ftehim reċiproku hija kompetenti l-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza ta’ l-aħħar domiċilju komuni taż-żwieġ, jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-applikanti.

Fil-proċeduri kontenzjużi taż-żwieġ hija kompetenti l-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza tal-post fejn ikun hemm id-domiċilju konjugali. F’każ li l-konjuġi jkunu residenti f’distretti ġudizzjarji differenti, fuq għażla ta’ l-attur tkun kompetenti l-Qorti ta’ l-aħħar domiċilju taż-żwieġ jew dik tar-residenza tal-konvenut.

Fil-proċeduri li jibbażaw b’mod esklussiv fuq il-kura u l-kustodja u l-manteniment tal-minuri fejn il-ġenituri ma jkunux miżżewġin, hija kompetenti l-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza tal-post ta’ l-aħħar domiċilju komuni tal-ġenituri, u f’każ li l-konjuġi jkunu residenti f’distretti ġudizzjarji differenti, fuq għażla ta’ l-attur tkun kompetenti l-Qorti tad-domiċilju tal-konvenut jew dik tar-residenza tal-minuri.

11. Liema forma ta’ proċedura tintuża f’każijiet bħal dawn? Teżisti proċedura ta’ urġenza?

Il-proċeduri applikabbli f’dawn il-każijiet huma dawn li ġejjin:

FuqFuq

  • Fil-każi fejn ikun hemm qbil bejn il-partijiet, il-proċedura ta’ ftehim reċiproku provduta fl-Artikolu 777 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili, għas-separazzjoni, id-divorzju u l-adozzjoni ta’ miżuri definittivi dwar il-kura u l-kustodja u l-manteniment tal-minuri, meta ma jkunx hemm żwieġ.
  • Meta ma jkunx hemm qbil bejn il-partijiet, il-proċedura ta’ kontenzjuż irregolata fl-Artikoli 770 u 774 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili ukoll permezz tal-proċessi taż-żwieġ u tal-minuri, fejn ma jkunx hemm żwieġ bejn il-ġenituri.

Fil-każi ta’ urġenza, l-adozzjoni ta’ miżuri tista’ tintalab permezz tal-proċeduri li ġejjin:

  • Miżuri provviżorji qabel il-preżentazzjoni tat-talba għall-annullament, separazzjoni, divorzju jew fil-proċessi bbażati fuq il-kura u l-kustodja u l-manteniment tal-minuri. Dan huwa regolat fl-Artikoli 771 u 772 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili. 
  • Huwa espressament ipprovdut li jekk ikun hemm raġunijiet ta’ urġenza, il-miżuri jistgħu jiġu adottati fl-ewwel deċiżjoni li tittieħed, b’effett immedjat.
  • Miżuri provviżorji li jkunu ġejjin mill-aċċettazzjoni tat-talba tal-proċedura taż-żwieġ jew tal-minuri, bħal fil-każi preċedenti. Dan huwa provdut fl-Artikolu 773 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili.

12. Nista’ nikseb għajnuna legali b’xejn li tkopri l-ispejjeż tal-proċeduri?

Il-benefiċċji totali jew parzjali tal-ġustizzja b’xejn jistgħu jinkisbu dejjem jekk ikun hemm il-garanzija li r-rekwiżiti se jkunu sodisfatti u segwiti, skond il-Liġi ta’ l-Għajnuna Legali b’Xejn (Ara "l-Għajnuna Legali - Spanjaá").

FuqFuq

13. Hemm possibbiltà li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Sabiex wieħed ikun jaf liema deċiżjonijiet huma appellabbli, trid issir distinzjoni bejn dawk li jistgħu jagħtu s-sentenzi, fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, u għalhekk għandna:

  • Id-deċiżjonijiet kollha tal-proċeduri kontenzjużi jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Provinċjali.
  • Id-deċiżjonijiet fi proċeduri ta’ ftehim reċiproku jistgħu jiġu appellati, ukoll quddiem il-Qorti Provinċjali, meta jkun hemm ftehim dwar xi miżura li tmur lilhinn mit-termini tal-Ftehim Regolatorju.
  • Kontra d-deċiżjonijiet tal-Miżuri Provviżorji Preċedenti, jew tal-Miżuri Provviżorji, jew deċiżjonijiet dwar l-eżerċizzju ta’ l-awtorità tal-ġenituri, m’hemm l-ebda appell previst fil-liġi.

14. F’ċerti każi, jista’ jkun hemm bżonn li nirrikorri quddiem qorti jew awtorità oħra għall-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? F’każijiet bħal dawn, liema proċedura tintuża?

Fil-każi fejn id-deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri ma jkunux ġew osservati volontarjament, tista’ titressaq quddiem il-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza li tkun tat dawk id-deċiżjonijiet, talba eżekuttiva sabiex jiġi ordnat l-infurzar tal-miżura jew miżuri li ma jkunux twettqu.

Tkun identifikata s-sentenza jew deċiżjoni li tagħha qed jintlabab it-twettiq u l-persuna li kontriha qed jintalab l-infurzar.

15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingħatat f’pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea tkun rikonoxxuta u infurzata fi Spanja? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi?

Id-deċiżjonijiet mogħtija f’xi Stat Membru dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri fil-proċeduri taż-żwieġ fir-rigward ta’ tifel komuni, li saru eżekuttivi fl-imsemmi Stat Membru u li kienu ġew notifikati, huma rikonoxxuti fi Spanja fuq talba ta’ kwalunkwe wieħed mill-partijiet interessati mingħajr ħtieġa ta’ proċedura, skond kif jipprovdi r-Regolament tal-Kunsill 2201/2003 (KE) tad-27 ta'Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u t-twettiq tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet relatati maż-żwieġ u mar-responsabbiltà tal-ġenituri.

FuqFuq

Biex jintalab l-infurzar, wieħed għandu jippreżenta talba eżekuttiva (ikun hemm il-ħtieġa ta’ Avukat u Prokuratur) flimkien mal-kopja tad-deċiżjoni li jkun jixtieq li tiġi infurzata, li tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji biex tkun determinata l-awtentiċità tagħha, skond il-formola standard li tidher f’Anness V, quddiem il-Qorti fejn ikun hemm il-minuri u fejn qed jintalab l-infurzar.

Għall-każi mhux inklużi fir-Regolament imsemmi hawn fuq, relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri ta’ tfal barra miż-żwieġ, sakemm tidħol fis-seħħ u tkun applikabbli l-proposta attwali tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-kompetenza, ir-rikonoxximent u t-twettiq tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet relatati maż-żwieġ u mar-responsabbiltà tal-ġenituri (ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tas-27 ta’ Awissu 2002), id-deċiżjonijiet se jkunu rikonoxxuti permezz tar-regoli ġenerali tar-rikonoxximent (exequatur) u jiġu infurzati ladarba jkunu rikonoxxuti skond il-liġi Spanjola.

16. Quddiem liema qorti fi Spanja għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema forma ta’ proċedura tintuża f’każi bħal dawn?

Fi Spanja biex topponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun adottata minn Stat Membru ieħor, il-parti interessata trid tirrikorri quddiem il-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza fejn ikun mitlub li tiġi rikonoxxuta u trid tallega l-preżenza ta’ x’uħud mir-raġunijiet ta’ ċaħda tar-rikonoxximent provduti fir-Regolament 1347/2000.

Ir-raġunijiet li jistgħu jissemmew huma: li d-deċiżjoni kienet b’mod evidenti tmur kontra l-ordni pubbliku, li ma ġietx mogħtija l-opportunità li t-tifel jiġi mismugħ, meta tingħata s-sentenza b’kontumaċja u ma tkunx ingħatat jew ġiet notifikata t-talba bil-miktub sakemm tingħata prova li d-deċiżjoni tkun aċċettata, jekk jonqos l-infurzar tar-responsabbiltà tal-ġenituri u ma ngħatatx l-opportunità ta’ smiegħ, jekk id-deċiżjoni tikkunfliġġi ma’ deċiżjoni oħra preċedenti.   

17. Liema liġi tiġi applikata fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu fi Spanja jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-liġi applikabbli fi proċedura ta’ responsabbiltà tal-ġenituri hija l-liġi personali tal-minuri, u jekk din ma tkunx tista’ tiġi determinata tiġi applikata dik tar-residenza abitwali tal-minuri.

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 27-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit