Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 12-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Kooperazzjoni għall-ħarsien tat-tfal fl-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea għandha l-għan toħloq ambjent ġuridiku żgur għat-tfal billi tiggarantixxi ċ-ċirkulazzjoni ħielsa tas-sentenzi dwar ir-reponsabbiltà tal-ġenituri fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dan l-għan jidher fil-Programm għar-rikonoxximent reċiproku tad-sentenzi. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ ċerti sentenzi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, kien l-ewwel pass lejn ir-rikonoxximent tas-sentenzi fil-qasam tal-liġi tal-familja. Minn dak iż-żmien ’l hawn, wara proposta tal-Kummissjoni, sar pass ġdid permezz ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 2201/2003 li ħadet post ir-Regolament tal-Kunsill 1347/2000 mill-1 ta’ Marzu 2005. Gwida prattika PDF File (PDF File 837 KB) dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 («ir-Regolament Brussell II il-ġdid») li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005, hija disponibbli. Din il-gwida tħejjiet mid-dipartimenti tal-Kummissjoni flimkien man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

Peress li ċ-ċittadini jbiddlu aktar u aktar spiss l-Istat Membru li fih joqogħdu, in-numru ta’ familji li għandhom membri li mhumiex ta’ l-istess nazzjonalità u/jew li ma jgħixux fl-istess Stat Membru qiegħed dejjem jiżdied. Din ir-realtà soċjali toħloq bżonn għal regoli uniformi dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. L-ewwel nett, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2000 nhar id-29 ta’ Mejju 2000.

Dan ir-Regolament daħal fis-seħħ l-1 ta’ Marzu 2001 u kien japplika għas-sentenzi li ħarġu fl-Istati Membri wara din id-data li għandhom x'jaqsmu mar-responsabbiltà tal-ġenituri fil-qafas tal-proċedura tad-divorzju. Is-sentenzi li ma kinux marbuta mal-proċedura tad-divorzju ma kinux jaqgħux taħt dan ir-Regolament. Kien japplika b’mod partikolari għas-sentenzi li jiddeterminaw liema wieħed mill-ġenituri kellu jieħu ħsieb it-tfal (dritt tal-kustodja) u jekk il-ġenitur l-ieħor għandux id-dritt jiġi jżur lit-tfal (dritt ta’ aċċess) (ikkonsulta "Responsabbiltà tal-ġenituri – tagħrif ġenerali"). Hu ma kienx japplika għal sentenzi dwar il-manteniment li għandu x’jaqsam ma’ l-ikel, li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni legali, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f’oqsma ċivili u kummerċjali. Fl-aħħar, huma biss is-sentenzi dwar it-tfal komuni tal-miżżewġin li kienu jaqgħu taħt dan ir-Regolament.

FuqFuq

Dan kien japplika għall-Istati Membri kollha minbarra d-Danimarka.

Għanijiet ewlenin tar-Regolament il-ġdid Brussell II

Ir-Regolament jistabbilixxi li sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista’ tiġi aċċettata u infurzata fi Stat Membru ieħor permezz ta’ proċedura sempliċi u uniformi. Hu jistipula wkoll regoli uniformi dwar il-ġurisdizzjoni. Iwieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin:

  • f’liema Stat Membru l-qrati għandhom il-ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar id-divorzju u dwar ir-reponsabbiltà tal-ġenituri, u
  • kif sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista’ tiġi aċċettata u infurzata fi Stat Membru ieħor.

Qrati li għandhom ġurisdizzjoni

Il-qrati ta’ l-Istat Membru fejn it-tifel/tifla j/tkun j/tgħix b’mod regolari għandhom il-kompetenza biex jiddeċiedu dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.

Regoli ta’ kif sentenza tiġi rikonoxxuta u infurzata fi Stat Membru ieħor

Kull parti interessata tista’ titlob li sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi rikonoxxuta u infurzata fi Stat Membru ieħor.

Il-lista English PDF File (PDF File 175 KB), ikkomunikata mill-Istati Membri, tistipula f'liema qorti talba bħal din għandha tiġi ppreżentata.

Il-qorti tiddikjara mingħajr dewmien li s-sentenza tista’ tiġi infurzata f’dan l-Istat Membru. Madankollu, il-qorti tirrifjuta li tiddikjara li s-sentenza tista’ tiġi infurzata jekk:

  • din is-sentenza tmur b’mod ċar kontra l-politika pubblika ta’ dan l-Istat Membru,
  • ħlief f’każ urġenti, is-sentenza ngħatat mingħajr ma t-tifel/tifla kellu/kellha l-possibbiltà j/titkellem,
  • il-persuna li tiddikjara li s-sentenza tmur kontra r-reponsabbiltà tagħha ta’ ġenitur, ma kellhiex il-possibbiltà titkellem,
  • is-sentenza ġiet moghtija fin-nuqqas ta’ persuna li ma rċevietx fil-ħin id-dokumenti meħtieġa sabiex tkun tista’ tħejji d-difiża tagħha,
  • is-sentenza mhix kompatibbli ma’ sentenza oħra (f’ċerti kondizzjonijiet).

Persuna li tista’ tibbenefika mill-għajnuna legali fl-Istat Membru ta’ l-oriġini tagħha tista’ tibbenefika mill-għajnuna legali meta titlob l-infurzar ta' sentenza.

FuqFuq

Is-sistema Ewropea għall-ħarsien tat-tfal ta’ koppji separati.

Fl-1999, il-ministri tal-Ġustizzja approvaw il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi bħala s-sisien tal-ħolqien ta’ ambjent ġuridiku ġenwin, u identifikaw id-dritt ta’ aċċess komuni bħala prijorità. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2000 ġie adottat f’Mejju 2000 (ara hawn fuq). Dan ġie segwit minn inizjattiva ppreżentata minn Franza f’Lulju 2000 dwar id-dritt ta’ aċċess. Programm għar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi ġie approvat f’Novembru 2000, u s-sentenzi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri huma wieħed mill-oqsma ta’ azzjoni.

Wara proposta tal-Kummissjoni f’ Mejju 2002, Regolament dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, ġie approvat fis-27 ta’ Novembru 2003. Dan ir-Regolament, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005, :

  • jifrex id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1347/2000 dwar ir-rikonoxximent reċiproku u dwar l-infurzar ta’ kull sentenza li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri.
  • jiggarantixxi lit-tfal id-dritt li jżommu kuntatt mal-ġenituri tagħhom, u
  • jipprevjeni l-ħtif tat-tfal mill-ġenituri fi ħdan il-Komunità.

Ċirkolazzjoni ħielsa tas-sentenzi kollha dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri

Bħal ma hu mniżżel hawn fuq, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2000 li għadu fis-seħħ, japplika biss għal kategorija limitata ta’ sentenzi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Ma japplikax għas-sentenzi dwar il-ġenituri li mhumiex miżżewġin, lanqas għas-sentenzi mogħtija wara l-proċedura ta’ divorzju. Biex jiggarantixxi l-istess trattament għat-tfal kollha, il-firxa tar-Regolament il-ġdid ikopri s-sentenzi kollha mogħtija dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li jikkonċernaw kemm it-tfal fi ħdan żwieġ kif ukoll dawk li mhumiex.

Il-garanzija tad-dritt tat-tifel/tifla li j/żżomm kuntatt mal-ġenituri tiegħu/tagħha

Ir-Regolament il-ġdid jiggarantixxi d-dritt għal tifel/tifla li j/żżomm kuntatt mal-ġenituri tiegħu/tagħha wara divorzju anke jekk il-ġenituri jgħixu fi Stati Membru differenti. F’ċerti każijiet, il-ġenituri jeżitaw iħallu lit-tfal tagħhom imorru fi Stat Membru ieħor biex iżuru lill-ġenitur l-ieħor, anke jekk is-sentenza mogħtija tat l-approvazzjoni ta' dritt ta' aċċess lil dan ta' l-aħħar. It-test il-ġdid għandu l-għan isolvi din il-problema billi jippermetti r-rikonoxximent u l-infurzar awtomatiku tas-sentenzi dwar id-dritt ta’ aċċess fi Stat Membru ieħor. Per eżempju, jekk omm ma tħallix lit-tifel tagħha jivvjaġġa fi Stat Membru ieħor biex iżur lil missieru skond is-sentenza mogħtija, il-missier jista’ jitlob li s-sentenza tiġi infurzata fl-Istat Membru l-ieħor daqs li kieku ngħatat f’dak l-Istat. F’dan il-każ, m’hemmx bżonn li tinfetaħ proċedura supplimentari sabiex is-sentenza tiġi ddikjarata bħala li għandha tiġi infurzata kif miktub hawn fuq fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2000.

FuqFuq

Il-prevenzjoni ta’ ħtif tat-tfal mill-ġenituri fi ħdan l-Unjoni Ewropa

Ir-Regolament il-ġdid jistabbilixxi r-regoli li għandhom l-għan isolvu l-problemi ta’ ħtif tat-tfal mill-ġenituri fi ħdan il-Komunità. Biex joħloq effett dissważiv, ir-Regolament jistipula li l-qrati ta’ l-Istat Membru fejn it-tifel/tifla j/tgħix qabel il-ħtif ikollhom l-aħħar kelma.  B’dan il-mod, il-ġenituri ma jitħajrux iżjed jaħtfu lit-tfal tagħhom biex itellgħu l-każ quddiem imħallef tan-nazzjonalità tagħhom bil-ħsieb li jħassru sentenza li ngħatat fi Stat Membru ieħor.  Il-qrati ta’ l-Istat Membru fejn it-tifel/tifla ġie/t meħud/ha jistgħu jiddeċiedu li t-tifel/tifla ma j/tmurx lura mill-ewwel jekk hemm riskju gravi li r-ritorn iqiegħed lit-tifel/tifla fil-periklu jew jekk it-tifel/tifla laħaq/laħqet età jew ċerta maturità fejn jidher xieraq li għandha tittieħed l-opinjoni tiegħu/tagħha u jekk dan/din j/tirrifjuta li j/tmur lura. Madankollu, hu d-dover tal-qrati ta’ l-Istat Membru fejn it-tifel/tifla j/tgħix qabel il-ħtif biex ikollhom l-aħħar kelma dwar il-post tar-residenza tat-tifel/tifla. It-tifel/tifla għandu/għandha j/tinstema’ waqt il-proċedura fejn xieraq meta tiġi kkunsidrata l-età u l-maturità tiegħu/tagħha. L-awtoritajiet ċentrali sejrin jgħinu lill-ġenituri vittmi ta’ ħtif, sejrin jiffavorixxu medjazzjoni u jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn il-qrati.

Karta tad-drittijiet fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea

Id-dritt li t-tifel/tifla jinstema’/tinstema’ hu dritt fondamentali miktub fl-Artikolu 24 tal-Karta tad-drittijiet fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. L-opinjoni tat-tifel/tifla hi kkunsidrata għas-suġġetti li jikkonċernawh/a skond l-età u l-maturità tiegħu/tagħha. Dan l-Artikolu jistipula wkoll li l-aħjar interess tat-tifel/tifla jkun ta’ konsiderazzjoni importanti ewlenija fl-atti relatati mat-tfal kollha, kemm jekk ikunu mwettqa minn awtoritajiet pubbliċi kif ukoll jekk minn istituzzjonijiet privati.

Dokumenti ta' referenza

  • Programm ta’ miżuri dansk - Deutsch - ελληνικά - English - español - français - italiano - Nederlands - português - suomi - svenska dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi f’oqsma ċivili u kummerċjali.
  • Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-kompetenza, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi li għandhom x’jaqsmu maż-żwieġ u r-responsabbiltà tal-ġenituri tat-tfal komuni.
  • Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-kompetenza ġudizzjarja, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f’oqsma ċivili u kummerċjali.
  • Proposta ta’ Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi li għandhom x’jaqsmu maż-żwieġ u r-responsabbiltà tal-ġenituri li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001 għal dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjonijiet ta’ l-ikel.
  • Karta tad-drittijiet fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea
  • Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi li għandhom x’jaqsmu maż-żwieġ u r-responsabbiltà tal-ġenituri tat-tfal li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000
  • Gwida prattika PDF File (PDF File 837 KB) dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (Ir-Regolament Brussell II il-ġdid)
  • Lista ta’ qrati kompetenti ippubblikata fil-ĠU C040 tas-17 ta’ Frar, 2005 English PDF File (PDF File 175 KB).

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit