Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 06-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Jeżistu ħafna konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tat-tfal u r-responsabbiltà tal-ġenituri

Il-protezzjoni tat-tfal hija kwistjoni importanti li hi ttrattata minn numru kbir ta’ konvenzjonijiet internazzjonali. Waqt li l-ambitu tal-konvenzjonijiet ivarja, kollha għandhom bħala l-għan tagħhom il-promozzjoni tal-benesseri tat-tfal fuq livell internazzjonali.

In-Nazzjonijiet Uniti

  • Il-Konvenzjoni English - français - español ta’ l-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal

Din il-Konvenzjoni tafferma li t-tfal kollha huma ugwali u intitolati jgawdu d-drittijiet tagħhom li jgħixu, jiżviluppaw, jipparteċipaw u jkunu protetti. Tistabbilixxi l-prinċipju li l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun il-konsiderazzjoni primarji fl-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw lit-tfal. L-Istati Membri kollha rratifikaw din il-Konvenzjoni.

Il-Kunsill ta’ l-Ewropa

  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano ta’ l-1950 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Din il-konvenzjoni tipproteġi d-drittijiet u l-liberatijiet fundamentali u tistabbilixxi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li kapaċi tiggarantixxi r-rispett tagħhom. Numru ta’ provvedimenti huma rilevanti għall-familja u t-tfal, bħad-drittijiet għar-rispett tal-ħajja tal-familja (Artiklu 8). Hija ratifikata mill-Istati Membri kollha.

FuqFuq

  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea ta’ l-1967 dwar l-adozzjoni tat-tfal

L-iskop ta’ din il-Konvenzjoni hu li tarmonizza l-liġijiet ta’ l-Istati Membri u tevita konflitt tal-liġijiet fejn l-adozzjoni tinvolvi t-trasferiment tat-tfal minn Stat wieħed għall-ieħor. Tittratta dwar il-kondizzjonijiet għal u l-konsegwenzi legali ta’ l-adozzjoni. Hija ratifikata mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Greċja, mill-Irlanda, mill-Italja, mill-Portugall, mill-Isvezja u mir-Renju Unit.

  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea ta’ l-1975 dwar l-istatus legali tat-tfal imwielda barra ż-żwieġ

Din il-Konvenzjoni tfittex li tassimila l-istatus tat-tfal imwielda barra ż-żwieġ ma’ dak tat-tfal li twieldu minn ġenituri miżżewġa. Hija ratifikata mill-Awstrija, mid-Danimarka, mill-Greċja, mill-Irlanda, mil-Lussemburgu, mill-Portugall, mill-Isvezja u mir-Renju Unit.

FuqFuq

  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea ta’ l-1980 dwar ir-rikonoxximent u l-infuzar tad-deċiżjonijiet li jkkonċernaw il-kustodja tat-tfal u dwar ir-restawrazzjoni tal-kustodja tat-tfal

Fil-Preambolu tagħha din il-Konvenzjoni tirrikonoxxi li l-benesseri tat-tfal hi ta’ importanza superjuri meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-kustodja. Tfittex li tipprovdi rimedju għad-diffikultajiet li jitfaċċaw, ikkawżati minn tilwim dwar il-kustodja bejn ġenituri li jgħixu fi Stati Ewropej differenti. Hija ratifikata mill-Istati Membri kollha.

  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea ta’ l-1996 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-tfal

L-iskop ta’ din il-Konvenzjoni hu li tipproteġi l-aħjar interessi tat-tfal. Tinkludi numru ta’ miżuri proċedurali ddisinjati biex jiżguraw li d-drittijiet tat-tfal ikunu rispettati.

FuqFuq

Hija ratifikata mill-Ġermanja u mill-Greċja.

  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano l-ġdida dwar il-Kuntatt li Jikkonċerna t-Tfal

L-iskop ta’ din il-Konvenzjoni hu li tiddetermina l-prinċipji ġenerali li jkunu applikati ma’ l-ordnijiet tal-kuntatt, kif ukoll li tiffissa salvagwardji u garanziji xierqa biex tiżgura l-eżerċizzju xieraq ta’ tali kuntatt u r-ritorn immedjat tat-tfal fl-aħħar tal-perjodu tal-kuntatt. Il-Konvenzjoni għadha ma daħlitx fis-seħħ.

Il-Konferenza ta’ L-Aja

Il-Konferenza ta’ L-Aja adottat diversi konvenzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal. L-aktar importanti mill-Konvenzjonijiet reċenti huma:

  • Il-Konvenzjoni English - français ta’ l-1993 dwar il-protezzjoni tat-tfal u l-kooperazzjoni f’każ ta’ adozzjoni bejn pajjiż u ieħor

Din il-konvenzjoni timmira li tipproteġi t-tfal adottati f’pajjiżhom, jekk ikun possibbli billi toffrilhom dar f’dawk il-pajjiżi. Tipprovdi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati differenti. Hija ratifikata mill-Awstrija, mid-Danimarka, mill-Finlandja, minn Franza, mill-Ġermanja, mill-Italja, mil-Lussemburgu, mill-Olanda, minn Spanja u mill-Isvezja.

  • Il-Konvenzjoni English - français ta’ l-1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif tat-tfal

L-iskop ta’ din il-Konvenzjoni hu li tipproteġi t-tfal mill-effetti tal-ħsara tar-rapiment u ż-żamma tagħhom bejn il-konfini internazzjonali billi tipprovdi proċedura biex jiġi effettwat ir-ritorn immedjat tagħhom permezz ta’ sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali. Hija ratifikata mill-Istati Membri kollha.

FuqFuq

  • Il-Konvenzjoni English - français ta’ l-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni rigwardanti r-responsabbiltà tal-ġenituri u miżuri għall-protezzjoni tat-tfal

Din il-Konvenzjoni tistabbilixxi regoli dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ miżuri dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-protezzjoni tat-tfal. Fil-prinċipju il-ġurisdizzjoni taqa’ fuq l-Istat Kontraenti tar-residenza abitwali tat-tfal. Il-mekkaniżmu hu stabbilit għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali. Il-Konvenzjoni għadha ma daħlitx fis-seħħ.

Dokumenti ta’ referenza

  • Il-Konvenzjoni English - français - español dwar id-Drittijiet tat-Tfal (in-Nazzjonijiet Uniti)
  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea dwar l-Adozzjoni tat-Tfal (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea dwar l-Istatus Legali tat-Tfal imwielda barra ż-Żwieġ (Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-kustodja tat-tfal u dwar ir-restawrazzjoni tal-kustodja tat-tfal (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-tfal (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano dwar il-kuntatt li jikkonċerna t-tfal (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Il-Konvenzjoni English - français dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-Kooperazzjoni f’każ ta’ Adozzjoni bejn pajjiż u ieħor (il-Konferenza ta’ l-Aja)
  • Il-Konvenzjoni English - français dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal (il-Konferenza ta’ l-Aja)
  • Il-Konvenzjoni English - français dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni rigwardanti r-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri ta'Protezzjoni tat-Tfal (Konferenza ta’ l-Aja)

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit