Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Ċipru

L-aħħar aġġornament: 21-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Ċipru

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfisser fil-prattika t-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri? 1.
2. Bћala regola ġenerali, min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-wild? 2.
3. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jew ma jkunux jixtiequ jeżerċitaw ir-responsabbiltà fuq il-wild tagћhom, tista’ tinћatar persuna oћra minflokhom? 3.
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, kif gћandha tiġi stabbilita gћall-futur il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri? 4.
5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet gћandhom jiġu osservati sabiex dan il-ftehim ikun jorbot legalment? 5.
6. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jilћqu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, x’inhuma l-mezzi alternattivi sabiex tissolva l-kwistjoni mingћajr ma dawn imorru l-Qorti? 6.
7. Jekk il-ġenituri jmorru l-Qorti, liema kwistjonijiet relatati mal-wild jista’ jiddeċiedi l-imћallef? 7.
8. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li wieћed mill-ġenituri gћandu jkollu l-kustodja tal-wild, dan ifisser li din jew dan tista’ tiddeċiedi dwar il-materji kollha li jikkonċernaw lill-wild mingћajr ma tikkonsulta l-ewwel lill-ġenitur l-ieћor? 8.
9. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li l-ġenituri gћandu jkollhom kustodja konġunta fuq l-wild, xi jkun ifisser dan fil-prattika? 9.
10. Gћand liema qorti jew awtorità gћandi nirrikorri jekk ikun irrid nippreżenta applikazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet gћandhom jiġu osservati u liema dokumenti gћandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegћi? 10.
11. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Teżisti xi proċedura ta’ emerġenza? 11.
12. Nista’ nikseb gћajnuna legali sabiex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura? 12.
13. Huwa possibbli li nappella kontra deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri? 13.
14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun meћtieġ li wieћed ikollu japplika quddiem qorti jew awtorità oћra sabiex tkun tista’ tiġi infurzata deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 14.
15. X’irrid nagћmel sabiex deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri mogћtija minn Qorti fi Stat Membru ieћor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’Ċipru? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 15.
16. Gћand liema qorti gћandi mmur sabiex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingћatat minn qorti fi Stat Membru ieћor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? 16.
17. Liema liġi tapplika fi proċedura li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri fejn il-wild jew il-partijiet ma jkunux jgћixu f’Ċipru jew inkella jkunu ta’ ċittadinanza differenti? 17.

 

1. Xi jfisser fil-prattika t-terminu legali "ir-responsabbiltà tal-ġenituri"? X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri?

Ir-responsabbiltà gћall-wild (ir-responsabbiltà tal-ġenituri) huwa l-obbligu u d-dritt tal-ġenituri li jeżerċitaw din ir-responsabbiltà flimkien. Din tinkludi l-gћoti ta’ l-isem lill-wild, il-kura tal-wild, il-ġestjoni tal-proprjetà tiegħu u r-rappreżentazzjoni fi kwalunkwe materja jew tranżazzjoni legali li tikkonċernah jew li tikkonċerna l-proprjetà tiegħu.

2. Bћala regola ġenerali, min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-wild?

Bћala regola ġenerali, huma l-ġenituri tal-wild li jkollhom ir-responsabbiltà bћala ġenituri tiegħu, sakemm dawn ikunu miżżewġin u jgћixu flimkien; jekk xi ћadd mill-koppja tmut, jew jispiċċa nieqes jew jiġi preżunt bћala mejjet, jew fin-nuqqas ta’ wieћed mill-ġenituri, ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata biss mill-ġenitur l-ieћor. Bl-istess mod, jekk ikun hemm raġunijiet validi oћra li minћabba fihom wieћed mill-ġenituri ma jkunx kapaċi jeżerċita r-responsabbiltà bћala ġenitur, jew jekk wieћed mill-ġenituri ma jkunx f’kapaċità li jidћol fi tranżazzjonijiet legali jew inkella jkollu kapaċità limitata li jagћmel dan, ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata mill-ġenitur l-ieћor. Madankollu, il-ġenitur li jieћu ћsieb il-wild taћt l-età jkollu wkoll il-kustodja tagћhom. Fil-każ ta’ tfal adottati, ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata mill-ġenituri adottivi. Jekk tifel jitwieled barra miż-żwieġ, u jkompli jgћix taћt dak l-istat, ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata mill-omm, ћlief fejn il-missier ukoll jirrikonoxxi lill-wild, f’liema każ huwa jkollu wkoll ir-responsabbiltà bћala ġenitur.

FuqFuq

3. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jew ma jkunux jixtiequ jeżerċitaw ir-responsabbiltà fuq il-wild tagћhom, tista’ tinћatar persuna oћra minflokhom?

Iva. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jew ma jkunux jixtiequ jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew jekk gћal xi raġuni ir-responsabbiltà tagћhom bћala ġenituri tintemm, il-Qorti tal-Familja taћtar tutur bir-responsabbiltà tal-ġenituri. It-tutela tingћata l-aktar lil xi qarib. Il-Qorti tistabbilixxi wkoll l-ambitu tar-responsabbiltà tal-ġenituri mogħtija lit-tutur kif ukoll il-kundizzjonijiet sabiex jeżerċitaha.

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, kif gћandha tiġi stabbilita gћall-futur il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fil-każ ta’ divorzju jew fejn iż-żwieġ jiġi annullat jew iddikjarat bћala null u bla effett, u sakemm iż-żewġ ġenituri jkunu gћadhom ћajjin, il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri gћandha tiġi stabbilita mill-Qorti. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista’ tingћata lil wieћed mill-ġenituri jew, jekk it-tnejn jiftiehmu u jistabbilixxu simultanjament il-post tar-residenza tal-wild, liż-żewġ ġenituri flimkien. Il-Qorti tal-Familja tista’ taqsam ir-responsabbiltà tal-ġenituri bejn il-ġenituri stess jew tassenjaha lil terza persuna. Fid-deċiżjoni tagћha, il-Qorti tikkunsidra r-relazzjoni tal-wild mal-ġenituri tiegħu u ma’ ћutu, kif ukoll kwalunkwe ftehim tal-ġenituri tagћhom dwar il-kustodja tal-wild u dwar il-ġestjoni tal-proprjetà tiegħu, waqt li tikkunsidra dejjem l-interessi tal-wild.

FuqFuq

5. Jekk il-ġenituri jikkonkludu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet gћandhom jiġu osservati sabiex dan il-ftehim ikun jorbot legalment?

M’hemm l-ebda possibbiltà bћal din.

6. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgћu jilћqu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, x’inhuma l-mezzi alternattivi sabiex tissolva l-kwistjoni mingћajr ma dawn imorru l-Qorti?

Il-liġi ma tipprevedi l-ebda mezzi alternattivi sabiex tissolva l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri gћajr il-proċeduri tal-Qorti. Il-Kummissarju gћal-Leġiżlazzjoni qed iћejji abbozz ta’ liġi dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet familjari.

7. Jekk il-ġenituri jmorru l-Qorti, liema kwistjonijiet relatati mal-wild jista’ jiddeċiedi l-imћallef?

Jekk il-ġenituri jmorru l-Qorti, l-imћallef jista’ jassenja r-responsabbiltà tal-ġenituri lil wieћed minnhom jew lit-tnejn, jaqsamha bejniethom, jew jagћtiha lil terza parti b’mod parzjali jew b’mod sћiћ. F’każ ta’ divorzju, ta’ separazzjoni jew ta’ annullament taż-żwieġ, il-kustodja tal-wild tingћata lil dak il-ġenitur li miegћu l-wild ikunu se jgћix. Il-kustodja tinkludi partikolarment it-trobbija, is-superviżjoni, l-iskola u l-edukazzjoni, il-post tar-residenza, l-ġestjoni tal-proprjetà u r-rappreżentazzjoni fi kwalunkwe materja jew tranżazzjoni legali li tikkonċernah jew tikkonċerna lill-proprjetà tal-wild. L-imћallef jistabbilixxi wkoll il-pagamenti gћall-manteniment li l-ġenitur l-ieћor gћandu jћallas, u jistabbilixxi d-dritt tal-kuntatt tal-wild ma’ dak il-ġenitur.

FuqFuq

8. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li wieћed mill-ġenituri gћandu jkollu l-kustodja tal-wild, dan ifisser li din jew dan tista’ tiddeċiedi dwar il-materji kollha li jikkonċernaw lill-wild mingћajr ma tikkonsulta l-ewwel lill-ġenitur l-ieћor?

Ir-regola hija li ż-żewġ ġenituri flimkien gћandhom jiddeċiedu dwar kwalunkwe materja li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri. Madankollu, jekk il-Qorti tiddeċiedi li wieћed mill-ġenituri gћandu jkollu l-kustodja unika tal-wild, dak il-ġenitur li jaġixxi waћdu jista’ jwettaq l-azzjonijiet ordinarji li jikkonċernaw il-kustodja tal-wild, ikompli bil-ġestjoni ordinarja tal-proprjetà tal-wild, jew iwettaq kwalunkwe azzjonijiet ta’ natura urġenti u jirċievi kwalunkwe att legali indirizzat lill-wild. Barra minn hekk, il-ġenitur li jkun ingћata l-kustodja tal-wild huwa dak li jagћmel it-talba gћall-manteniment f’isem il-wild kontra l-ġenitur li ma jkollux il-kustodja. Jekk il-ġenitur l-ieћor jopponi l-azzjoni li tkun ittieћdet mill-ġenitur li jkollu l-kustodja, fejn jiddikjara li l-azzjoni meћuda ma kinitx fil-kors tal-kustodja ordinarja jew fil-kors tal-ġestjoni ordinarja tal-proprjetà tal-wild, u din lanqas ma kienet urġenti, jew jekk il-ġenitur l-ieћor ġeneralment ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq id-dmirijiet tiegћu, il-ġenitur offiż jista’ jilob rimedju bil-Qorti, fejn jiddikjara li l-azzjoni kienet ksur tad-dmirijiet jew inkella abbuż mir-responsabbiltà tal-ġenituri.

9. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li l-ġenituri gћandu jkollhom kustodja konġunta fuq l-wild, xi jkun ifisser dan fil-prattika?

Fejn il-Qorti tal-Familja tiddeċiedi li l-ġenituri gћandu jkollhom il-kustodja konġunta tal-wild, dawn gћandhom jiddeċiedu flimkien dwar il-kustodja, fl-aћjar interessi tal-wild.

FuqFuq

10. Gћand liema qorti jew awtorità gћandi nirrikorri jekk ikun irrid nippreżenta applikazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet gћandhom jiġu osservati u liema dokumenti gћandi nehmeż ma’ l-applikazzjoni tiegћi?

Il-Qorti li gћandha ġuriżdizzjoni fuq materji li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-Qorti tal-Familja. L-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati lis-segretarjat tal-Qorti tal-Familja, tiġi stabbilita d-data tas-smigћ, u l-avukat ta’ l-applikant jara li tintbagћat kopja wkoll lill-konvenut. Jekk il-każ ikun se jinstema’ fil-pajjiż, il-kopja gћandha tintbagћat lill-konvenut bil-marixxall. Jekk il-każ ikun se jinstema’ barra 'l-pajjiż, gћandha tapplika l-Konvenzjoni ta’ l-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar is-servizz tad-dokumenti barra 'l-pajjiż, sakemm l-Istat li miegћu jkun hemm il-kwistjoni jkun marbut b’dik il-Konvenzjoni.

Matul is-smigћ tal-każ, jiġu sottomessi l-proposti bil-miktub li jistabbilixxu t-talbiet tal-partijiet, waqt li jiġu eżaminati x-xiehda sabiex jiġu pprovati l-allegazzjonijiet ta’ kull parti. Jekk il-konvenut ikun ġie mћarrek legalment u fiż-żmien dovut iżda jonqos milli jidher quddiem il-Qorti, il-każ jiġi ppruvat u mismugћ fl-assenza tiegћu. Qabel is-smigћ, gћandu jitћejja rapport minn uffiċjal ta' l-Uffiċċju tal-Welfare taż-żona fejn il-wild minorenni jkun residenti. Skond il-grad ta’ maturità tal-wild minorenni u skond kemm dan ikun jifhem, il-Qorti tista’ titlob li tisma’ l-opinjoni tal-wild minorenni sakemm ikunu kkonċernati l-interessi tiegħu. Wara s-smigћ il-Qorti tagћti s-sentenza tagћha li tista’ tiġi appellata fil-Qorti tal-Familja ta’ l-Appell.

FuqFuq

11. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Teżisti xi proċedura ta’ emerġenza?

Hemm każijiet fejn, ladarba tiġi ppreżentata l-applikazzjoni prinċipali gћar-responsabbiltà tal-ġenituri, jkunu jistgћu jsegwu l-applikazzjonijiet unilaterali. Dawn jikkonċernaw kwistjonijiet li jkunu jridu jiġu solvuti immedjatament, pereżempju l-applikazzjonijiet gћall-manteniment temporanju tal-wild jew gћall-irtirar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, li f’dan il-każ tista’ tiġi sottmessa applikazzjoni proviżorja sabiex il-wild jiġi temporanjament imneћћi.

12. Nista’ nikseb gћajnuna legali sabiex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, wara li ssir talba quddiem il-Qorti tal-Familja.

13. Huwa possibbli li nappella kontra deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, quddiem il-Qorti tal-Familja ta’ l-Appell.

14. F’ċerti każijiet, jista’ jkun meћtieġ li wieћed ikollu japplika quddiem qorti jew awtorità oћra sabiex tkun tista’ tiġi infurzata deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

Dan huwa possibbli billi wieћed jippreżenta applikazzjoni lill-Qorti tal-Familja sakemm ikun hemm fis-seћћ ftehim ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja mal-pajjiż ikkonċernat.

15. X’irrid nagћmel sabiex deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri mogћtija minn Qorti fi Stat Membru ieћor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’Ċipru? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

Sabiex deċiżjoni li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingћatat minn Qorti fi Stat Membru ieћor tiġi rikonoxxuta u infurzata, gћandha tiġi ppreżentata applikazzjoni quddiem il-Qorti tal-Familja sabiex tiġi rreġistrata, rikonoxxuta u infurzata d-deċiżjoni maћruġa mill-qorti barranija, u dan sakemm iż-żewġ Stati, jiġifieri Ċipru u l-Istat Membru l-ieћor, ikunu marbutin bi ftehim rilevanti. Il-kundizzjonijiet gћar-reġistrazzjoni jiġu stabbiliti fil-ftehim. Il-proċedura tidћol fis-seћћ meta l-qorti tirreġistra l-applikazzjoni permezz ta’ ċitazzjoni li tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni ġuramentata, skond ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili. Fejn ma jkunx hemm kontroparti fi proċedura li taћtha tkun ingћatat id-deċiżjoni, il-proċedura gћandha tibda b’applikazzjoni unilaterali li tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni taћt ġurament. Meta l-applikazzjoni tiġi reġistrata, gћandha tiġi stabbilita d-data tas-smigћ li m’gћandhiex tkun aktar tard minn erba’ ġimgћat mill-ġurnata tar-reġistrazzjoni.

16. Gћand liema qorti gћandi mmur sabiex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ingћatat minn qorti fi Stat Membru ieћor? Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet?

Sabiex topponi deċiżjoni li tikkonċerna l-gћoti tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti kompetenti hija l-Qorti tal-Familja.

Ladarba l-applikazzjoni tiġi reġistrata, kif deskritt fil-punt 15 aktar ’il fuq, din gћandha tiġi implimentata mingћajr dewmien fuq il-konvenut; jekk il-persuna li jkollha d-dritt tkun tixtieq tissottometti oġġezzjoni bil-miktub, din gћandha tressaq it-talba tagћha quddiem il-qorti sa mhux aktar tard minn jumejn qabel id-data tas-smigћ.

17. Liema liġi tapplika fi proċedura li tikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri fejn il-wild jew il-partijiet ma jkunux jgћixu f’Ċipru jew inkella jkunu ta’ ċittadinanza differenti?

Sabiex il-Qorti tal-Familja jkollha ġuriżdizzjoni li tisma’ każ li jikkonċerna r-responsabbiltà tal-ġenituri, il-partijiet iridu jkunu ilhom jgћixu f’Ċipru gћal mill-inqas tliet xhur. Il-liġi applikabbli, sakemm ikun hemm ġuriżdizzjoni, hija l-liġi Ċiprijotta.

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Ċipru - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 21-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit