Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 28-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Irlanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri? 1.
2. Fil-prinċipju, min huwa responsabbli bħala ġenitur tat-tfal? 2.
3.   3.
3.a) Jekk il-ġenituri mhumiex adattati jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jinħatar xiħadd minn flokhom?  3.a)
3.b) jew jista' jinħatar kuratur jekk il-ġenituri huma mejta jew ma jistgħux jieħdu ħsieb uliedhom)? 3.b)
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tkun solvuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri? 4.
5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, liema rekwiżiti jridu jiġu sodisfatti biex il-ftehim jorbot legalment?   5.
6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti? 6.
7. Jekk il-ġenituri jirreferi l-kwistjoni lill-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef safejn għandha x’taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri?  7.
8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklussiva tat-tfal, dan ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor? 8.
9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta tat-tfal, dan xi jfisser fil-prattika? 9.
10. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri jekk nixtieq niftaħ kawża li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jkunu sodisfatti u liema dokumenti jridu jkunu inklużi? 10.
11. Liema forma ta’ smiegħ tintuża f’każijiet bħal dawn? Jista’ wieħed jagħżel smiegħ aktar mgħaġġel jekk id-dewmien jista’ jkun ta’ periklu? 11.
12. Nista’ nakkwista għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċeduri? 12.
13. Hemm possibbiltà li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 13.
14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun hemm bżonn li jintalab l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? F’każijiet bħal dawn, quddiem liema qorti għandi nirrikorri u kif tiġi ttrattata l-kwistjoni?  14.
15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbilta’ tal-ġenituri li ngħatat fi Stat Membru ieħor tkun rikonoxxuta u infurzata fl-Irlanda? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi?  15.
16. Quddiem liema qorti fl-Irlanda għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema forma ta’ smiegħ tintuża f’każi bħal dawn? 16.
17. Liema liġi tiġi applikata fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jekk it-tfal jew il-partijiet ma jgħixux fl-Irlanda jew huma ta’ nazzjonalitajiet differenti? 17.

 

1. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri?

L-obbligu li tappoġġa, tagħti kenn, trabbi u tassigura l-edukazzjoni adegwata tat-tfal.

2. Fil-prinċipju, min huwa responsabbli bħala ġenitur tat-tfal?

(bħala prinċipju din ir-responsabbiltà hija eżerċitata flimkien mill-ġenituri sakemm jgħixu flimkien, iżda tista’ tkun ta’ l-omm jekk il-ġenituri mhumiex miżżewġa)

Il-ġenitur jew kuratur tat-tfal. (Dan ta’ l-aħħar jista’ jkun xiħadd li jsir 'de facto' in loco parentis għat-tfal, jew jiġi matur mill-Qorti.)

3.  

3.a) Jekk il-ġenituri mhumiex adattati jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jinħatar xiħadd minn flokhom? 

Iva. Bħala regola ġenerali l-Awtoritajiet tal-Bord tas-Saħħa lokali jistgħu joħorġu Ordnijiet ta’ Kura quddiem il-Qorti tad-Distrett lokali biex tfal taħt it-18-il sena jitqiegħdu taħt ħarsien. F’ċerti każijiet jistgħu jiġu maħtura Kuraturi.

3.b) jew jista' jinħatar kuratur jekk il-ġenituri huma mejta jew ma jistgħux jieħdu ħsieb uliedhom)?

Iva – jistgħu jinħatru Kuraturi f’każ ta’ ġenituri mejtin.

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tkun solvuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

(bi ftehim komuni jew billi jidhru quddiem il-qorti)

Iva, it-tnejn – Jekk jidhru quddiem il-Qorti, l-Imħallef jista’ jagħti Ordni ta’ Kustodja jew Ordni ta’ Kustodja Konġunta u Ordnijiet ta’ Aċċess jew rarament b’applikazzjoni fil-qorti mill-Awtoritajiet ta’ l-Istat meta l-ġenituri jew il-Kuraturi ma jistgħux jew mhumiex lesti jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom.

FuqFuq

5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, liema rekwiżiti jridu jiġu sodisfatti biex il-ftehim jorbot legalment?  

Normalment il-ġenitur li huwa l-kuratur ikollu r-responsabbiltà primarja. Iżda l-ġenituri ma jistgħux jonqsu mill-obbligi tagħhom, u meta jinkiser ftehim il-Qorti hija l-uniku mezz biex tinħareġ Ordni legali ta’ infurzar.

6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti?

(e.g. medjazzjoni)

Iva, jew permezz ta’ għoti ta’ pariri.

7. Jekk il-ġenituri jirreferi l-kwistjoni lill-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef safejn għandha x’taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 

(e.g. ir-residenza tat-tfal, jekk il-ġenituri għandux ikollhom kustodja konġunta jew jekk ġenitur wieħed ikollux kustodja esklussiva, id-drittijiet ta’ żjarat/aċċess tal-ġenituri, l-obbligu ta’ ħlas ta’ manteniment għat-tfal, l-għażla ta’ skola għat-tfal, isem it-tfal, eċċ.)

Barra minn dan, kull kwistjoni li għandha x’taqsam mat-trobbija tat-tfal li jinkludu residenza, aċċess (żjarat), appoġġ u kwistjonijiet ta’ edukazzjoni u saħħa.

8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklussiva tat-tfal, dan ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Le, il-ġenitur li m’għandux il-kustodja jibqa’ l-kuratur tat-tfal u għandu d-dritt li jkun involut fid-deċiżjonijiet kollha ta’ żmien twil. Il-ġenitur li għandu l-kustodja normalment għandu d-dritt li jieħu d-deċiżjonijiet ta’ kuljum mingħajr konsultazzjoni.

FuqFuq

9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta tat-tfal, dan xi jfisser fil-prattika?

Din is-soltu ssir biss meta t-tfal ma jkunux kwistjoni kontenzjuża u jkun hemm sostanzjalment ftehim dwar it-trobbija tagħhom, l-edukazzjoni, eċċ.

10. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri jekk nixtieq niftaħ kawża li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jkunu sodisfatti u liema dokumenti jridu jkunu inklużi?

Normalment il-Qorti Distrettwali, sakemm ma jkunux ħarġu l-proċeduri matrimonjali (għal Separazzjoni, Divorzju jew Annullament), f’liema każ il-Qorti Ambulanti jew dik Għolja tkun il-post propju. (annetti ċ-Ċertifikati tat-Twelid)

11. Liema forma ta’ smiegħ tintuża f’każijiet bħal dawn? Jista’ wieħed jagħżel smiegħ aktar mgħaġġel jekk id-dewmien jista’ jkun ta’ periklu?

Iva. Huwa possibbli tapplika quddiem il-Qrati. 'Ex Parte' (mingħajr Avviż) fejn hu involut il-benesseri tat-tfal.

12. Nista’ nakkwista għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċeduri?

Iva. Permezz ta’ l-Iskema ta’ l-Għajnuna Legali Ċivili – din l-iskema tiddependi mill-mezzi ta’ dak li jkun.

13. Hemm possibbiltà li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva. Dejjem.

14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun hemm bżonn li jintalab l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? F’każijiet bħal dawn, quddiem liema qorti għandi nirrikorri u kif tiġi ttrattata l-kwistjoni? 

Hawn japplika l-Att dwar Rapiment u Infurzar ta’ Ordnijiet ta’ Kustodja 1991. L-Irlanda hija firmatarja tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja dwar Rapiment tat-Tfal u tal-Konvenzjoni ta’ Lussemburgu dwar Rikonoxximent ta’ Ordnijiet ta’ Kustodja.

15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbilta’ tal-ġenituri li ngħatat fi Stat Membru ieħor tkun rikonoxxuta u infurzata fl-Irlanda? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi? 

L-Att dwar Rapiment tat-Tfal u Infurzar ta’ Ordnijiet ta’ Kustodja 1991. Dan jispjega l-proċedura.

16. Quddiem liema qorti fl-Irlanda għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ngħatat minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema forma ta’ smiegħ tintuża f’każi bħal dawn?

L-Att dwar Rapiment tat-Tfal u Infurzar ta’ Ordnijiet ta’ Kustodja 1991. Dan jispjega l-proċedura.

17. Liema liġi tiġi applikata fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jekk it-tfal jew il-partijiet ma jgħixux fl-Irlanda jew huma ta’ nazzjonalitajiet differenti?

L-Att dwar Rapiment tat-Tfal u Infurzar ta’ Ordnijiet ta’ Kustodja 1991. Dan jispjega l-proċedura.

Aktar tagħrif

  • Għal aktar informazzjoni: Is-Servizz tal-Qorti ta’ l-Irlanda English

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 28-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit