Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
M’hemm l-ebda definizzjoni ta’ awtorità (responsabbiltà) tal-ġenituri fil-Kodiċi tal-Familja u tat-Tutela tal-Polonja. F’termini ġenerali, l-awtorità (ir-responsabbiltà) tal-ġenituri tista’ tiġi ddefinita bħala sett ta’ obbligi u drittijiet tal-ġenituri fil-konfront ta’ tifel/tifla minuri, li l-għan tiegħu huwa li tkun provduta kura xierqa u jkunu mħarsa l-interessi tat-tifel/tifla.
L-awtorità tal-ġenituri titwieled ex lege fil-mument tat-twelid ta’ tarbija u ddum sakemm it-tifel/tifla jagħlaq/tagħlaq l-età legali, jigifieri sakemm huwa/hija jagħlaq/tagħlaq 18-il sena (b’xi eċċezzjonijiet).
Persuna li jkollha l-awtorità tal-ġenituri hija obbligata li tieħu ħsieb it-tifel/tifla, li trabbieh/a, li tieħu ħsieb is-saħħa fiżika u mentali tiegħu/tagħha, l-edukazzjoni, kif ukoll li tirrappreżenta lit-tifel/tifla u tamministra l-proprjetà tiegħu/tagħha.
L-awtorità tal-ġenituri għandha tkun eżerċitata miż-żewġ ġenituri, kemm jekk ikunu miżżewġa lil xulxin, jgħixu flimkien, eċċ. jew le.
F’sitwazzjoni biss fejn il-paternità ta’ tifel/tifla ġiet stabbilita minn qorti, missier għandu jkun eliġibbli li jeżerċita l-awtorità ta’ ġenitur biss jekk il-qorti tagħtihielu permezz ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi l-paternità. Jekk wieħed mill-ġenituri jkun mejjet jew huwa nieqes mill-kapaċità legali, jew jekk tneħħietlu/tneħħitilha l-awtorità ta’ ġenitur jew ġie/t sospiż/a milli jeżerċita/teżerċita l-awtorità ta’ ġenitur, l-awtorità tal-ġenituri tkun vestita fil-ġenitur l-ieħor/l-oħra biss. Jekk ma ġietx stabbilita l-paternità ta’ tifel/tifla, mela l-omm biss hija intitolata għall-awtorità tal-ġenituri.
Jekk l-ebda wieħed mill-ġenituri mhu intitolat li jkollu l-awtorità tal-ġenituri, eż. minħabba li tneħħietlu/tneħħitilha l-awtorità ta’ ġenitur minħabba li kien/et qed jeżerċitaha/teżerċitaha b’mod mhux xieraq, jew minħabba li ma kienx/kenitx qed jeżerċitaha/teżerċitaha, tiġi maħtura persuna biex ikollha l-kustodja tat-tifel/tifla.
Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, il-kwistjoni ta’ l-awtorità tal-ġenituri għandhom tkun soġġetta għal deċiżjoni tal-qorti.
Il-liġi Pollaka ma tipprovdix għall-possibbiltà li jkun konkluż ftehim ta’ din ix-xorta.
Hemm possibbiltà ta’ medjazzjoni, imma għandha titwettaq minn qorti tat-tutela. Din il-qorti tista’ tibgħat lill-ġenituri għal terapija familjari, li tiġi organizzata minn diversi organizzazzjonijiet soċjali jew mhux governattivi, eċċ.
Hemm dispożizzjoni li tistipula li ż-żewġ ġenturi b’mod konġunt għandhom jiddeċiedu fi kwistjonijiet vitali li jikkonċernaw it-tifel/tifla. Jekk ma jirnexxielhomx jiftiehmu, tkun qorti tat-tutela li tiddeċiedi dwar dawn il-kwistjonijiet. M’hemm l-ebda lista ta’ kwistjonijiet li jitqiesu vitali. Il-ġurisprudenza tissuġġerixxi li dawn il-kwistjonijiet vitali jinkludu: id-domiċilju tat-tifel/tifla, l-għażla ta’ l-iskola, id-deċiżjoni li tikkonċerna isem u kunjom it-tifel/tifla, deċiżjonijiet li jikkonċernaw it-trattament mediku tat-tifel/tifla, tluq barra mill-pajjiż.
Każ ta’ manteniment mhux każ ta’ tutela. Ovvjament, jekk wieħed mill-ġenituri ma jipprovdix il-manteniment għal tifel/tifla, il-ġenitur l-ieħor għandu d-dritt li jiftaħ kawża l-qorti sabiex jingħata l-manteniment.
Le, il-fatt li wieħed mill-ġenituri jeżerċita l-kustodja esklużiva ma jfissirx li l-ġenitur l-ieħor għandu jitneħħilu d-dritt li jiddeċiedi mal-ġenitur ta’ l-ewwel dwar kwistjonijiet vitali li huma relatati mat-tifel/tifla.
Il-ġenituri li jgħixu flimkien biss jista’ jkollhom il-kustodja konġunta ta’ tifel/tifla. Jekk il-ġenituri ma jgħixux flimkien, wieħed biss minnhom għandu jingħata l-kustodja ta’ tifel/tifla. Il-ġenitur l-ieħor/oħra għandu jżomm id-dritt tiegħu/tagħha li jikkuntattja lit-tifel/tifla liberament kif ukoll l-awtorità tal-ġenituri kollha tiegħu/tagħha. Hemm distinzjoni bejn il-kunċett ta’ kustodja u l-kunċett ta’ l-awtorità tal-ġenituri.
Il-każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-awtorità tal-ġenituri jaqgħu fil-kompetenza tal-qrati distrettwali (‘rejonowy’) – id-diviżjonijiet tal-familja u tal-każi li jinvolvu l-minuri (qorti ta’ tutela) – li huma kompetenti fejn għandu x’jaqsam id-domiċilju tat-tifel/tifla.
Wieħed għandu jiddepożita applikazzjoni u jehmeż magħha iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel/tifla, iċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri (jekk huma miżżewġa), dokumenti oħra li jikkorroboraw l-applikazzjoni, eż. ċertifikati mediċi, ċertifikati skolastiċi, opinjonijiet ta’ pedagoġi, eċċ.
F’każi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-awtorità tal-ġenituri tapplika dik li tissejjaħ proċedura mhux kontenzjuża, li hija inqas formali minn proċedura li tinvolvi kawża.
F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, eż. jekk tifel/tifla tkun f’periklu, qorti tat-tutela tista’ taġixxi ex officio u tagħti deċiżjonijiet f’emerġenza. Deċiżjonijiet ta’ din ix-xorta għandhom ikunu jistgħu infurzati b’mod immedjat.
Il-proċeduri quddiem qorti tat-tutela f’każi li għandhom x’jaqsmu ma’ awtorità tal-ġenituri huma bla ħlas. Barra minn hekk, f’każi ġustifikati il-ġenituri jistgħu jiksbu l-għajnuna legali mingħajr ħlas.
Iva, kwalunkwe deċiżjoni tista’ tkun soġġetta għal appell li ġie ddepożitat f’qorti ta’ istanza ogħla.
Il-proċeduri b’relazzjoni ma’ l-infurzar bilfors ta’ deċiżjoni li tikkonċerna awtorità tal-ġenituri għandhom jitwettqu mill-istess qorti li tkun tat id-deċiżjoni oriġinali. Il-persuna konċernata għandha tiddepożita applikazzjoni xierqa fil-qorti. Il-proċeduri għandhom jitmexxew skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tal-Polonja.
Il-Polonja hija parti għall-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tad-Deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-Kustodja tal-Minuri u ir-ritorn tal-Kustodja tal-Minuri, konkluża fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Mejju 1980.
B’hekk għandha tkun iddepożitata applikazzjoni rilevanti f’qorti.
Meta l-Polonja tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi KE f’dan ir-rigward.
Dawn il-każi għandhom jinstemgħu fil-proċeduri ta’ appell mill-Qorti ta’ l-Appell, li hija superjuri għall-qorti li tkun tat id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ sentenza ta’ qorti barranija. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Il-liġi ta’ l-Istat ta’ l-oriġini tat-tifel/tifla, skond l-Artikolu 19 ta’ l-Att tat-12 ta’ Novembru 1965 – id-Dritt Internazzjonali Privat - għandha tkun il-liġi applikabbli.
Barra minn hekk, il-Polonja hija parti għall-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 li tikkonċerna s-setgħat ta’ l-awtoritajiet u l-liġi applikabbli fir-rigward tal-ħarsien tal-minuri, li tippermetti l-possibbiltà li tkun applikata l-liġi ta’ l-Istat fejn persuna minuri għandha d-domiċilju tagħha.
« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 23-02-2007

