Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 18-12-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Slovenja

Introduzzjoni

Il-qrati ta' l-ewwel istanza għal kawżi ċivili fis-Slovenja huma l-qrati lokali (okrajna sodišča) u l-qrati distrettwali (okrožna sodišča), filwaqt li l-qrati għolja (Višja sodišča) huma l-qrati tat-tieni istanza. Is-Slovenja għandha 44 qorti lokali, 11-il qorti distrettwali u 4 qrati għolja. Il-Qorti Suprema (Vrhovno sodišče) ġeneralment tiddeċiedi dwar rimedji legali straordinarji u, f'ċerti każijiet, hija wkoll il-qorti tat-tielet istanza. Is-Slovenja għandha 4 qrati oħra ta' l-ewwel istanza - 3 qrati tax-xogħol (delovna sodišča) u qorti waħda soċjali (socialno sodišče), li jagħtu s-sentenzi jew fis-sede tal-qorti jew fid-dipartimenti esterni tagħha. Il-Qorti Għolja tax-Xogħol u Affarijiet Soċjali (Višje delovno in socialno sodišče) hija l-qorti li tittratta tilwim dwar ix-xogħol u kwistjonijiet soċjali u individwali fit-tieni istanza.

Organigramma

org_justice_sln_mt

KWISTJONIJIET ĊIVILI U KUMERĊJALI

Il-qrati lokali distrettwali jisimgħu kawżi ċivili fl-ewwel istanza. Il-qrati lokali għandhom il-kompetenza li jisimgħu il-kawżi ċivili li ġejjin: kwistjonijiet mhux kontenzjużi, kawżi ta' suċċessjoni, talbiet ta' eżekuzzjoni u assigurazzjoni, u diversi kwistjonijiet ta' litigazzjoni. Kwistjonijiet ta' litigazzjoni li jaqgħu fil-kompetenza tal-qrati lokali jinkludu sentenzi dwar talbiet relatati mad-dritt tal-proprjetà fejn il-valur tal-proprjetà kontestata ma jaqbiżx SIT 2 000 000 (madwar €8 315); tilwim dwar proprjetà, servitú, piżijiet fuq immobbli u tilwim dwar kera u inkwilinat. Tilwim li jaqa' fil-kompetenza tal-qrati lokali jinstema' minn imħallef wieħed. Qrati distrettwali għandhom il-kompetenza li jisimgħu il-kawżi ċivili li ġejjin: arranġamenti sforzati, falliment u likwidazzjoni; tilwim dwar drittijiet ta' proprjetà intellettwali; proċeduri mhux kontenzjużi f'każijiet stabbiliti mil-liġi; rikonoxximent tas-sentenzi ta' qorti barranija u ċerti kwistjonijiet litigużi. Kwistjonijiet litigużi li jaqgħu fil-kompetenza tal-qrati distrettwali jinkludu sentenzi dwar talbiet relatati mad-dritt tal-proprjetà, fejn il-valur tal-proprjetà kontestata jaqbeż SIT 2 000 000 (madwar €8 315); tilwim dwar id-determinazzjoni jew il-kontestazzjoni ta' paternità jew maternità; tilwim matrimonjali, tilwim dwar l-obbligu legali tal-manteniment; tilwim dwar il-kustodja tat-tfal; tilwim dwar kuntatti bejn it-tfal, il-ġenituri tagħhhom u persuni oħra; tilwim dwar id-dritt ta' l-awtur u l-ħarsien jew l-użu ta' invenzjonijiet u marki distintivi jew id-dritt ta' l-użu ta' isem ta' kumpanija, u tilwim dwar il-ħarsien tal-kompetitzjoni u tilwim kummerċjali.

FuqFuq

Ir-rikorsi għal reviżjoni bħala rimedju legali straordinarju jsiru lill-qorti li tkun semgħet il-kawża fl-ewwel istanza.

Il-kawżi ċivili fit-tieni istanza jinstemgħu mill-qrati għolja, li għandhom il-kompetenza li jaqtgħu appelli kontra deċiżjonijiet tal-qrati lokali u distrettwali u li jisimgħu kawżi oħra stabbiliti mil-liġi. Il-qrati għolja joqogħdu f'sezzjoni ta' tliet imħallfin. Appell kontra sentenza fl-ewwel istanza jista' jitħalla jsir fi żmien ħmistax-il jum minn meta tkun ingħatat is-sentenza, jew fi żmien tmint ijiem fil-każ ta' kawżi li jirrigwardaw kambjali jew ċekkijiet. Il-preżentata f'waqtha ta' appell tevita li dik il-parti tas-sentenza li tkun qed tiġi kontestata milli takkwista s-saħħa tal-liġi. Jista' jkun hemm kontestazzjoni ta' sentenza abbażi ta' ksur materjali ta' proċedura ċivili, ta' fatti stabbiliti b'mod żbaljat jew mhux komplet, jew ta' applikazzjoni żbaljata tal-liġi sostantiva.

F'kawżi ċivili, sentenzi fit-tielet istanza jingħataw mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja. Din għandha l-kompetenza li taqta' appelli kontra sentenzi tal-qrati għolja, li tieħu deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' reviżjonijiet u l-ħarsien tal-legalità, u li tittratta kwistjonijiet oħra stabbiliti mil-liġi. Il-Qorti Suprema toqgħod f'sezzjoni ta' tliet imħallfin, jew ta' ħamsa fejn il-liġi tistabbilixxi hekk.

MATERJI TAL-LIĠI DWAR IX-XOGĦOL

Is-Slovenja għandha qrati ta' l-ewwel istanza dwar ix-xogħol u affarijiet soċjali li jagħtu sentenzi jew fis-sede tal-qorti jew fid-dipartimenti esterni tagħha.

Il-Qorti tax-Xogħol għandha kompetenza fuq tilwim ta' xogħol partikolari: dwar il-konklużjoni, l-eżistenza, it-tul u t-terminazzjoni ta' l-impjieg; bejn impjegati u min iħaddimhom jew is-suċċessuri legali tagħhom dwar id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet, u r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mir-relazzjoni ta' l-impjieg; dwar drittijiet u obbligazzjonijiet li joriġinaw b'rabta mar-relazzjonijiet bejn impjegati u l-klijenti li għalihom huma jitqabbdu jaħdmu skond kuntratt bejn l-impjegati u l-klijenti; bejn min iħaddem u applikanti fir-rigward ta' proċeduri ta' reklutaġġ; dwar drittijiet tal-proprjetà industrijali u l-obbligazzjonijiet li joriġinaw bejn min jimpjega u l-impjegat abbażi tar-relazzjoni ta' l-impjieg; dwar xogħol minn tfal taħt il-15-il sena, apprendisti u studenti; bejn min iħaddem u studenti dwar allowances tal-persunal; dwar perjodi ta' prova mingħajr ħlas u tilwim dwar danni, li fuqhom il-Qorti tax-Xogħol għandha kompetenza skond il-liġi, u fejn il-kumpanija ta' assikurazzjoni tkun waħda mill-partijiet imħarrka. Il-qorti tax-xogħol għandha l-kompetenza f'tilwim kollettiv dwar xogħol: bejn il-partijiet ta' ftehim kollettiv jew bejn il-partijiet tal-ftehim u terza persuna dwar il-validità u l-eżekuzzjoni ta' ftehim kollettiv; dwar il-kompetenza għal negozjar kollettiv; dwar il-konformità mal-liġi ta' ftehim kollettivi, il-konformità ma' ftehim kollettivi oħra, il-konformità ta' atti ġenerali ta' min iħaddem mal-liġi u mal-ftehim kollettiv; dwar il-legalità ta' strajks u għamliet oħra ta' azzjoni industrijali, dwar il-parteċipazzjoni ta' impjegati fil-maniġment; dwar is-setgħat ta' trejdjunjins fir-relazzjonijiet ta' impjieg u biex tkun stabbilita r-rappreżentanza tat-trejdjunjins.

Il-Qorti Għolja tax-Xogħol u Affarijiet Soċjali għandha s-sedja tagħha f'Ljubljana fejn din tiġġudika kwistjonijiet fit-tieni istanza u hija magħmula minn sezzjoni ta' tliet imħallfin.

Il-Qorti Suprema tiddeċiedi dwar ir-reviżjoni ta' deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' xogħol u affarijiet soċjali.

Kuntatti utli

  • Il-Ministeru tal-Ġutizzja tar-Repubblika tas-Slovenja: http://www.mp.gov.si/ English - slovenšcina
  • Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja: http://www.sodisce.si/ Deutsch - English - slovenšcina

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 18-12-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit