Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 26-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser fil-prattika t-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri? 1.
2. Bћala regola ġenerali, min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied? 2.
3. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jew ma jkunux jixtiequ jeżerċitaw ir-responsabbiltà fuq it-tfal tagћhom, tista’ tinћatar persuna oћra minflokhom? 3.
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, kif gћandha tiġi stabbilita gћall-futur il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri? 4.
5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet gћandhom jiġu osservati sabiex dan il-ftehim ikun jorbot legalment? 5.
6. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jilћqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, x’inhuma l-mezzi alternattivi sabiex tissolva l-kwistjoni mingћajr ma dawn imorru l-Qorti? 6.
7. Jekk il-ġenituri jmorru l-Qorti, liema kwistjonijiet relatati mal-wild jistgħu jiġu deċiżi mill-imћallef? 7.
8. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li wieћed mill-ġenituri gћandu jkollu l-kustodja ta’ wild, dan ifisser li din jew dan jistgħu jiddeċiedu dwar il-materji kollha li jikkonċernaw lill-wild mingћajr ma jikkonsultaw l-ewwel lill-ġenitur l-ieћor? 8.
9. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li l-ġenituri gћandu jkollhom kustodja konġunta fuq il-wild, xi jfisser dan fil-prattika? 9.
10. Gћand liema qorti jew awtorità gћandi nirrikorri jekk inkun irrid nissottometti applikazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet gћandhom jiġu osservati u liema dokumenti gћandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegћi? 10.
11. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Teżisti xi proċedura ta’ emerġenza? 11.
12. Nista’ nikseb gћajnuna legali sabiex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura? 12.
13. Huwa possibbli li nappella kontra deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri? 13.
14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun meћtieġ li wieћed ikollu japplika quddiem qorti jew awtorità oћra sabiex tkun tista’ tiġi infurzata deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 14.
15. X’irrid nagћmel sabiex deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri mogћtija minn Qorti fi Stat Membru ieћor tiġi rikonoxxuta u infurzata fil-Ġermanja? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 15.
16. Quddiem liema qorti gћandi nirrikorri sabiex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingћatat minn qorti fi Stat Membru ieћor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 16.
17. Liema liġi tapplika fi proċedura li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri fejn it-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgћixu fil-Ġermanja jew ikunu ta’ ċittadinanza differenti? 17.

 

1. Xi jfisser fil-prattika t-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri?

“Ir-responsabbiltà tal-ġenituri” tfisser id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-ġenituri f’relazzjoni ma’ wild. Parti importanti mir-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kustodja tal-ġenituri. Il-ġenituri gћandhom id-dmir u d-dritt tal-kustodja fuq l-ulied minorenni tagћhom. Din tinkludi l-kura tal-wild, il-ġestjoni tal-proprjetà tiegħu, u li jaġixxu bћala r-rappreżentanti tiegħu. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll id-drittijiet gћall-aċċess u d-dmir tal-manteniment tal-wild.

2. Bћala regola ġenerali, min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Il-ġenituri gћandhom id-dritt konġunt tal-kustodja jekk:

  1. il-wild jitwieled waqt iż-żwieġ;
  2. il-ġenituri jiżżewġu wara t-twelid tal-wild;
  3. il-ġenituri jiddikjaraw li huma lesti jaċċettaw il-kustodja konġunta (id-dikjarazzjoni tal-kustodja).

Id-dikjarazzjonijiet tal-kustodja gћandhom jiġu awtentikati mill-Uffiċjal tal-Welfare taż-Żgћażagћ (Jugendamt) jew min-nutar. Jekk il-ġenituri ma jagћmlux id-dikjarazzjoni tal- kustodja u ma jkunux miżżewġin, l-omm ikollha l-kustodja unika.

Skond il-liġi Ġermaniża, l-aċċess taż-żewġ ġenituri gћall-wild jitqies, bћala regola ġenerali, li jkun fl-aћjar interessi tal-wild u, gћalhekk, id-dritt ta’ l-aċċess tal-wild gћall-ġenituri gћandu jiġi garantit. Iż-żewġ ġenituri gћandhom id-dritt u d-dmir li jkollhom aċċess gћat-tfal.

FuqFuq

Id-dritt ta’ l-aċċess jagћti lill-ġenituri d-dritt li dawn jaraw u jitkellmu mal-wild f’intervalli regolari. L-aċċess jinkludi l-kuntatt permezz ta’ ittri u telefonati kif ukoll il-kuntatt personali.

Id-dmir tal-manteniment inkluż fid-dritt tal-kustodja jaqa’ fuq iż-żewġ ġenituri. Il-ġenituri jistgћu jiddeċiedu huma stess kif se jieћdu ћsieb it-tfal tagћhom sakemm ikunu gћadhom miżżewġin. Pereżempju, dawn jistgћu jiddeċiedu li l-manteniment ikun fil-forma ta’ kura fid-dar tal-familja (l-akkommodazzjoni, il-ћwejjeġ, eċċ.).

Jekk il-ġenituri ma jkunux jgћixu flimkien, il-ġenitur li miegћu jkunu qed jgћix l-wild gћandu jikkontribwixxi, bћala regola ġenerali, gћall-manteniment billi jieћu ћsieb u jrabbi l-wild. Dan il-ġenitur ma jkunx mistenni li jagћmel pagamenti finanzjarji. Il-ġenitur l-ieћor huwa, madankollu, obbligat li jagћmel kontribuzzjoni finanzjarja.

3. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jew ma jkunux jixtiequ jeżerċitaw ir-responsabbiltà fuq it-tfal tagћhom, tista’ tinћatar persuna oћra minflokhom?

Jekk il-ġentiuri ma jkunux jistgћu jeżerċitaw ir-responsabbiltà bћala ġenituri jew jekk il-ġenituri ma jkollhomx id-dritt li jirrappreżentaw wild minorenni jew il-proprjetà tiegħu, gћandu jinћatar tutur. Dan ikun jeћtieġ li jkollu ordni mill-Qorti tat-Tutela.

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, kif gћandha tiġi stabbilita gћall-futur il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Jekk il-ġenituri jkollhom id-dritt konġunt tal-kustodja u jinfirdu, dawn jistgћu jkomplu jeżerċitaw dan id-dritt konġunt tal-kustodja minkejja jekk ikunux miżżewġin jew le.

FuqFuq

Madankollu, ġenitur wieћed jista’ japplika lill-Qorti tal-Familja gћad-dritt uniku tal-kustodja. Il-qorti gћandha taqbel dwar din l-applikazzjoni jekk iċ-ċaћda tal-kustodja konġunta u tat-trasferiment tal-kustodja gћand ġenitur wieћed ikunu fl-aћjar interess tal-wild.

Anki jekk il-ġenituri jiddivorzjaw, din id-deċiżjoni tingћata biss permezz ta’ applikazzjoni li ssir minn wieћed mill-ġenituri. Jekk ma ssir l-ebda applikazzjoni, il-ġenituri gћandhom jibqa’ jkollhom il-kustodja konġunta.

5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet gћandhom jiġu osservati sabiex dan il-ftehim ikun jorbot legalment?

Bћala regola ġenerali, il-mod kif gћandha tiġi eżerċitata r-responsabbiltà tal-ġenituri gћandha titћalla gћad-diskrezzjoni tal-ġenituri u din mhix stabbilita b’regolament. Jekk il-ġenituri ma jkunux jgћixu flimkien, dawn jistgћu japplikaw lill-Uffiċċju tal-Welfare taż-Żgћażagћ sabiex jgћinhom jaslu gћal soluzzjoni reċiproka dwar kif gћandhom jieћdu ћsieb lil uliedhom. Dan jista’ jservi bћala bażi gћal deċiżjoni tal-qorti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk il-ġenituri jiftiehmu li fil-futur il-kustodja gћandha tinżamm minn wieћed mill-ġenituri biss, dawn jistgћu japplikaw sabiex tingћata ordni mill-Qorti tal-Familja.

Il-ġenituri jistgћu wkoll jiftiehmu b’mod informali bejniethom stess dwar id-drittijiet ta’ l-aċċess. Jekk dan il-ftehim isir quddiem il-qorti, dan gћandu jkun jorbot daqs deċiżjoni ġudizzjarja u, jekk jiġi approvat mill-qorti, l-infurzar ġudizzjarju gћandu jkun disponibbli f’każijiet xierqa.

FuqFuq

6. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jilћqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, x’inhuma l-mezzi alternattivi sabiex tissolva l-kwistjoni mingћajr ma dawn imorru l-Qorti?

Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jsolvu l-kunflitti tagћhom huma stess, dawn jistgћu japplikaw lill-Uffiċċju tal-Welfare taż-Żgћażagћ jew lil aġenzija oћra kkonċernata maż-żgћażagћ. Dawn jagћtu parir lill-ġenituri u jgћinuhom jaslu gћal ftehim. Database bid-dettalji dwar iċ-ċentri kollha ta’ konsulenza huwa disponibbli fuq is-sit web www.dajeb.de Deutsch. Is-servizzi ta’ medjazzjoni huma disponibbli sabiex jgћinu lill-ġenituri jilћqu ftehim amikevoli. Gћal aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni fil-familji żur is-sit web www.bafm-mediation.de Deutsch.

7. Jekk il-ġenituri jmorru l-Qorti, liema kwistjonijiet relatati mal-wild jistgħu jiġu deċiżi mill-imћallef?

L-imћallef jista’ jiddeċiedi dwar il-kustodja tal-ġenituri fuq il-wild, dwar ir-regoli ta’ l-aċċess, u dwar l-obbligi tar-ritorn u tal-manteniment. Il-qorti tista’ tordna wkoll kwalunkwe miżuri meћtieġa sabiex jiġu protetti l-aћjar interessi tal-wild.

8. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li wieћed mill-ġenituri gћandu jkollu l-kustodja ta’ wild, dan ifisser li din jew dan jistgħu jiddeċiedu dwar il-materji kollha li jikkonċernaw lill-wild mingћajr ma jikkonsultaw l-ewwel lill-ġenitur l-ieћor?

Iva. Il-ġenitur li ma jkollux il-kustodja ma jkollux id-dritt li jiddeċiedi dwar materji li jikkonċernaw lill-wild. Madankollu dan il-ġenitur jkollu dritt ta’ l-aċċess gћall-wild u li jikseb informazzjoni mingћand il-ġenitur l-ieћor dwar iċ-ċirkostanzi personali tal-wild jekk jiġi pprovat interess ġustifikat.

FuqFuq

9. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li l-ġenituri gћandu jkollhom kustodja konġunta fuq il-wild, xi jfisser dan fil-prattika?

Jekk il-ġenituri jkollhom il-kustodja konġunta fuq wild u jkunu jgћixu flimkien, dawn iridu jaslu gћal ftehim reċiproku dwar il-materji kollha li jikkonċernaw il-kustodja tal-wild.

Jekk il-ġenituri ma jkunux jgћixu flimkien, dawn iridu jilћqu ftehim dwar il-materji biss li jkunu ta’ interess sinjifikanti għall-wild. Il-ġenitur li miegћu jkun qed jgћix il-wild ikollu d-dritt uniku li jiddeċiedi dwar materji li jikkonċernaw il-ћajja tiegħu ta’ kuljum.

10. Gћand liema qorti jew awtorità gћandi nirrikorri jekk inkun irrid nissottometti applikazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet gћandhom jiġu osservati u liema dokumenti gћandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegћi?

Is-soltu l-Qrati tal-Familja (it-taqsimiet tal-qrati distrettwali) jkunu responsabbli gћall-proċeduri li jikkonċernaw il-kustodja tal-ġenituri (ir-responsabbiltà). L-applikazzjonijiet jistgћu jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-qorti rilevanti jew f’dak ta’ qorti distrettwali. Il-ġenituri gћandhom ikunu rappreżentati minn avukat biss f’każijiet straordinarji, pereżempju f’applikazzjonijiet taћt proċeduri ta’ divorzju. Huwa impossibbli li tgћid liema dokumenti gћandhom jiġu mehmuża, peress li l-qrati jiddeċiedu fuq bażi ta’ każ-każ dwar liema dokumenti jkunu meћtieġa.

Jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġin meta jitwieled il-wild, il-ġenitur jew l-uffiċjal ta’ l-Uffiċċju tal-Welfare taż-Żgћażagћ jistgћu jawtentikaw huma stess id-dikjarazzjoni tal-kustodja (gћal-kustodja konġunta tal-ġenituri).

FuqFuq

11. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Teżisti xi proċedura ta’ emerġenza?

Dak li hu magħruf bħala l-prinċipju ta’ l-inkjesta ex officio (Amtsermittlung) japplika fi proċeduri li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Dan ifisser li l-qorti gћandha d-dritt u l-obbligu li tagћmel l-inkjesti meћtieġa sabiex tistabbilixxi l-fatti li fuqhom din gћandha tibbaża d-deċiżjoni tagћha skond id-diskrezzjoni uffiċjali tagћha, mingћajr ma toqgћod tistrieћ fuq il-partijiet ikkonċernati li jissottomettu l-evidenza li din tikkunsidra bћala meћtieġa.

F’dawn il-proċeduri prinċipali jista’ jkun hemm miżuri proviżorji, kemm jekk tinġieb azzjoni indipendenti u kemm jekk f’każ ta’ divorzju jkunu diġà qed isiru l-proċeduri meћtieġa.

12. Nista’ nikseb gћajnuna legali sabiex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Kwalunkwe ċittadin li ma jkunx jista’ jlaћћaq ma’ l-ispejjeż tal-proċeduri jew ikun jista’ jlaћћaq ma’ ftit minnhom jew inkella jkun jista’ jћallas bin-nifs minћabba ċ-ċirkustanzi personali u ekonomiċi tiegћu jew tagћha, jista’ japplika gћall-gћajnuna legali fir-rigward ta’ proċeduri quddiem il-qrati ċivili. Dan jiddependi fuq li l-azzjoni jew id-difiża intenzjonata jkollha prospetti biżżejjed ta’ suċċess u li ma tkunx vessatorja. L-gћan hawnhekk huwa li jiġi żgurat li persuni bi dћul limitat ukoll ikollhom aċċess gћall-qrati. L-gћajnuna legali tinkludi - skond id-dћul tal-persuna - il-kontribuzzjoni kollha, jew parti minnha, gћall-ispejjeż legali ta’ l-avukat tiegћu jew tagћha.

FuqFuq

13. Huwa possibbli li nappella kontra deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri?

Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fi proċeduri prinċipali jistgћu jiġu appellati. Huwa irrilevanti jekk il-proċeduri jkunux inbdew minћabba r-responsabbiltà tal-ġenituri (li f’dan il-każ jistgћu jiġu ppreżentati appelli temporanji) jew ikunux subordinati gћall-proċeduri ta’ divorzju (li jistgћu jiġu appellati).

Fiż-żewġ każijiet l-appelli gћandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar minn meta tkun ingћatat id-deċiżjoni.

Fil-proċeduri orali jistgћu jittieћdu miżuri temporanji permezz ta’ appell immedjat. Madankollu, f’dan il-każ, l-appell gћandu jiġi ppreżentat fi żmien ġimagћtejn. Il-miżuri proviżorji jistgћu jiġu sostitwiti b’deċiżjonijiet oћra.

14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun meћtieġ li wieћed ikollu japplika quddiem qorti jew awtorità oћra sabiex tkun tista’ tiġi infurzata deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

Tifel jew tifla ma jistgћux jiġu ritornati - skond id-drittijiet ta’ l-aċċess - bl-użu tal-forza. Fejn jiġi infurzat ir-ritorn tat-tfal gћand ġenitur, hu permess l-użu ta’ miżuri ta’ infurzar mill-marixxall. Bћala regola ġenerali, il-qorti gћandha tagћti twissija minn qabel li tista’ tintuża l-forza jew li l-persuna kkonċernata tista’ teћel żmien ta’ priġunerija jekk it-tfal ma jiġux ritornati.

15. X’irrid nagћmel sabiex deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri mogћtija minn Qorti fi Stat Membru ieћor tiġi rikonoxxuta u infurzata fil-Ġermanja? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

Id-deċiżjonijiet li jittieћdu fi Stat Membru ieћor dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri gћandhom jiġu rikonoxxuti fil-Ġermanja taћt ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000, mingћajr l-ebda proċedura speċjali.

FuqFuq

Qabel ma deċiżjoni ta’ Stat Membru ieћor dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tkun tista’ tiġi infurzata fil-Ġermanja, din gћandha tiġi ddikjarata bћala infurzabbli taћt proċedura speċjali skond dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi aċċettata sabiex tkun infurzata fil-Ġermanja. Hemm il-ћtieġa ta’ applikazzjoni gћall-ordni ta’ infurzar. Din trid tiġi sottomessa quddiem il-qorti tal-familja lokali skond ir-regolamenti tal-qorti reġjonali. Ma’ l-applikazzjoni gћandhom ikunu mehmuża kopja tad-deċiżjoni kif ukoll ċertifikat mill-qorti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini. Il-persuna kkonċernata mhemmx gћalfejn tkun rappreżentata mill-avukat. Id-deċiżjoni gћandha tittieћed mill-qorti tal-familja mingћajr smigћ orali taћt il-proċeduri li jkunu nbdew minn parti waћda. L-appelli gћad-deċiżjonijiet tal-qrati tal-familja gћandhom jiġu ppreżentati quddiem il-qrati reġjonali. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati reġjonali gћandhom jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Suprema Federali. Ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000 gћandu jiġi sostitwit b’effett mill-1 ta’ Marzu 2005 b’regolament ġdid dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Ir-regolament il-ġdid jipprovdi sabiex ċerti deċiżjonijiet dwar id-dritt ta’ l-aċċess u dwar id-deċiżjonijiet li jordnaw ir-ritorn tat-tfal ikunu jistgћu jiġu infurzati mingћajr dikarazzjoni ta’ infurzar preċedenti.

16. Quddiem liema qorti gћandi nirrikorri sabiex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingћatat minn qorti fi Stat Membru ieћor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

Bћala regola ġenerali, sabiex tkun tista’ topponi deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri inti gћandek tissottometti l-applikazzjoni tiegћek lill-qorti tal-familja tal-qorti reġjonali b’ġuriżdizzjoni fejn l-applikant jew it-tfal ikkonċernati jkunu qed jgћixu.

17. Liema liġi tapplika fi proċedura li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri fejn it-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgћixu fil-Ġermanja jew ikunu ta’ ċittadinanza differenti?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija ggvernata bil-liġi li tapplika fil-post fejn jgћixu t-tfal (l-Artikolu 21 ta’ l-Att Introduttorju tal-Ġermanja li jirrigwarda l-Kodiċi Ċivili (EGBGB)), sakemm ma tapplikax il-Konvenzjoni ta’ l-1961 dwar il-protezzjoni ta’ tfal taћt l-età.

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 26-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit