Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri

L-aħħar aġġornament: 02-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Il-kura ta’ l-ulied

It-tfal kollha għandhom bżonn min jieħu ħsiebhom u jieħu kura tagħhom. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-ġenituri tat-tfal huma responsabbli għal dan. Hu għalhekk li t-terminu “ir-responsabbiltà tal-ġenituri” jintuża biex jiddeskrivi d-dmirijiet u d-drittijiet dwar il-kura ta’ wild.

Il-kunċett ta’ “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-dmirijiet u d-drittijiet dwar il-kura tal-persuna u l-proprjetà ta’ wild. Dan jinkludi r-responsabbiltà biex jiġi żgurat li l-wild ikollu l-kenn, l-ikel u l-ħwejjeġ kif ukoll ir-responsabbiltà tat-trobbija tal-wild. Jinkludi r-responsabbilità tal-kura tal-proprjetà tal-wild, jekk ikun hemm. Jinkludi wkoll id-dritt li tirrappreżenta lill-wild legalment.

Il-persuni li jkollhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri ta’ wild tista’ tirreferi għalihom bħala “dawk li għandhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri”. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-ġenituri tal-wild ikollhom din ir-responsabbiltà. Madankollu, jekk il-ġenituri jkunu mejtin jew ma jkunux aktar kapaċi jew awtorizzati li jieħdu ħsieb il-wild tagħhom, jista’ jiġi appuntat tutur biex jirrapreżenta lill-wild. It-tutur jista’ jkun qarib, terza persuna jew istituzzjoni.

Sakemm il-ġenituri jgħixu flimkien, normalment huma jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom flimkien skond il-liġi. Madankollu jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ikun meħtieg li jiddeċiedu kif din ir-responsabbiltà tiġi eżerċitata fil-futur. Il-ġenituri jistgħu jiddeċiedu li l-wild jgħix alternattivament maż-żewġ genituri jew ma’ ġenitur wieħed. Fl-aħħar każ, il-ġenitur l-ieħor normalment ikollu d-dritt li jżur lill-wild f’ċerti ħinijiet. Il-ġenituri jistgħu jiddeċiedu dawn il-ħwejjeġ bi ftehim bejniethom jew billi jmorru l-qorti.

Meta tiġi użata l-qorti, tiddeċiedi liema ġenitur għandu jkollu d-drittijiet ta’ kustodja fuq il-wild. Min ikollu l-kustodja jiddeċiedi, fost affarijiet oħra, fejn ser jgħix il-wild. Il-qorti tista’ tiddeċiedi li ż-żewġ ġenituri jkollom il-kustodja tal-wild (kustodja konġunta) jew li wieħed mill-ġenituri jkollu l-kustodja (kustodja unika). Meta wieħed mill-ġenituri jingħata l-kustodja unika, il-ġenitur l-ieħor ħafna drabi jingħata d-dritt li jara lill-wild waqt ċerti perjodi (drittijiet ta’ aċċess jew drittijiet ta’ viżitazzjoni).

Ir-regoli dwar il-kustodja u d-drittijiet ta’ aċċess ivarjaw minn Stat Membru għal Stat Membru. Billi tikklikkja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri, tista’ tikseb informazzjoni fuq il-liġijiet nazzjonali kkonċernati.

F’ċerti każijiet, jista’ jkun neċessarju li deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi rikonoxxuta u infurzata fi Stat Membru ieħor. Mill-1 ta’ Marzu 2001, Regolament tal-Kunsill jistabbilixxi regoli fuq dan is-suġġett. Hemm ukoll proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2002 li tittratta r-responsabbiltà tal-ġenituri. Informazzjoni dwar din tista’ tinstab billi tikklikkja fuq l-ikona “Il-liġi tal-Komunità”.

Hemm numru ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li jkkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenturi.

Informazzjoni dwar dan is-suġġett tista’ tinstab billi tikklikkja fuq l-ikona “Il-liġi internazzjonali”.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit