Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Franza

L-aħħar aġġornament: 20-10-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Franza

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri? 1.
2. Fil-prinċipju, min huwa responsabbli bħala ġenitur tat-tfal? 2.
3. Jekk il-ġenituri mhumiex adattati jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jinħatar xi ħadd minn flokhom? 3.
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tkun solvuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri? 4.
5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, liema rekwiżiti jridu jiġu sodisfatti biex il-ftehim jorbot legalment? 5.
6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti? 6.
7. Jekk il-ġenituri jirreferu l-kwistjoni lill-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef safejn għandha x’taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 7.
8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklussiva tat-tfal, dan ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor? 8.
9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta tat-tfal, dan xi jfisser fil-prattika? 9.
10. Quddiem liema qorti (jew awtorità oħra) għandi nirrikorri jekk nixtieq niftaħ kawża li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jkunu sodisfatti u liema dokumenti jridu jkunu inklużi? 10.
11. Liema forma ta’ smiegħ tintuża f’każijiet bħal dawn? Jista’ wieħed jagħżel smiegħ aktar mgħaġġel? 11.
12. Nista’ nakkwista għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċeduri? 12.
13. Hemm possibbiltà li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?  13.
14. F’ċerti każi, jista’ jkun hemm bżonn li jintalab l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? F’każijiet bħal dawn, quddiem liema qorti għandi nirrikorri u kif tiġi ttrattata l-kwistjoni? 14.
15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbilta’ tal-ġenituri li ngħatat fi stat ieħor ta' l-Unjoni Ewropea tkun rikonoxxuta u infurzata fi Franza? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi? 15.
16. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ngħatat minn qorti fi stat ta' l-Unjoni Ewropea? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi? 16.
17. Liema liġi tiġi applikata fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jekk it-tfal jew il-partijiet ma jgħixux fi Franza jew huma ta’ nazzjonalitajiet differenti? 17.

 

1. Fil-prattika, xi jfisser it-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri?

Ir-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, tkun xi tkun is-sitwazzjoni tagħhom, huma miġbura, fi ħdan il-Kodiċi Ċivili, fl-istess titolu li jittratta l-awtorità tal-ġenituri. Din hi definita bħala d-drittijiet u d-dmirijiet kollha li għandhom il-missier u l-omm sakemm it-tifel għadu minuri u li l-iskop tagħhom ikun l-interess tiegħu.

Il-ġenituri għandhom id-dmir jipproteġu lit-tifel fis-sigurtà, is-saħħa u l-moralità tiegħu, li jieħdu ħsieb l-edukazzjoni tiegħu u li jippermettu l-iżvilupp tiegħu fir-rispett tal-persuna tiegħu. Kull wieħed minnhom għandu jikkontribwixxi għat-trobbija u l-edukazzjoni tat-tifel bi proporzjon għar-riżorsi tiegħu u għal dawk tal-ġenitur l-ieħor.

2. Fil-prinċipju, min huwa responsabbli bħala ġenitur tat-tfal?

L-awtorità tal-ġenituri hi eżerċitata flimkien bejn iż-żewġ ġenituri, kemm jekk dawn ikunu miżżewġa kemm jekk le, kemm jekk jgħixu flimkien kemm jekk b'mod separat, ladarba l-filjazzjoni tkun ġiet stabbilita fir-rigward ta' kull wieħed minnhom qabel għeluq l-ewwel sena tat-tifel.

Fil-każi l-oħra, il-ġenitur li fir-rigward tiegħu tkun ġiet stabbilita l-filjazzjoni jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri. Madankollu din tista' tkun eżerċitata flimkien permezz ta' dikjarazzjoni konġunta tal-ġenituri quddiem ir-Reġistratur Prinċipali tal-Qorti tal-Prim’ Istanza jew permezz ta' deċiżjoni tal-Qorti tal-Proċeduri tal-Familja.

FuqFuq

3. Jekk il-ġenituri mhumiex adattati jew mhumiex lesti li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jinħatar xi ħadd minn flokhom?

Il-Qorti tista', b'mod eċċezzjonali, jekk dan ikun meħtieġ mill-interess tat-tifel, jiddeċiedi li jafda lit-tifel lil terza persuna, preferibbilment magħżula fost il-qraba tiegħu.

Jekk it-tifel ikun fil-periklu, tista' tiġi ordnata miżura ta' assistenza edukattiva. Jekk it-tifel, sa fejn hu possibbli, għandu jinżamm fil-qafas familjari tiegħu, hu jista' jkun fdat, f'każ ta' bżonn lill-ġenitur l-ieħor, lil membru tal-familja jew lil terza persuna li tista' tiġi fdata jew lil stabbiliment speċjalizzat.

Fil-prinċipju, jekk wieħed mill-ġenituri jmut jew ikun impedit milli jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri, l-ieħor jeżerċita din l-awtorità waħdu. Jekk ma jkun baqa' la l-missier u l-anqas l-omm biex jeżerċitaw din l-awtorità, hemm lok li tinbeda proċedura ta' kustodja.

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tkun solvuta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Is-separazzjoni tal-ġenituri ma taffettwax ir-regoli ta' suċċessjoni ta' awtorità tal-ġenituri. L-awtorità tal-ġenituri tibqa' eżerċitata b'mod konġunt ħlief jekk l-interess tat-tifel jitlob li l-eżerċizzju ta' l-awtorità jingħata lil wieħed mill-ġenituri.

Il-modi kif tiġi trattata l-awtorità tal-ġenituri, ir-residenza tat-tifel (jew inkella d-domiċilju tal-ġenituri jew id-domiċilju ta' wieħed minnhom) kif ukoll l-ammont u l-forma tal-kontribuzzjoni għall-manteniment u għall-edukazzjoni tat-tifel jistgħu jiġu deċiżi permezz ta' ftehim bejn il-ġenituri, jew fin-nuqqas ta' dan, permezz ta' deċiżjoni tal-qorti.

FuqFuq

5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, liema rekwiżiti jridu jiġu sodisfatti biex il-ftehim jorbot legalment?

F'każ ta' separazzjoni ta’ fatt (de facto) bejn koppja miżżewġa jew li jgħixu flimkien, l-intervent tal-qorti mhix obbligatorju. Il-ġenituri jistgħu jiddeċiedu dwar il-konsegwenzi tas-separazzjoni tagħhom fuq uliedhom permezz ta' ftehim sempliċi jew jissottomettu din il-kwistjoni għall-approvazzjoni tal-qorti.

F'każ ta' divorzju, il-ġenituri wkoll jistgħu jressqu ftehim għall-approvazzjoni tal-qorti.

Fiż-żewġ każi, il-qorti tapprova dan il-ftehim ħlief jekk hi tqis li hu ma jħarisx biżżejjed l-interess tat-tifel jew jekk il-kunsens tal-ġenituri ma jkunx ingħata b'mod ħieles.

6. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema metodi alternattivi jeżistu sabiex jintlaħaq ftehim barra mill-qorti?

F'każ ta' nuqqas ta' ftehim bejn il-partijiet, l-Imħallef jagħmel minn kollox biex jgħinhom jilħqu ftehim. Hu jista', bil-għan li jgħin lill-ġenituri jilħqu ftehim bonarju dwar kif ser jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri, jordna miżura ta' medjazzjoni, bil-kondizzjoni li huma jaqblu magħha.

Hu jista' jordna wkoll lill-partijiet biex jiltaqgħu ma' medjatur familjari sabiex jinfurmahom dwar is-suġġett u dwar kif tittieħed din il-miżura.

7. Jekk il-ġenituri jirreferu l-kwistjoni lill-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jkunu deċiżi mill-imħallef safejn għandha x’taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Il-Qorti tal-Proċeduri tal-Familja hi kompetenti biex tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet relattivi mar-residenza tat-tifel, mal-kontribuzzjoni għat-trobbija u l-edukazzjoni tiegħu u b'mod ġenerali dwar il-kwistjonijiet kollha bejn il-ġenituri relatati ma' l-eżerċizzju ta' l-awtorità tal-ġenituri (reġistrazzjoni fi skola, għażla reliġjuża, saħħa tat-tifel…).

FuqFuq

L-imħallef jista' jieħu wkoll il-miżuri kollha li jippermettu li tinżamm relazzjoni bejn it-tifel u kull wieħed mill-ġenituri u b'mod partikolari jordna li fil-passaport tal-ġenituri titniżżel il-projbizzjoni tal-ħruġ tat-tifel mit-territorju Franċiż mingħajr l-awtorizzazzjoni taż-żewġ ġenituri.

F'każ ta' ulied naturali, il-bdil tal-kunjom hu deċiż mill-qorti f'każ ta' nuqqas ta' ftehim bejn il-ġenituri.

8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja esklussiva tat-tfal, dan ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Meta l-qorti tafda l-eżerċizzju ta' l-awtorità tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri biss, l-ieħor jibbenefika minn dritt ta’ aċċess u ta' akkomodazzjoni ħlief fil-każ ta' raġunijiet gravi. Barra minn hekk hu jżomm id-dritt u d-dmir li jieħu ħsieb it-trobbija u l-edukazzjoni tat-tifel u għandu jkun infurmat b'għażliet importanti relatati mal-ħajja ta' dan ta' l-aħħar, bħall-orjentazzjoni skolastika, l-għażliet reliġjużi, it-talba ta' bdil tal-kunjom tat-tifel, eċċ.

Barra minn hekk, f'każ ta' bdil tar-residenza ta' wieħed mill-ġenituri li bħala konsegwenza jibdel il-modi ta' eżerċizzju ta' l-awtorità tal-ġenituri, dan il-ġenitur għandu jinforma lill-ġenitur l-ieħor bil-quddiem.

9. Jekk il-qorti tiddeċiedi favur kustodja konġunta tat-tfal, dan xi jfisser fil-prattika?

L-awtorità tal-ġenituri konġunta tat-tfal tfisser li l-ġenituri jieħdu flimkien id-deċiżjonijiet relatati mat-tifel tagħhom. Madankollu, sabiex dan ikun eħfef fil-ħajja ta' kuljum, il-liġi tassumi, meta wieħed mill-ġenitur jieħu waħdu azzjoni komuni ta' l-awtorità tal-ġenituri, li hu jaġixxi bi ftehim ma' l-ieħor. Id-definizzjoni ta' azzjoni komuni ġiet żviluppata mill-ġurisprudenza. Għaldaqstant, f'dan il-kuntest jistgħu jitqiesu azzjonijiet komuni operazzjoni kirurġika minuri, ir-reġistrazzjoni tat-tifel fuq il-passaport ta' wieħed mill-ġenituri, eċċ.

FuqFuq

Min-naħa l-oħra, l-azzjonijiet importanti jeħtieġu l-kunsens espress taż-żewġ ġenituri.

10. Quddiem liema qorti (jew awtorità oħra) għandi nirrikorri jekk nixtieq niftaħ kawża li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet iridu jkunu sodisfatti u liema dokumenti jridu jkunu inklużi?

It-talbiet relatati ma' l-awtorità tal-ġenituri jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti tal-Proċeduri tal-Familja, presjeduta minn maġistrat tal-Qorti tal-Prim’ Istanza mogħti d-delega għal din il-funzjoni.

Fil-prinċipju quddiem din il-Qorti, ħlief f'każ ta' divorzju, tinfetaħ kawża b'applikazzjoni sempliċi u mingħajr l-obbligu ta' rappreżentanza minn avukat. L-applikazzjoni għandha tindika s-suġġett tal-proċedura u tinkludi deskrizzjoni fil-qosor tar-raġunijiet li jiġġustifikawha. Hi tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa bħaċ-ċertifikati jew kull dokument ieħor li jikkonċerna l-applikazzjoni.

11. Liema forma ta’ smiegħ tintuża f’każijiet bħal dawn? Jista’ wieħed jagħżel smiegħ aktar mgħaġġel?

Il-qorti tiddeċiedi mingħajr formalitajiet dwar it-talbiet rispettivi tal-partijiet.

Quddiem il-Qorti tal-Proċeduri tal-Familja tista' tinfetaħ kawża sommarja f’liema każ hu meħtieġ l-intervent tal-marixxall tal-Qorti.

12. Nista’ nakkwista għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċeduri?

L-għajnuna legali tista' tingħata jekk ir-riżorsi tal-persuna li titlobhom huma aktar baxxi minn ċertu livell (ara. « Aide judiciaire - France »).

FuqFuq

13. Hemm possibbiltà li nappella minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? 

Hu possibbli li jsir appell fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

14. F’ċerti każi, jista’ jkun hemm bżonn li jintalab l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? F’każijiet bħal dawn, quddiem liema qorti għandi nirrikorri u kif tiġi ttrattata l-kwistjoni?

  • Jekk id-diffikultà ta' l-eżekuzzjoni tikkonċerna l-ħlas tal-manteniment għat-trobbija u l-edukazzjoni tat-tifel, ara l-parti relatata mal-manteniment (§ 12 u segwenti).
  • Jekk in-nuqqas ta' eżekuzzjoni tikkonċerna l-akkomodazzjoni tat-tifel, bħal per eżempju n-nuqqas ta' rispett tad-drittijiet ta' aċċess stabbiliti mill-ftehim jew mid-deċiżjoni tal-qorti, il-ġenitur jista' jressaq ilment, għan-nuqqas ta' preżentazzjoni tat-tifel, quddiem il-pulizija jew il-ġendarmerija jew jikkuntattja direttament lill-Prokuratur tar-Repubblika fi ħdan il-Qorti tal-Prim Istanza.

15. X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbilta’ tal-ġenituri li ngħatat fi stat ieħor ta' l-Unjoni Ewropea tkun rikonoxxuta u infurzata fi Franza? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi?

Fil-prinċipju dawn id-deċiżjonijiet huma rikonoxxuti għall-effetti kollha tal-liġi iżda, f'każ li tkun meħtieġa miżura ta' infurzar, jaqbel li tiġi mressqa azzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza sabiex fi Franza tkun infurzata deċiżjoni mogħtija minn qorti ta' Stat membru ieħor (azzjoni għal eżekuzzjoni ulterjuri jew en exequatur). Il-proċedura tvarja skond id-data tad-deċiżjoni konċernata.

FuqFuq

Jekk din id-deċiżjoni tirriżulta minn azzjoni legali meħuda qabel l-1 ta' Marzu 2001 u mogħtija waqt proċedura ta' divorzju, ir-regolament magħruf bħala "Brussell II" tad-27 ta'Novembru 2003 hu applikabbli. Il-proċedura ta' exequatur hi semplifikata. Din hi proċedura fuq talba ppreżentata lill-president tal-Qorti tal-Prim Istanza: din il-proċedura hi rapida peress li mhix avversarjali.

Jekk id-deċiżjoni tirriżulta minn azzjoni legali marbuta ma' divorzju u meħuda qabel l-1 ta' Marzu 2001, jew jekk il-proċedura ma saritx waqt azzjoni ta' divorzju, il-proċedura klassika ta' exequatur hi applikabbli. Hi titressaq permezz ta' ċitazzjoni quddiem il-president tal-Qorti tal-Prim Istanza.

Il-qorti kompetenti territorjalment hi dik li fiha jgħix il-konvenut. Jekk dan ma jkollux domiċilju jew residenza fi Franza, il-persuna li tagħmel it-talba hi awtorizzata tmur quddiem il-qorti ta' l-għażla tagħha dejjem fir-rispett tal-bżonnijiet ta' amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.

16. Quddiem liema qorti għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li ngħatat minn qorti fi stat ta' l-Unjoni Ewropea? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każi?

Biex topponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni bħal dik, huwa possibbli li tiġi introdotta azzjoni ta’ oppożizzjoni fil-Qorti Superjuri. Sentenza li tirrendi l-kwistjoni mhux opponibbli tfisser li tinċaħad talba ta’ eżekuzzjoni ulterjuri mressqa mill-parti l-oħra (ċioé talba intenzjonata biex sentenza ta’ Stat Membru ieħor tiġi ddikjarata eżekuttiva fi Franza) (għall-kuntrarju jekk it-talba għal oppożizzjoni tinċaħad, tiġi eżegwita s-sentenza tal-Qorti barranija).

Il-proċedura hija l-istess bħal dik ta’ l-azzjoni għar-rikonoxximent.

17. Liema liġi tiġi applikata fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jekk it-tfal jew il-partijiet ma jgħixux fi Franza jew huma ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-Konvenzjoni ta' l-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961 English - français tapplika għat-tfal kollha li jkollhom ir-residenza tagħhom fi Franza jew fi Stat li jaderixxi għal din il-konvenzjoni. Hi tipprevedi li l-liġi applikabbli, fejn huma involuti rapporti ta' awtorità skond il-liġi, hi dik tan-nazzjonalità tal-minuri. F'każ ta' miżuri ta' protezzjoni, il-liġi applikabbli hi jew dik tar-residenza abitwali, jew dik tan-nazzjonalità tal-minuri.

Minbarra f'każi fejn il-Konvenzjoni ta' l-Aja tiġi applikata, il-liġi applikabbli normalment hija l-liġi taż-żwieġ jekk it-tifel jifforma parti minn familja leġittima jew dik tan-nazzjonalità tat-tifel jekk ikun jifforma parti minn familja naturali.

Aktar tagħrif

  • Sit tal- Ministère de la Justice français (Il-Ministeru tal-Ġustizzja)
  • Légifrance français: Il-liġi Franċiża fil-qosor 

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 20-10-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit