Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
Id-drittijiet u d-dmirijiet reċiproċi tat-tfal u tal-ġenituri huma rregolati fil-Parti IV tal-Ktieb III tal-Kodiċi Ċivili. L-Artikolu 3.155 tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi li sakemm jilħqu l-età legali jew l-emanċipazzjoni, it-tfal għandhom ikunu fil-kura tal-ġenituri tagħhom. Il-ġenituri għandu jkollhom dritt u dmir li jedukaw u jrabbu b’mod xieraq lil uliedhom, jieħu ħsieb saħħithom u, fejn għandu x’jaqsam l-istat fiżiku u mentali tagħhom, joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp sħiħ u armonjuż tagħhom ħalli t-tifel/tifla ikun lesti għal ħajja indipendenti fis-soċjetà. Il-Kapitolu XI tal-Ktieb III tal-Kodiċi Ċivili jirregola d-drittijiet u dmirijiet tal-ġenituri fil-konfront ta’ wliedhom u l-Kapitolu XII jipprovdi d-drittijiet u d-dmirjiet tal-proprjetà reċiproċi tal-ġenituri u tat-tfal.
Skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 3.227 tal-Kodiċi Ċivili, il-ġenituri adottivi għandhom jiġu trattati bħala l-ġenituri tat-tifel/tifla skond il-liġi minn dak inhar li s-sentenza tal-qorti dwar l-adozzjoni saret res judicata, ħlief għall-eċċezzjoni provduta fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 3.222 tal-Kodiċi Ċivili.
L-Artikolu 3.156 tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi li l-missier u l-omm għandu jkollhom drittijiet u dmirjiet indaqs fejn għandhom x’jaqsmu wliedhom. Il-ġenituri għandu jkollhom drittijiet u dmirijiet indaqs fil-konfront ta’ wliedhom irrispettivament minn jekk it-tifel/tifla twelidx/twelditx lil kopja miżżewġa jew waħda li mhix miżżewġa, wara divorzju jew annullament ġudizzjarju ta’ żwieġ jew wara separazzjoni jew le.
Jekk il-ġenituri ma jistgħux jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fil-konfront ta’ wliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom. Għal dawn il-finijiet, fil-Kodiċi Ċivili ġie provdut l-uffiċċju tat-tutur u tal-kuratur tal-minuri. L-elementi fundamentali ta’ li jitqiegħed/titqiegħed tifel/tifla taħt tutela/kura temporanja u permanenti huma provduti fl-Artikoli 3.254 u 3.257.
Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw, id-determinazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri għall-futur tiddependi mill-mod kif ingħata d-divorzju.
Jekk iż-żwieġ inħall bil-kunsens reċiproku tal-konjuġi, se jkollhom jippreżentaw lill-qorti kuntratt dwar il-konsegwenzi tad-divorzju tagħhom (l-aġġustament fil-proprjetà, il-pagamenti ta’ manteniment għat-tfal, eċċ). Skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 3.53 tal-Kodiċi Ċivili filwaqt li tagħti digriet ta’ divorzju, il-qorti għandha tapprova l-kuntratt tal-konjuġi fejn għandhom x’jaqsmu l-konsegwenzi tad-divorzju li jipprovdi għall-pagamenti tal-manteniment għat-tfal li huma taħt l-età u għal xulxin, għar-residenza tat-tfal minuri tagħhom, għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-edukazzjoni ta’ wliedhom u għad-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom l-oħra fejn għandha x’taqsam il-propjetà. Il-kontenut tal-kuntratt għandu jkun inkorporat fis-sentenza tad-divorzju. F’każ li jkun hemm bidla essenzjali fiċ-ċirkostanzi (wieħed mill-ex-konjuġi jimrad, ma jkunx jista’ jaħdem aktar, eċċ.), l-ex-konjuġi jew wieħed minnhom jista’ jressaq petizzjoni quddiem il-qorti sabiex din terġa’ tqis it-termini u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom dwar il-konsegwenzi tad-divorzju.
Jekk żwieġ jinħall permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-konjuġi, l-applikazzjoni li ġiet ippreżentata quddiem il-qorti trid tindika wkoll kif l-applikant se jwettaq l-obbligi tiegħu jew tagħha fil-konfront tal-konjuġi l-ieħor/l-oħra u fil-konfront tat-tfal minuri tagħhom. Fl-għoti ta’ divorzju, il-qorti trid issolvi l-kwistjonijiet li huma relatati mar-residenza u mal-manteniment tat-tfal minuri, mal-manteniment ta’ wieħed mill-konjuġi, ma’ l-aġġustament tal-proprjetà komuni tal-konjuġi, ħlief f’każi fejn il-proprjetà ġiet aġġustata bil-ftehim reċiproku tal-konjuġi li kien iċċertifikat minn proċedura notarili (l-Artikolu 3.59).
Jekk żwieġ jinħall fuq il-bażi tal-ħtija ta’ wieħed mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma. Divorzju bbażat fuq il-ħtija taż-żewġ konjuġi għandu jkollu l-istess konsegwenzi bħal meta żwieġ jinħall bil-kunsens reċiproku tal-konjuġi (l-Artikoli 3.51 sa 3.54). Il-proċeduri ta’ divorzju bbażati fuq il-ħtija ta’ wieħed mill-konjuġi għandhom ikunu soġġetti, mutatis mutandis, għall-Artikolu 3.59 tal-Kodiċi Ċivili.
F’każ ta’ separazzjoni, wieħed mill-konjuġi jista’ jitlob lill-qorti biex tapprova s-separazzjoni jekk minħabba ċerti ċirkostanzi, li jistgħu ma jiddependux mill-konjuġi l-ieħor/oħra, il-ħajja tagħhom flimkien saret intollerabbli (impossibbli) jew li tista’ tippreġudika serjament l-interessi tat-tfal minuri tagħhom jew il-konjuġi m’għadhomx interessati li jibqgħu jgħixu flimkien. Meta tagħti sentenza ta’ separazzjoni, il-qorti trid tagħżel il-konjuġi li miegħu se jmorru jgħixu t-tfal, trid tiddeċiedi dwar il-manteniment tat-tfal u dwar l-involviment tal-missier (ta’ l-omm) isseparat/a fl-edukazzjoni ta’ wliedhom. Iż-żewġ konjuġi jistgħu jitolbu b’mod konġunt biex il-qorti tapprova s-separazzjoni tagħhom jekk ikunu għamlu kuntratt dwar il-konsegwenzi tas-separazzjoni tagħhom li jipprovdi għar-residenza, għall-manteniment u għall-edukazzjoni tat-tfal minuri tagħhom kif ukoll għall-aġġustament tal-proprjetà tagħhom u tal-manteniment reċiproku. Fejn il-konjuġi jkunu għamlu kuntratt dwar il-konsegwenzi tas-separazzjoni, il-qorti għandha tapprova l-kuntratt sakemm ikun konsistenti ma’ l-ordni pubbliku, mad-drittijiet u ma’ l-interessi legali tat-tfal minuri tagħhom jew ta’ wieħed mill-konjuġi. Wara li tkun approvat il-kuntratt, il-qorti għandha tinkorpora l-kontenut tiegħu fis-sentenza tas-separazzjoni.
Jekk il-ġenituri jgħixu flimkien, il-proċedura u l-forma tal-manteniment għandhom ikunu ddeterminati mill-ftehim reċiproku tal-ġenituri. Il-forma u l-ordni speċjali għal dan il-ftehim mhumiex provduti. Skond l-Artikolu 3.193 tal-Kodiċi Ċivili dwar divorzju bi ftehim reċiproku (l-Artikolu 3.51 tiegħu) jew dwar separazzjoni (l-Artikolu 3.73 tiegħu) il-konjuġi għandhom jagħmlu ftehim li jipprovdi għad-dmirijiet reċiproċi tagħhom sabiex imantnu lil uliedhom ta’ taħt l-età kif ukoll dwar il-proċedura, l-ammont u l-forma ta’ manteniment ta’ din ix-xorta. Il-ftehim għandu jkun approvat mill-qorti (l-Artikolu 3.53 tal-Kodiċi Ċivili). Il-ġenituri ta’ tfal ta’ taħt l-età jista’ jikkonkludu ftehim dwar il-manteniment ta’ wliedhom anki meta d-divorzju tagħhom ikunu ibbażat fuq raġunijiet oħra. Jekk wieħed mill-ġenituri ma jikkonformax mal-ftehim dwar il-manteniment tat-tfal ta’ taħt l-età tagħhom li kien approvat mill-qorti, il-ġenitur l-ieħor għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-qorti biex toħroġ mandat ta’ eżekuzzjoni
Fil-Litwanja m’hemm l-ebda mezz alternattiv biex ikun solvut il-tilwim fi kwistjoni ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. Il-ġenituri jistgħu jsolvu t-tilwim tagħhom biss fil-qorti.
Skond l-Artikolu 3.156 tal-Kodiċi Ċivili, il-missier u l-omm għandhom drittijiet u dmirijiet indaqs fil-konfront ta’ wliedhom. Il-ġenituri għandu jkollhom drittijiet u dmirjiet indaqs fil-konfront ta’ wliedhom irrispettivament minn jekk it-tifel/tifla twelidx/twelditx lil koppja miżżewġa jew waħda li mhix miżżewġa, wara divorzju jew annullament ġudizzjarju taż-żwieġ jew separazzjoni, jew le. Il-ġenituri għandu jkollhom id-dritt u d-dmir li jrabbu lil uliedhom; għandhom ikunu responsabbli għall-edukazzjoni u għall-iżvilupp ta’ wliedhom, għal saħħithom u għall-gwida spiritwali u morali tagħhom. Fit-twettiq ta’ dawn id-dmirijiet, il-ġenituri għandu jkollhom dritt prijoritarju fuq id-drittijiet ta’ persuni oħra. Il-ġenituri jridu joħolqu l-kondizzjonijiet biex uliedhom jitgħallmu meta jkollhom l-età ta’ skola obbligatorja.
Il-kustodja esklużiva ta’ wieħed mill-ġenituri tista’ sseħħ biss f’każi fejn l-awtorità tal-ġenituri ta’ wieħed mill-ġenituri tiġi ristretta. Fejn il-ġenituri (il-missier jew l-omm) ifallu fi dmirijiethom sabiex irabbu lil uliedhom jew jabbużaw mill-awtorità tal-ġenituri tagħhom jew jittrattaw lil uliedhom b’mod kiefer jew jagħmlulhom il-ħsara minħabba l-imġiba immorali tagħhom jew ma jieħdux ħsiebhom, il-qorti tista’ tiddeċiedi għal restrizzjoni temporanja jew bla limiti fis-setgħa tal-ġenituri (dik tal-missier jew ta’ l-omm). Restrizzjoni temporanja jew bla limiti ta’ l-awtorità tal-ġenituri tinvolvi s-sospensjoni tad-drittijiet personali u għall-proprjetà tal-ġenituri li jkunu bbażati fuq konsangwinità u li jkunu skond il-liġi. Madanakollu, il-ġenituri għandhom iżommu d-dritt taż-żjarat, ħlief fejn dan imur kontra l-interessi tat-tifel/tifla. Fejn l-awtorità tal-ġenituri hija ristretta b’mod mhux limitat, it-tifel/tifla jista’/tista’ jkun/tkun adottat/a mingħajr il-kunsens tal-ġenituri.
Il-kwistjonijiet kollha li huma relatati ma’ l-edukazzjoni ta’ wliedhom u ma’ kwistjonijiet oħra ta’ resposabbiltà tal-ġenituri għandhom ikunu deċiżi mill-ġenituri permezz ta’ ftehim reċiproku. F’każ li ma jiftiehmux, it-tilwima għandha tkun solvuta mill-qorti.
Il-petizzjonijiet għal kuntatt jew għal involviment fl-edukazzjoni tat-tifel/tifla jistgħu jiġu ppreżentati mill-missier, mill-omm jew mill-ġenituri tat-tifel/tifla (it-tuturi/il-kuraturi). Il-qorti għandha tiddetermina l-proċedura li biha l-ġenitur isseparat ikollu kuntatt mat-tifel/tifla billi tqis l-interessi tat-tifel/tifla u billi toħloq il-possibbiltà li l-ġenitur isseparat ikun involut fl-edukazzjoni tat-tifel/tifla bl-aktar mod wiesa’ possibbli. Il-kuntatt minimu mat-tifel/tifla jista’ jiġi ordnat biss f’każijiet fejn il-kuntatt massimu kostanti imur kontra l-interessi tat-tifel/tifla.
Jekk persuna trid tiddepożita applikazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, trid titla’ quddiem il-qorti distrettwali. Liema formalitajiet jridu jkunu rispettati u liema dokumenti għandhom ikunu mehmuża ma’ l-applikazzjoni jiddependi mir-rekwiżiti provduti fl-applikazzjoni u mid-drittijiet u d-dmirjiet li huma kkuntestati jew li jridu jiġu solvuti jew iddeterminati (dwar il-kontenut tar-responsabbiltà tal-ġenituri).
It-tilwim u l-kwistjonijiet ewlenija tar-responsabbiltà tal-ġenituri għandhom ikunu eżaminati fi proċedura semplifikata.
Huwa possibbli li tinkiseb għajnuna legali skond il-Liġi dwar l-għajnuna legali (il-liġi dwar l-għajnuna legali garantita mill-Istat). Il-possibbiltà li tinkiseb għajnuna legali tiddependi mill-istat finanzjarju tal-persuna.
Huwa possibbli.
Il-marixxalli jinfurzaw id-deċiżjonijiet tal-qrati.
Ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet ta’ qorti barranija tiġi rregolata skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. L-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ qorti barranija għandha tkun ippreżentata lill-qorti ta’ l-Appell tal-Litwanja. Parti li qed tipprova ġġib rikonoxximent għandha tipproduċi s-sentenza, it-traduzzjoni tagħha fil-Litwan, il-konferma li d-deċiżjoni daħlet fis-seħħ u l-evidenza li l-parti li qiegħda f’kontumaċja kienet informata b’mod xieraq dwar il-post u l-ħin tas-smiegħ tal-każ.
L-ilment għandu jitressaq quddiem il-Qorti Suprema tal-Litwanja. Dan l-ilment għandu jkun eżaminat skond il-proċedura tal-kassazzjoni li hija rregolata skond il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Il-liġi li tapplika għall-kostatazzjoni ta’ l-oriġini ta’ tifel/tifla (il-leġittimazzjoni) hija rregolata fl-Artikolu 1.31 tal-Kodiċi Ċivili. L-oriġini ta’ tifel/tifla (il-kostatazzjoni jew it-tilwima dwar il-paternità jew il-maternità) għandha tkun stabbilita jew skond il-liġi ta’ l-Istat li t-tifel/tifla kiseb/kisbet iċ-ċittadinanza tiegħu mat-twelid, jew skond il-liġi ta’ l-Istat li huwa rikonoxxut bħala li huwa d-domiċilju tat-tifel/tifla meta twieled/twieldet, jew skond il-liġi ta’ l-Istat fejn wieħed mill-ġenituri tat-tifel/tifla għandu d-domiċilju tiegħu/tagħha, jew skond il-liġi ta’ l-Istat li meta twieled/twieldet it-tifel/tifla kien ċittadin tiegħu wieħed mill-ġenituri, liema minn dawn huwa l-aktar ta’ benefiċċju għat-tifel/tifla. Il-konsegwenzi tal-leġitimazzjoni għandhom ikunu rregolati mil-liġi ta’ l-Istat tad-domiċilju tat-tifel/tifla. Jekk tifel/tifla jew wieħed mill-ġenituri tiegħu/tagħha għandu/ha d-domiċilju tiegħu/tagħha fir-Repubblika tal-Litwanja, il-kwistjonijiet tal-leġitimazzjoni għandhom ikunu deċiżi mill-qrati jew mill-istituzzjonijiet Statali l-oħra tar-Repubblika tal-Litwanja. Il-kapaċità legali attiva tal-ġenituri (tal-missier jew ta’ l-omm) fl-għarfien tal-paternità (tal-maternità) għandha tkun irregolata mil-liġi ta’ l-Istat tad-domiċilju tiegħu jew tagħha fi żmien l-għarfien. Il-forma ta’ l-għarfien tal-paternità (maternità) għandha tkun irregolata mil-liġi ta’ l-Istat fejn qed issir jew mil-liġi ta’ l-Istat ta’ fejn għandu/ha d-domiċilju t-tifel/tifla. L-istess dispożizzjonijiet għandhom japplikaw anki għal-leġitimazzjoni ta’ tifel/tifla li ma twelidx/twelditx fi żwieġ.
Il-liġi li tapplika għar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tifel/tifla hija provduta fl-Artikolu 1.32. Ir-relazzjonijiet personali u tal-proprjetà bejn il-ġenituri u t-tifel/tifla għandhom ikunu rregolati mil-liġi ta’ l-Istat ta’ fejn għandu/ha d-domiċilju t-tifel/tifla. Jekk l-ebda wieħed mill-ġenituri m’għandu d-domiċilju tiegħu/tagħha fl-Istat tad-domiċilju tat-tifel/tifla, filwaqt li t-tifel/tifla u l-ġenituri huma ċittadini ta’ l-istess Stat, għandha tapplika l-liġi ta’ l-Istat taċ-ċittadinanza komuni tagħhom.
Il-liġi li tapplika għall-ħarsien tal-minuri, għat-tutela u għall-kura tagħhom għandha tkun iddeterminata skond il-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Poteri ta’ l-Awtoritajiet u l-Liġi Applikabbli fir-rigward tal-Protezzjoni tal-Minuri.
L-obbligi tal-manteniment (l-alimenti) fil-familja għandhom ikunu rregolati mill-Konvenzjoni ta’ l-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi tal-Manteniment.
« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Litwanja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 21-06-2006

