Kummissjoni Ewropea > NGE > Risponsabilità tal-ġenituri > Belġju

L-aħħar aġġornament: 30-04-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Risponsabilità tal-ġenituri - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. It-terminu "responsabbiltà tal-ġenitur" xi jfisser f'termini prattiċi? X'inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna li jkollha responsabbiltà tal-ġenitur? 1.
2. Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenitur għall-wild? 2.
3. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenitur fuq uliedhom, tista' tinħatar persuna oħra minflokhom? 3.
4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tiġi deċiża l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenitur għall-futur? 4.
5. Jekk il-ġenituri jaslu għal ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur, x'inhuma l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex il-ftehim tagħhom isir legalment vinkolanti? 5.
6. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenitur, x'mezzi alternattivi hemm biex il-kunflitt jiġi riżolt mingħajr rikors għall-qrati? 6.
7. Jekk il-ġenituri jirrikorru għall-qrati x'inhuma l-kwistjonijiet li l-imħallef jista' jiddeċiedi rigward il-wild? 7.
8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed għandu jkollu l-kustodja unika tal-wild, dan ifisser dak il-ġenitur ikun jista' jiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-wild mingħajr ma qabel jikkonsulta mal-ġenitur l-ieħor? 8.
9. Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta tal-wild, dan xi jfisser fil-prattika? 9.
10. Quddiem liema qorti jew awtorità għandi nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur? Liema proċeduri għandi nsegwi u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi? 10.
11. Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet? Hemm proċedura ta' emerġenza? 11.
12. Nista' nikseb il-benefiċċju tal-għajnuna legali bla ħlas għall-ispejjeż tal-proċedimenti? 12.
13. Jista' jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur? 13.
14. F'xi każijiet jista' jkun neċessarju li jsir rikors lil qorti jew awtorità oħra biex tiġi infurzata deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur. Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet? 14.
15. X'għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tal-UE tiġi rikonoxxuta u infurzata fil-Belġju? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet? 15.
16. Quddiem liema qorti Belġjana għandi nopponi r-rikonixxment ta' deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur maħruġa minn qorti ta' Stat Membru tal-UE ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet? 16.
17. Liema liġi tapplika għal proċedimenti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur meta l-wild jew il-partijiet ma jkunux jgħixu l-Belġju jew ikollhom nazzjonalità differenti? 17.

 

1. It-terminu "responsabbiltà tal-ġenitur" xi jfisser f'termini prattiċi? X'inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna li jkollha responsabbiltà tal-ġenitur?

Ir-regoli prinċipali dwar l-awtorità tal-ġenituri huma miġburin flimkien fl-Artikoli 371 sa 387b tal-Kodiċi Ċivili. L-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Ċivili jsemmi wkoll xi dmirijiet li l-ġenituri għandhom (akkomodazzjoni, sostenn, superviżjoni, edukazzjoni u taħriġ – dan l-aħħar obbligu jista' jkompli wara li l-wild jagħlaq l-età maġġuri).

It-tfal jibqgħu taħt l-awtorità ta' missierhom u ommhom sa ma jilħqu l-età maġġuri (18-il sena) jew sa ma jiġu emanċipati. Fost il-varji aspetti tal-awtorità tal-ġenitur, issir distinzjoni bejn l-awtorità fuq il-persuna tal-wild, l-amministrazzjoni tal-assi tal-wild u ċerti prerogattivi tal-awtorità tal-ġenitur. L-awtorità fuq il-persuna tal-wild tista' tiġi sottodiviża f'żewġ partijiet: l-ewwelnett, "il-kustodja" li tikkonsisti f'li wieħed "jgħix" mal-wild (jiġifieri, li jieħu ħsieb il-wild, jissorveljah u jieħu d-deċiżjonijiet edukattivi relatati mal-preżenza tal-wild mal-ġenitur) u, it-tieninett, id-dritt għall-edukazzjoni, li jikkonsisti fit-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-manteniment, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-wild. Rigward l-amministrazzjoni tal-assi tal-wild, hemm distinzjoni bejn id-dritt tal-amministrazzjoni tal-assi tal-wild u l-użufrutt legali tagħhom. Fl-aħħarnett, il-prerogattivi speċjali jistgħu jfissru s-setgħat tal-ġenituri relatati maż-żwieġ, l-adozzjoni u l-emanċipazzjoni tal-wild.

2. Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenitur għall-wild?

Ir-responsabbiltà fuq il-persuna tal-minuri hija normalment eżerċitata konġuntement minn kull wieħed mill-ġenituri tal-wild. Kemm jekk il-ġenituri jkunu jgħixu flimkien u kemm jekk le, jekk ir-relazzjoni tal-wild ma' kull wieħed minnhom tkun stabbilita, huma (it-tnejn) jeżerċitaw b'mod konġunt id-diversi prerogattivi tal-awtorità tal-ġenitur (Artikoli 373 u 374 tal-Kodiċi Ċivili).

FuqFuq

Jekk ir-rabta ta' filjazzjoni ma' jew il-missier jew l-omm ma tkunx stabbilita jew jekk wieħed minnhom ikun mejjet, nieqes jew ma jkunx jista' jikkomunika x-xewqat tiegħu, il-ġenitur l-ieħor jeżerċita din l-awtorità waħdu.

Madankollu, f'xi każijiet, l-imħallef kompetenti jista' jafda l-eżerċizzju esklussiv tal-awtorità tal-ġenitur lil ġenitur wieħed.

3. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenitur fuq uliedhom, tista' tinħatar persuna oħra minflokhom?

Fin-nuqqas ta' ftehim mill-ġenituri dwar l-organizzazzjoni tal-akkomodazzjoni tal-wild, dwar deċiżjonijiet importanti dwar is-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ jew il-ħin liberu tal-wild, u dwar l-orjentazzjoni reliġjuża jew dik politika jew jekk ftehim jidher li jmur kontra l-interessi tal-wild, l-imħallef jista' jafda l-eżerċizzju esklussiv tal-awtorità tal-ġenitur lil ġenitur wieħed; il-ġenitur l-ieħor iżomm relazzjoni personali mal-wild skont termini speċifiċi u jżomm id-dritt li jissorvelja l-edukazzjoni tal-wild. Jekk la l-missier u l-anqas l-omm ma jkunu fi stat xieraq biex jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenitur, ikun hemm raġunijiet biex tinbeda tutela (Artikolu 375 tal-Kodiċi Ċivili).

4. Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, kif tiġi deċiża l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenitur għall-futur?

Fit-teorija, is-separazzjoni jew id-divorzju tal-ġenituri m'għandhom l-ebda effett fuq ir-regoli tat-trasferiment tal-awtorità tal-ġenitur (iżda, fil-prattika, is-separazzjoni tagħmel l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenitur konġunta impossibli). Il-prinċipju legali huwa l-eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenitur minn kull wieħed mill-ġenituri tal-wild (ara l-punt 2). Madankollu, l-imħallef jista' jiddeċiedi li jafda l-eżerċizzju esklussiv tal-awtorità tal-ġenitur lil wieħed mill-ġenituri, skont l-Artikolu 374 tal-Kodiċi Ċivili, fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu li sar riferiment għalih hawn fuq (ara l-punt 3).

FuqFuq

Il-ġenituri jisgħu, naturalment, jaqblu dwar id-dettalji prattiċi dwar l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenitur sakemm li l-interessi tal-wild jkunu dejjem rispettati.

Id-dettalji prattiċi dwar l-akkomodazzjoni tal-wild, il-post fejn il-wild jiddaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni u d-dettalji prattiċi dwar il-kontribuzzjoni tal-ġenituri għall-manteniment, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-wild iridu kollha jiġu deċiżi.

5. Jekk il-ġenituri jaslu għal ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur, x'inhuma l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex il-ftehim tagħhom isir legalment vinkolanti?

Il-partijiet mhumiex obbligati jidhru quddiem il-qorti u jistgħu jikkonkludu ftehim privat li jirrisolvi l-kwistjoni tal-awtorità tal-ġenitur fuq il-wild. Jekk jixtiequ li din id-deċiżjoni tkun infurzabbli fil-każ li jkun hemm bżonn, huma jridu jissottomettu l-ftehim lill-imħallef kompetenti, li għandu jeżaminah biex jara jekk jirrispettax l-interessi tal-wild.

Skont iċ-ċirkustanzi u t-tip ta' separazzjoni, il-partijiet iridu jindirizzaw irwieħhom jew lill-justice of the peace li jirregola l-miżuri urġenti u provviżorji dwar is-separazzjoni provviżorja tal-konjuġi jew tal-persuni li jgħixu flimkien legalment (l-Artikoli 223 u 1479 tal-Kodiċi Ċivili), jew lill-qorti tal-minorenni skont l-Artikolu 387a tal-Kodiċi Ċivili, li tista' tordna kull ftehim dwar l-awtorità tal-ġenitur fuq il-wild, jew lill-qorti tal-prim'istanza u l-qorti li tkun qed tittratta l-kawża fil-qafas tad-divorzju tal-partijiet.

Fil-każ ta' divorzju minħabba l-falliment irrimedjabbli taż-żwieġ (ara l-iskeda "Divorzju - il-Belġju"), il-partijiet jistgħu, f'kull stadju tal-proċedimenti, jitolbu lill-imħallef japprova l-ftehim dwar il-miżuri proviżorji dwar it-tfal. L-imħallef jista' jirrifjuta li japprova l-ftehim jekk dan ikun imur kontra l-interessi tal-ulied. Fin-nuqqas ta' ftehim jew fil-każ ta' ftehim parzjali, l-imħallef jirrisolvi l-kwistjoni in camera. Il-partijiet jistgħu jindirizzaw irwieħhom direttament lill-imħallef in camera. Wara d-divorzju, l-awtorità fuq il-persuna tal-wild u l-amministrazzjoni tal-assi tiegħu hija eżerċitata konġuntement mill-ġenituri jew mill-parti li tkun ġiet fdata bl-awtorità permezz ta' deċiżjonijiet preċedenti, bla ħsara għall-possibbiltà tal-qorti tal-minorenni li temenda kull deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri fuq it-talba ta' kemm il-missier u l-omm, jew ta' wieħed minnhom biss jew tal-Avukat Ġenerali.

FuqFuq

Fil-każ ta' divorzju bil-kunsens tat-tnejn (ara "Divorzju - il-Belġju"), il-partijiet iridu jindikaw fil-ftehim tagħhom qabel id-divorzju liema miżuri se jiġu stabbiliti rigward l-awtorità tal-ġenitur (eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenitur, dritt għal relazzjonijiet personali, amministrazzjoni tal-assi tal-wild) u d-dettalji prattiċi dwar il-kontribuzzjoni ta' kull ġenitur għall-manteniment, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-wild, kemm matul il-proċedimenti tad-divorzju u wara. L-Avukat Ġenerali jagħti opinjoni u l-imħallef jista' jħassar jew jemenda kull arranġament li jmur kontra l-interessi tal-ulied minorenni. L-imħallef jagħti d-divorzju u japprova l-ftehim dwar l-ulied minorenni.

6. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenitur, x'mezzi alternattivi hemm biex il-kunflitt jiġi riżolt mingħajr rikors għall-qrati?

L-imħallef li jkun diġà qiegħed jitratta l-kawża jista', bil-kunsens tal-partijiet, jissuġġerixxi rikors għall-arbitraġġ tal-familja jew il-partijiet stess jistgħu jagħmlu talba f'dan ir-rigward (Artikolu 1734 tal-Kodiċi Ġudizzjarja). L-arbitru jipprova jasal għal ftehim parzjali jew sħiħ. L-imħallef jista' biss jirrifjuta li japprova l-ftehim jekk dan ikun imur kontra l-politika pubblika jew jekk il-ftehim li jaslu għalih fl-aħħar tal-arbitraġġ tal-familja jkun kontra l-interessi tal-ulied. Kull parti tista' wkoll tipproponi li jkun hemm arbitraġġ indipendentement minn kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji (Artikolu 1730 tal-Kodiċi Ġudizzjarja). Il-ftehim li jinkiseb minn arbitru approvat jista' wkoll ikun suġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

FuqFuq

Fl-aħħarnett, xejn ma jwaqqaf lill-partijiet milli jikkonsultaw esperti (ħaddiema soċjali, psikoloġi, psikjatri tat-tfal) sabiex jiksbu opinjoni informata jew milli jistaqsu biex jinħatar perit għall-proċedimenti ġudizzjarji. Bħala parti mill-proċedimenti msemmija hawn fuq, l-Avukat Ġenerali jista' jikseb mingħand is-servizzi soċjali informazzjoni dwar it-tfal u l-imħallef għandu jqis l-opinjonijiet tal-ulied (Artikolu 931 tal-Kodiċi Ġudizzjarja).

7. Jekk il-ġenituri jirrikorru għall-qrati x'inhuma l-kwistjonijiet li l-imħallef jista' jiddeċiedi rigward il-wild?

L-imħallef irid jiddeċiedi dwar l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenitur. Dan ovvjament se jiddependi fuq ix-xewqat espressi mill-ġenituri u mill-wild, jekk dan ikun ta' età li jideċiedi, fuq is-sitwazzjoni u fuq iċ-ċirkostanzi tal-każ. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar il-wild (akkomodazzjoni, deċiżjonijiet importanti dwar is-saħħa, edukazzjoni, taħriġ, attivitajiet ta' matul il-ħin liberu, orjentazzjoni reliġjuża jew filosofika) jew jekk, fl-opinjoni tal-imħallef, il-ftehim tagħhom jidher li jmur kontra l-interessi tal-wild, l-imħallef jista' jafda l-eżerċizzju esklussiv tal-awtorità tal-ġenitur lil ġenitur wieħed. L-imħallef jista' wkoll jieħu deċizjonijiet dwar l-edukazzjoni li kieku kienu jittieħdu biss bil-kunsens tal-ġenituri. L-imħallef jistabbilixxi l-arranġamenti li jippermettu lill-ġenitur li ma jkollux l-awtorità tal-ġenitur iżomm relazzjoni personali mal-wild - din ir-relazzjoni tista' tinċaħad biss għal raġunijiet serji ħafna.

Il-ġenitur li ma jeżerċitax l-awtorità tal-ġenitur iżomm id-dritt li jissorvelja l-edukazzjoni tal-wild. Jekk dan il-ġenitur ma jirċevix informazzjoni siewja f'dan ir-rigward mill-ġenitur l-ieħor jew minn partijiet terzi, jista' jirreferi l-kwistjoni lill-qorti tal-minorenni fl-interessi tal-wild.

FuqFuq

Fil-każijiet kollha, l-imħallef jiddeċiedi dwar id-dettalji prattiċi tal-akkomodazzjoni u l-post fejn il-wild huwa iskritt primarjament fir-reġistru tal-popolazzjoni.

L-imħallef jista' jideċiedi dwar id-dettalji prattiċi tal-kontribuzzjonijiet għall-manteniment, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-wild.

Il-partijiet jistgħu jirreferi kwistjonijiet speċifiċi lill-imħallef, bħall-allokazzjoni ta' perjodi ta' vakanzi bejn il-ġenituri, it-tqassim ta' ċerti spejjeż u r-reġistrazzjoni fi skola. Dan jiddependi fuq kull każ partikolari.

8. Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed għandu jkollu l-kustodja unika tal-wild, dan ifisser dak il-ġenitur ikun jista' jiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-wild mingħajr ma qabel jikkonsulta mal-ġenitur l-ieħor?

Il-fatt li wieħed mill-ġenituri ngħata l-awtorità unika tal-ġenitur ma jagħtihx karta bjanka biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-wild. Iridu jiġu eżaminati l-ftehimiet li jintlaħqu f'kull każ partikolari. Barra minn dan (ara l-punt 7), il-ġenitur l-ieħor iżomm id-dritt li jissorvelja l-edukazzjoni tal-wild. Li wieħed ibiddel id-dar mal-wild mingħajr ma jinforma lill-ġenitur l-ieħor jista' jaffettwa l-akkomodazzjoni tal-wild, id-dritt għal relazzjoni personali eċċ. F'każ bħal dan, il-parti li ma tkunx ġiet avżata jew li ma taqbilx tista' tagħmel rikors lill-qorti tal-minorenni (l-Artikoli 374 u 387a tal-Kodiċi Ċivili) jew, f'każ ta' emerġenza, lill-imħallef in camera (l-Artikolu 584 tal-Kodiċi Ġudizzjarja).

9. Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta tal-wild, dan xi jfisser fil-prattika?

Dan ifisser li t-tnejn li huma jeżerċitaw u se jkomplu jeżerċitaw l-elementi tal-awtorità tal-ġenitur ("kustodja" tal-wild, dritt għal edukazzjoni, dritt li jamministraw legalment u dritt għall-użufrutt legali tal-assi tal-wild) u li l-ebda wieħed mill-ġenituri ma jista' jieħu waħdu deċizjoni li tostakola l-eżerċizzju tal-prerogattivi tal-ġenitur l-ieħor. Kull ġenitur għandu għaldaqstant jikseb il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor u ma jistax jaġixxi fin-nuqqas ta' dan il-kunsens. Madankollu, rigward il-"kustodja" tal-wild, pereżempju, il-ġenitur li miegħu ikun qed jgħix il-wild dak iż-żmien, għandu jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-rutina ta' kuljum, il-manjieri tajba, eċċ. Rigward terżi persuni (in buona fede), kull ġenitur huwa meqjus li jkun qed jaġixxi bil-kunsens tal-ġenitur l-ieħor meta jaġixxi waħdu taħt din l-awtorità (l-Artikolu 373 tal-Kodiċi Ċivili).

FuqFuq

10. Quddiem liema qorti jew awtorità għandi nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur? Liema proċeduri għandi nsegwi u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Dan jiddependi fuq kull każ individwali (ara l-punt 5). Jista' jkun il-qorti tal-minorenni (l-Artikolu 387a tal-Kodiċi Ċivili) - u, f'dan il-każ, dan ikun il-qorti tal-minorenni kompetenti għall-post ta' residenza tal-wild - jew il-Justice of the Peace (l-Artikoli 223 u 1479 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 594(19) tal-Kodiċi Ġudizzjarja; il-Justice of the Peace għandu wkoll kompetenza rigward it-tutela tal-minorenni - l-Artikolu 594(b) tal-Kodiċi Ġudizzjarja), il-president tal-qorti tal-prim'istanza li jiddeċiedi fi proċedimenti sommarji relatati ma' divorzju (l-Artikolu 1280 tal-Kodiċi Ġudizzjarja) jew l-imħallef għad-divorzju. Skont il-każ individwali, ir-rikors huwa ppreżentat b'petizzjoni jew ċitazzjoni. Ċerti dokumenti jridu jkunu annessi mar-rikors, skont il-kawża li titressaq.

11. Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet? Hemm proċedura ta' emerġenza?

L-imħallef jiddeċiedi dwar ir-rikorsi tal-partijiet. Dawk il-minorenni li jkunu kapaċi jifformaw opinjoni tagħhom jistgħu jinstemgħu f'kull proċediment li jikkonċernahom, fuq it-talba tagħhom jew b'deċiżjoni tal-imħallef (l-Artikolu 931 tal-Kodiċi Ġudizzjarja). Tista' tintalab proċedura b'urġenza (l-Artikolu 584 tal-Kodiċi Ġudizzjarja) mill-president tal-qorti, li jagħti deċiżjoni proviżorja.

12. Nista' nikseb il-benefiċċju tal-għajnuna legali bla ħlas għall-ispejjeż tal-proċedimenti?

Japplikaw ir-regoli tad-dritt ordinarju (ara l-iskeda "Għajnuna Legali bla Ħlas - il-Belġju").

FuqFuq

13. Jista' jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur?

Fil-każ ta' divorzju bil-kunsens tat-tnejn, meta l-partijiet ikunu qablu dwar id-dettalji prattiċi tal-awtorità tal-ġenitur, meta l-Avukat Ġenerali jkun ta l-opinjoni tiegħu u meta l-imħallef ikun approva l-ftehim u ta d-divorzju, ma hemm, fit-teorija, ebda raġunijiet biex jitressaq appell.

Jista' jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur, normalment fi żmien xahar. Dan it-terminu huwa kkalkulat mid-data li fiha tingħata jew tiġi notifikata s-sentenza (appell kontra deċiżjoni mogħtija fuq rikors ex parte). Il-qari tas-sentenza xi drabi huwa mdewwem (pereżempju fuq it-talba tal-Avukat Ġenerali) sabiex jittawwal it-terminu.

14. F'xi każijiet jista' jkun neċessarju li jsir rikors lil qorti jew awtorità oħra biex tiġi infurzata deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur. Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Huwa l-imħallef li stabbilixxa meta l-wild jista' jistieden kull ġenitur jew li stabbilixxa d-dritt tal-ġenitur jew ta' terza persuna għal relazzjoni personali li għandu jinkludi miżuri tal-infurzar mad-deċiżjoni wara li din issir, sakemm li sadanittant ma jkunx ġie allokat imħallef ieħor għall-każ. L-imħallef jispeċifika n-natura ta' dawn il-miżuri u d-dettalji tal-implimentazzjoni tagħhom fid-dawl tal-interessi tal-wild u, jekk jikkunsidra li dan huwa meħtieġ, li jinnomina l-persuni awtorizzati li jakkumpanjaw il-marixxall fl-infurzar tad-deċiżjoni. L-imħallef jista' jistabbilixxi l-ħlas ta' penali perjodika biex jiżgura li d-deċiżjoni tiġi rispettata.

FuqFuq

Ir-rinviju ta' kawża lil qorti huwa suġġett għal kundizzjonijiet differenti skont l-imħallef li jkollu l-kompetenza li jinforza d-deċiżjoni (preżentazzjoni ta' sottomissjonijiet jew ittra lir-reġistru tal-qorti fil-każ ta' imħallef tal-qorti tal-minorenni jew il-president tal-qort tal-prim'istanza; rikors inter partes lill-justice of the peace jew lill-imħallef tal-qorti tal-minorenni fil-każ li ma jiġux irrispettati l-arranġamenti għal divorzju bil-kunsens tat-tnejn; u rikors ex parte meta dan ikun assolutament meħtieġ). Id-deċiżjoni li tingħata hija infurzabbli minnufih. M'hemm l-ebda taxxa għar-reġistrazzjoni tar-rikors.

15. X'għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tal-UE tiġi rikonoxxuta u infurzata fil-Belġju? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Mill-1 ta' Marzu 2005, skont ir-Regolament 2201/2203, magħruf bħala "Brussell IIa", id-deċiżjonijiet kollha meħuda fi Stat Membru (minbarra d-Danimarka) li jkollhom x'jaqsmu mar-responsabbiltà tal-ġenitur, huma, fit-teorija, rikonoxxuti awtomatikament. Madankollu, bl-eċċezzjoni ta' deċiżjonijiet dwar drittijiet tal-aċċess u r-ritorn ta' tfal misruqa, l-infurzar jippresupponi li jkun sar rikors exequatur lill-president tal-qorti tal-prim'istanza, li jiddeċiedi skont it-tip ta' proċedimenti sommarji.

Din il-proċedura simplifikata ma tapplikax, madankollu, għal deċiżjonijiet mogħtija qabel din id-data barra mill-proċedimenti tad-divorzju. F'dan il-każ, ikun għaqli li tiġi segwita l-proċedura normali għar-rikonoxximent u l-infurzar.

16. Quddiem liema qorti Belġjana għandi nopponi r-rikonixxment ta' deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur maħruġa minn qorti ta' Stat Membru tal-UE ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Kull parti interessata tista' tagħmel rikors lill-qorti tal-prim'istanza sabiex deċiżjoni mogħtija barra mill-pajjiż ma tiġix rikonoxxuta. Din il-qorti tista' tissospendi l-proċedimenti quddiemha jekk id-deċiżjoni kkonċernata tkun is-suġġett ta' appell fil-pajjiż fejn tkun oriġinat.

17. Liema liġi tapplika għal proċedimenti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur meta l-wild jew il-partijiet ma jkunux jgħixu l-Belġju jew ikollhom nazzjonalità differenti?

Il-qrati Belġjani jistgħu, fit-teorija, japplikaw il-liġi applikabbli għar-residenża abitwali tal-wild.

Madankollu, il-liġi tal-Istat li tiegħu il-wild għandu n-nazzjonalità tapplika jekk il-liġi msemmija qabel ma tippermettix li jiġi żgurat il-ħarsien meħtieġ tal-persuna jew l-assi tal-wild. Il-liġi Belġjana tapplika fil-każ li jkun materjalment jew legalment impossibbli biex jittieħdu l-miżuri li l-liġi nazzjonali inkwistjoni tipprovdi għalihom.

Aktar tagħrif

Ħolqa tal-internet: www.juridat.be français - Nederlands.

« Risponsabilità tal-ġenituri - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 30-04-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit