Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Latvja

L-aħħar aġġornament: 11-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Latvja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser fil-prattika t-terminu legali “responsabbiltà tal-ġenituri”? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri? 1.
2. Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied? 2.
3. Jekk il-ġenituri ma jistgħux, jew ma jridux, jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tkun maħtura persuna oħra minflok? 3.
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew ma jibqgħux flimkien, kif tiġi ffissata l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri għall-futur? 4.
5. Jekk il-ġenituri jikkonkludi ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom jiġu mħarsa sabiex il-ftehim ikun jorbot legalment? 5.
6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jaslu għal ftehim fuq il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jissolva l-kunflitt mingħajr rikors għall-qorti? 6.
7. Jekk il-ġenituri jirrikorru għall-qorti, liema huma l-kwistjonijiet li l-Imħallef jista’ jiddeċiedi dwar l-ulied? 7.
8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed ikollu kustodja unika ta’ l-ulied, dan ifisser li dan il-ġenitur jista’ jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha relatati ma’ l-ulied mingħajr konsultazzjoni mal-ġenitur l-ieħor? 8.
9. Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri jkollhom kustodja konġunta ta’ l-ulied, dan xi jfisser fil-prattika? 9.
10. Quddiem liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk irrid nippreżenta applikazzjoni rigward ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema huma l-formalitajiet li għandhom jiġu mħarsa u liema huma d-dokumenti li għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegħi? 10.
11. Liema hija l-proċedura li tapplika f’dawn il-każijiet? Hemm disponibbli xi proċedura ta’ emerġenza? 11.
12. Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura? 12.
13. Huwa possibbli li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 13.
14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li napplika għand qorti jew awtorità oħra biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tkun eżegwita. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 14.
15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u eżegwita fir-Repubblika tal-Latvja? Liema hija l-proċedura li tapplika f’dawn il-każijiet? 15.
16. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri fir-Repubblika tal-Latvja sabiex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema hija l-proċedura li tapplika f’dawn il-każijiet? 16.
17. Liema hija l-liġi li tapplika f’proċedura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fejn l-ulied jew il-partijiet ma jgħixux fil-Latvja jew għandhom nazzjonalitajiet differenti? 17.

 

1. Xi jfisser fil-prattika t-terminu legali “responsabbiltà tal-ġenituri”? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri?

Sa ma jilħqu l-età ta’ maġġorenni, l-ulied huma taħt ir-responsabbiltà tal-ġenituri (l-awtorità tal-ġenituri). Min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri għandu dmir jieħu ħsieb it-tfal u l-proprjetà tagħhom, u jaġixxi f’isem it-tfal fir-relazzjonijiet personali u ta’ proprjetà tagħhom.

2. Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Iż-żewġ ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri flimkien. Jekk il-ġenituri m’humiex miżżewġin, l-awtorità tista tkun eżerċitata mit-tnejn, jew bi ftehim tagħhom, minn wieħed minnhom. Jekk wieħed mill-ġenituri għandu l-awtorità tal-ġenituri, l-ieħor ikollu d-drittijiet tal-viżitazzjoni (aċċess).

3. Jekk il-ġenituri ma jistgħux, jew ma jridux, jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tkun maħtura persuna oħra minflok?

Jekk il-ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri b’mod speċjalment ħażin, jew ma jieħdux ħsieb it-tfal u b’hekk jinħolqu ċirkostanzi li jistgħu jqiegħdu fil-periklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tat-tfal, il-qorti tista’ ċċaħħad lill-ġenituri (wieħed jew it-tnejn) mir-responsabbiltà tal-ġenituri, jew il-qorti tista’ toħroġ twissija u timponi obbligu sabiex jitrażżnu l-azzjonijiet.

Jekk iż-żewġ ġenituri huma mċaħħda mir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti tobbliga lill-qorti ta’ l-iltiema biex taħtar kustodju għat-tfal.

FuqFuq

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew ma jibqgħux flimkien, kif tiġi ffissata l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri għall-futur?

Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew ma jibqgħux flimkien, l-awtorità hija eżerċitata mit-tnejn, jew bi qbil bejniethom, minn wieħed minnhom.

Fil-kwistjonijiet kollha dwar l-iżvilupp ta’ l-ulied, il-ġenituri jieħdu d-deċiżjoni flimkien. Fil-każ ta’ tilwima, dawn id-differenzi għandhom ikunu aġġudikati minn qorti ta’ l-iltiema kemm-il darba l-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Jekk qorti ta’ l-iltiema ma tistax taġġudika d-differenzi bejn il-ġenituri, huma għandhom jirrikorru għall-qorti.

5. Jekk il-ġenituri jikkonkludi ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom jiġu mħarsa sabiex il-ftehim ikun jorbot legalment?

Jekk il-ġenituri jiftiehmu fuq il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri u jwettqu l-ftehim minn jeddhom, mhuwiex meħtieġ li jiksbu l-approvazzjoni ta’ xi awtorità jew qorti.

6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jaslu għal ftehim fuq il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jissolva l-kunflitt mingħajr rikors għall-qorti?

Fil-każ ta’ tilwima, id-differenzi għandhom ikunu aġġudikati minn qorti ta’ l-iltiema. Jekk qorti ta’ l-iltiema ma tistax taġġudika d-differenzi bejn il-ġenituri, jew sentenza tal-qorti ta’ l-iltiema ma titwettaqx, il-ġenituri għandhom jirrikorru għall-qorti tad-distrett (belt).

FuqFuq

7. Jekk il-ġenituri jirrikorru għall-qorti, liema huma l-kwistjonijiet li l-Imħallef jista’ jiddeċiedi dwar l-ulied?

Jekk il-ġenituri jirrikorru għall-qorti, huma jistgħu jitolbu għal kustodja konġunta jew għal kustodja unika. Barra minn dan, jekk meħtieġ, l-imħallef jiddeċiedi l-kwistjonijiet ta’ manteniment, post tar-residenza, eċċ. Il-ġenitur li għandu l-kustodja unika jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri fuq l-ulied, u dan jinkludi drittijiet li jaġixxi f’isem l-ulied fir-relazzjonijiet tagħhom personali u tal-proprjetà, u d-drittijiet li jiddetermina r-residenza ta’ l-ulied. Kull wieħed mill-ġenituri għandu d-dritt ta’ l-aċċess għall-ulied li jitħallew mal-ġenitur l-ieħor.

Kull ġenitur għandu jipparteċipa fil-manteniment ta’ dawk l-ulied li jibqgħu mal-ġenitur l-ieħor.

8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed ikollu kustodja unika ta’ l-ulied, dan ifisser li dan il-ġenitur jista’ jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha relatati ma’ l-ulied mingħajr konsultazzjoni mal-ġenitur l-ieħor?

Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed ikollu kustodja unika ta’ l-ulied, dan il-ġenitur għandu d-drittijiet li jiddeċiedi l-kwistjonijiet kollha dwar l-ulied, iżda l-ġenitur l-ieħor għandu d-drittijiet u l-obbligu li jżomm relazzjoni personali u l-kuntatti ma’ l-ulied. Il-ġenitur li ma jgħixx ma’ uliedu għandu drittijiet li jikseb l-informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ l-ulied, saħħithom, l-interessi tagħhom u l-progress fl-iskola.

9. Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri jkollhom kustodja konġunta ta’ l-ulied, dan xi jfisser fil-prattika?

Jekk iż­-żewġ ġenituri jkollhom kustodja konġunta ta’ l-ulied, iż-żewġ ġenituri jistgħu jaġixxu f’isem uliedhom fir-relazzjonijiet personali u tal-proprjetà tagħhom. Fil-kwistjonijiet kollha dwar l-iżvilupp ta’ l-ulied, il-ġenituri jaċċettaw id-deċiżjoni flimkien.

FuqFuq

10. Quddiem liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk irrid nippreżenta applikazzjoni rigward ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema huma l-formalitajiet li għandhom jiġu mħarsa u liema huma d-dokumenti li għandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegħi?

L-attur għandu jirrikorri quddiem il-qorti tad-distrett (belt) tal-post tar-residenza tal-konvenut. Id-dokumenti li jikkonfermaw it-talba għandhom jinhemżu ma’ l-applikazzjoni, flimkien mal-konklużjoni li tkun waslet għaliha l-qorti ta’ l-iltiema dwar dawn il-kwistjonijiet.

11. Liema hija l-proċedura li tapplika f’dawn il-każijiet? Hemm disponibbli xi proċedura ta’ emerġenza?

Il-proċeduri tal-qorti fil-kwistjonijiet ċivili għandhom ikunu regolati mir-regoli tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tal-Latvja.

Fl-interessi tal-minuri, skond talba raġunata minn parteċipant fil-kwistjoni jew skond id-diskrezzjoni tal-qorti, is-seduta sħiħa jew parti minnha tista’ tkun dikjarata bħala magħluqa għall-pubbliku.

Skond ir-regoli tal-qorti tal-Latvja, il-każijiet dwar l-interessi tat-tfal għandhom ikunu eżaminati fi proċedura ta’ emerġenza.

12. Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Skond it-talba tal-persuna, il-qorti tista’ teżenta lil din il-persuna milli tħallas l-ispejjeż ġudizzjarji, tnaqqashom, jew tippermetti l-ħlas bin-nifs.

13. Huwa possibbli li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Is-sentenza tista’ tiġi appellata fil-qorti Reġjonali (il-qorti ta’ l-appell), u wara dan fil-Qorti Suprema (il-qorti tal-kassazzjoni).

FuqFuq

14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li napplika għand qorti jew awtorità oħra biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tkun eżegwita. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tal-qorti għandhom jiġu eżegwiti wara li jidħlu fis-seħħ b’mod legali.

L-aġġudikazzjonijiet minn qorti u aġġudikazzjonijiet oħrajn għandhom jiġu eżegwiti minn marixxall tal-qorti.

15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u eżegwita fir-Repubblika tal-Latvja? Liema hija l-proċedura li tapplika f’dawn il-każijiet?

Id-deċiżjonijiet u s-sentenzi tal-qrati barranin għandhom jitwettqu mill-qrati tal-Latvja.

Applikazzjoni għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ aġġudikament minn qorti barranija għandha ssir fil-ġurisdizzjoni tal-qorti tad-distrett (belt) għat-territorju fejn għandha tiġi eżegwita l-aġġudikazzjoni.

Il-qorti tivverifika jekk ir-raġunijiet għad-deċiżjoni rikonoxxibbli humiex skond il-liġi tal-Latvja u ma jikkonfliġġux ma’ l-istandards soċjali jew morali fil-Latvja u mbagħad tieħu deċiżjoni ta’ rikonoxximent.

16. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri fir-Repubblika tal-Latvja sabiex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema hija l-proċedura li tapplika f’dawn il-każijiet?

Il-persuna li trid topponi r-rikonoxximent mill-qorti tal-Latvja ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor, hija intitolata li tappella mir-rikonoxximent fil-qorti li tikkorrespondi għall-qorti li tat id-deċiżjoni.

17. Liema hija l-liġi li tapplika f’proċedura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fejn l-ulied jew il-partijiet ma jgħixux fil-Latvja jew għandhom nazzjonalitajiet differenti?

Jekk il-każ dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija ġustifikata f’għajnejn il-qorti tal-Latvja, il-każ jinstema’ skond il-liġi tal-Latvja, mingħajr ma titqies in-nazzjonalità tal-partijiet.

Il-ftehimiet u l-istrumenti li jkunu saru fi stati barranin għandhom jitqiesu fuq bażi ta’ l-istat fejn ġew formulati u għandhom jitqiesu li huma validi kemm-il darba t-tranżazzjonijiet fihom ma jkunux kontra l-ordni pubbliku u l-liġi tal-Latvja.

Aktar tagħrif

http://www.tiesas.lv/eng latviešu valoda

http://www.llrx.com/features/latvia.htm English

http://www.ttc.lv English - latviešu valoda

http://www.bm.gov.lv English - latviešu valoda

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 11-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit