Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar AwtomatikuL-organizzazzjoni ġudizzjarja fi Spanja hija bbażata fuq il-prinċipju tal-ġurisdizzjoni f’unitajiet. L-imħallfin u l-maġistrati kollha jifformaw parti mill-istess professjoni.
Bla ħsara għal dak li ntqal qabel, hemm sezzjonijiet ta’ ġurisdizzjoni skond il-materja.
Is-sezzjonijiet tal-ġurisdizzjoni huma:
F’kull każ, skond il-Leciv/2000, għandhom it-titlu ta’ “qorti”, u għal kawżi li jinvolvu ammont żgħir (mhux aktar minn €90 ) jeżistu t-Tribunali tat-Talbiet Żgħar, presieduti minn aġġudikaturi mhux mill-professjoni legali. Il-“Qorti” li fl-ewwel lok jinġiebu quddiemha l-kwistjonijiet ċivili hija l-Qorti tal-Prim’ Istanza, presieduta minn Imħallef professjonali jew Maġistrat, u jeżistu uħud speċjalizzati bħal dawk tal-familja u ta’ l-inkapaċità legali. Is-sentenzi mogħtija minnhom jistgħu jiġu appellati quddiem l-Awla Provinċjali, organu kolleġjali magħmul minn tlett Maġistrati, u f’ċerti każi teżisti l-possibbiltà ta’ appell (kassazzjoni) quddiem l-Awla Ċivili tal-Qorti Suprema, kif ukoll l-possibbiltà limitata ta’ appell quddiem l-Awli Ċivili u Penali ta’ ċerti Qrati Superjuri ta’ Komunitajiet Awtonomi partikolari.
Il-Qorti ta’ l-Affarijiet Soċjali, li hi l-organu li ġeneralment jieħu konjizzjoni fil-prim’ istanza ta’ kawżi fil-kamp tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali. Is-sentenzi tagħha mhux appellabbli jekk jinvolvu ammont żgħir (mhux aktar minn €1803), u mill-bqija jeżisti dritt ta’ appell straordinarju quddiem l-Awla Soċjali tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja. Dawn l-Awli ta’ l-Affarijiet Soċjali jieħdu konjizzjoni fil-prim’ istanza ta’ kwistjonijiet dwar ftehimiet kollettivi tax-xogħol li jeżorbitaw mill-kompetenza ta’ qorti tal-Provinċja li tinsab f’Komunità Awtonoma, u s-sentenzi mogħtija minnhom jistgħu jiġu appellati (kassazzjoni). L-Awla ta’ l-Affarijiet Soċjali tal-Qorti l-Għolja Nazzjonali tieħu konjizzjoni ta’ kwistjonijiet li jeżorbitaw mill-kompetenza tal-Komunità Awtonoma. L-Awla ta’ l-Affarijiet Soċjali tal-Qorti Suprema tisma’ l-appelli (kassazzjoni) minn sentenzi mogħtija mill-Awli tal-Qorti Superjuri Nazzjonali u tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, kif ukoll ir-“rikorsi għall-unifikazzjoni tad-dottrina” fil-konfront ta’ sentenzi appellati quddiemha.
L-ewwelnett hemm l-Imħallfin u l-Maġistrati titulari.
Is-Segretarji Ġudizzjarji jiffurmaw Korp li wieħed jista’ jsir membru tiegħu permezz ta’ kompetizzjoni bejn min hu kkwalifikat fil-liġi, jissomininstraw il-ġurament, jassistu lill-Imħallfin u lill-Maġistrati, huma responsabbli mit-tmexxija proċedurali, imexxu l-eżekuzzjoni ta’ l-atti ta’ komunika ġudizzjarja (in-notifiki), huma responsabbli mill-eżekuzzjoni tas-sentenzi u huma direttament responsabbli għall-impjegati ta’ l-uffiċċji ġudizzjarji..
L-Uffiċjali, l-Assistenti u l-Aġenti huma impjegati professjonali li jagħtu s-servizz tagħhom fil-Qrati u fit-Tribunali. Dawk ta’ l-ewwel jieħdu ħsieb it-tmexxija proċedurali tal-kawżi u dawk tat-tieni għandhom funzjoni ta’ kooperazzjoni fit-tkomplija tal-proċedura. L-Aġenti jieħdu ħsieb l-ordni waqt l-udjenzi, jeżegwixxu l-mandati, l-iżgumbramenti u atti oħra li jeħtieġu eżekuzzjoni bil-forza, jeżegwixxu n-notifiki ġudizzjarji u jaġixxu bħala Pulizija Ġudizzjarja mogħtija s-saħħa ta’ aġenti bl-awtorità.
Iva fil-kawżi tal-familja, f’dawk dwar l-istat ċivili, dawk li jinvolvu l-minuri jew dawk legalment inkapaċi, fil-falliment u f’dawk li jaffettwaw id-drittijiet fundamentali.
Verbali, ordinarji, proċeduri ta’ eżekuzzjoni, proċeduri ta’ falliment, proċeduri speċjali: il-kapaċità legali, il-filjazzjoni, iż-żwieġ u l-minuri, tqassim ġudizzjarju tal-beni, proċeduri sommarji u kambjarji.
Il-proċedura dejjem tibda b’talba bil-miktub; il-ġudizzji verbali (talbiet li ma jinvolvux aktar minn €3006 u proċeduri speċjali dwar kirjiet jew “sommarji”), it-tmexxija tas-sottomissjonijiet, id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet formali, it-tressiq u l-eżaminazzjoni tax-xhieda, kif ukoll is-sottomissjonijiet finali tal-partijiet, isiru bil-fomm. Fil-ġudizzju ordinarju, ir-risposta għat-talba trid issir bil-miktub. Il-proċedura titkompla bil-fomm, b’”udjenza preliminari” li matulha tinstab soluzzjoni għal kwistjonijiet proċedurali, jiġu proposti u dikjarati ammissibbli l-provi u tiġi stabbilita d-data tas-smigħ; waqt is-smigħ jiġu ppreżentati l-provi ammissibbli u l-partijiet jippreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom.
Ara l-informazzjoni dwar “Kif nista’ nressaq każ il-qorti? - Spanja”
Ir-regola ġenerali hija dik tad-doppju eżami u f’xi każijiet jeżisti wkoll id-dritt ta’ appell (kassazzjoni) quddiem il-Qorti Suprema kif ukoll il-possibbiltà ta’ appell straordinarju għall-ksur tar-regoli ta’ proċedura. F’ċirkostanzi limitati dawn l-appelli jistgħu jsiru quddiem l-Awli Ċivili u Penali ta’ uħud mill-Qrati Superjuri tal-Ġustizzja ta’ ċerti Komunitajiet Awtonomi.
Ara l-informazzjoni dwar “Il-Kompetenza ta’ l-organi ġudizzjarji – Spanja”
Iva, ħlief fi kwistjonijiet ta’ importanza żgħira (talbiet li ma jinvolvux aktar minn € 1803).
Ara “Liema huma l-organi ġudizzjarji li jiġġudikaw il-kwistjonijiet soċjali?
Dan huwa rikors maħsub għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li setgħu nkisru permezz ta’ deċiżjoni.
« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 14-07-2006

