Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 05-09-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Isvezja

Introduzzjoni

L-Iżvezja għandha żewġ tipi ta’ qrati paralleli – il-qrati ġenerali, li jisimgħu kwistjonijiet kriminali u ċivili, u l-qrati amministrattivi ġenerali, li jisimgħu kwistjonijiet amministrattivi. Hemm tliet livelli ta’ qrati ġenerali – il-qrati distrettwali (tingsrätt), il-qrati ta’ l-appell (hovrätt) u l-Qorti Suprema (Högsta domstolen). Hemm ukoll tliet livelli ta’ qrati amministrattivi – il-qrati tal-kontea (länsrätt), il-qrati amministrattivi ta’ l-appell (kammarrätt) u l-Qorti Suprema Amministrattiva (Regeringsrätten).

Ċart ta’ l-Organizzazzjoni PDF File (PDF File 139 KB)

Tagħrif

Il-qrati ġenerali

Il-qorti distrettwali hija l-qorti ta’ l-ewwel istanza. Hemm 72 qorti distrettwali mxerrda fl-Iżvezja. Huma jvarjaw fid-daqs minn dawk li għandhom ftit mijiet ta’ impjegati għal dawk li għandhom madwar għaxra.

L-istanza li jmiss hija l-qorti ta’ l-appell. Hemm sitta minnhom. B’mod ġenerali, parti hija libera li tirriferi d-deċiżjoni ta’ qorti distrettwali lill-qorti ta’ l-appell.

Il-Qorti Suprema hija l-ogħla istanza. Hija magħmula minn ta’ l-anqas 16-il imħallef. Il-ħidma ewlenija tal-Qorti Suprema hija biex tirrevedi sentenzi li jistgħu jkunu ta’ sinifikat għall-iżvilupp tal-liġi, jiġifieri billi jservu ta’ preċedent. Biex sentenza tkun riveduta għal kollox minnha, il-Qorti Suprema trid tagħti permess speċjali. Fir-reviżjoni tagħha, il-Qorti tiddeċiedi jekk hemmx kwistjonijiet fis-sentenza li jistgħu jkunu utli fir-rigward tal-ħolqien ta' preċedent. Jekk jingħata l-permess, normalment is-sentenza tkun riveduta minn ħames imħallfin.

Il-qrati amministrattivi ġenerali

Il-qorti tal-kontea hija l-qorti ta’ l-ewwel istanza. Hemm ta’ l-inqas qorti waħda għal kull kontea (län).

Il-qorti amministrattiva ta’ l-appell hija l-qorti tat-tieni istanza. Hemm erba’ qrati bħal dawn. Għall-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ sentenza, jenħtieġ permess biex il-qorti amministrattiva ta’ l-appell tagħmel reviżjoni kompleta.

Il-Qorti Suprema Amministrattiva hija l-ogħla istanza. Hija magħmula minn ta’ l-anqas 17-il imħallef. Il-ħidma ewlenija tagħha, bħal dik tal-Qorti Suprema, hija li toħloq il-preċedent. Il-permess jenħtieġ fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Jekk jingħata l-permess, is-sentenza tkun riveduta normalment minn ħames imħallfin.

FuqFuq

Il-qrati speċjali

Il-qrati speċjali jisimgħu tilwim f’diversi oqsma speċifiċi fejn jinħass li jkun hemm bżonn ta’ għarfien speċjali. Eżempji huma t-Tribunal ta’ l-Impjieg (Arbetsdomstolen), li jirrisolvi tilwim skond il-liġi ta’ l-impjieg, u l-Qorti tas-Suq (Marknadsdomstolen), li l-qasam ta’ responsabbilità tagħha jinkludi każijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-kompetizzjoni illegali.

Il-proċeduri sommarji

Mhux it-tilwim kollu taħt il-liġi tal-propjetà għandu bżonn jinstema’ mill-qrati imma f'xi każijiet jista' jissolva wara li jintbagħat rikors lill-awtoritajiet pubbliċi tal-prosekuzzjoni għall-inġunzjoni biex jitħallas dejn jew għall-assistenza. Jekk il-parti konvenuta ma tikkontestax ir-rikors, l-awtoritajiet pubbliċi tal-prosekuzzjoni jistgħu jiddegretaw favur ir-rikorrent. Digriet bħal dan għandu l-istess effett ta’ sentenza. Iżda, jekk il-parti konvenuta tikkontesta r-rikors, ir-rikorrent jista’ jitlob li l-kwistjoni tintbagħat lill-qorti distrettwali għal sentenza. L-informazzjoni dwar il-proċeduri sommarji u l-formuli tar-rikors jistgħu jinstabu fi www.rsv.se/kronofogden svenska.

It-tilwim tal-konsumaturi

F’tilwim tal-konsumaturi, jiġifieri tilwim bejn negozjant u konsumatur dwar prodott jew servizz li l-konsumatur ikun xtara għall-użu tiegħu/tagħha, il-konsumatur jista’ jikseb l-għajnuna minn konsulent tal-konsumatur. Dawn jistgħu jinstabu f’ħafna mill-muniċipalitajiet. Konsumatur li ma jkunx kiseb rimedju wara li jkun ilmenta dwar prodott jew servizz jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-Bord tat-Talbiet Ġenerali (Allmänna reklamationsnämnden, jew ARN). Id-deċiżjoni ta’ dan ta’ l-aħħar tieħu l-forma ta’ rakkomandazzjoni lill-partijiet biex jirrisolvu t-tilwima b’mod partikolari. Jekk in-negozjant ma jħarisx id-deċiżjoni tal-Bord, il-konsumatur jista’ jieħu l-kwistjoni l-qorti. Aktar informazzjoni dwar il-ħidmiet tal-Bord u l-formuli ta’ l-applikazzjoni jistgħu jinstabu fi www.arn.se Deutsch - English - español - français - suomi - svenska.

FuqFuq

Links

  • Justitiedepartementet (Id-Dipartiment tal-Ġustizzja) English - svenska
  • Domstolsverket (L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali) English - svenska
  • Domstolsverket (L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali) svenska
  • Konsumentverket (L-Aġenzija Żvediża tal-Konsumatur) English - français - svenska
  • Allmänna reklamationsnämnden (Il-Bord tat-Talbiet Ġenerali) Deutsch - English - español - français - suomi - svenska 

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-09-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit