Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Rumanija

L-aħħar aġġornament: 22-04-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Rumanija

Skont il-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u supplimentata, is-setgħa ġudizzjarja hija eżerċitata mill-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja u mill-qrati l-oħra stabbiliti mil-liġi:

org_justice_rom_mt1

Il-liġi msemmija hawn fuq tipprovdi wkoll għal għadd ta' qrati militari:

org_justice_rom_mt2

Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti dwar il-merti hija stabbilita mill-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili kif ġej:

"Artikolu 1

Il-qrati distrettwali għandhom jisimgħu:

  1. fil-prim'istanza, il-kawżi u l-rikorsi kollha, bl-eċċezzjonijiet ta' dawk li, skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni ta' qrati oħra;
  2. ilmenti kontra d-deċiżjonijiet ta' awtoritajiet pubbliċi b'setgħat ġudizzjarji u ta' korpi oħra b'setgħat bħal dawn, fil-każijiet imsemmijin mil-liġi;
  3. kull kwistjoni oħra li, skont il-liġi, hija fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Artikolu 2

It-tribunali għandhom jisimgħu:

  1. fil-prim'istanza:
    1. kawżi u rikorsi fil-qasam tal-liġi tal-kummerċ relatati ma' kwistjonijiet b'valur ta' aktar minn 100 000 lei Rumen kif ukoll kawżi u rikorsi fil-qasam tal-liġi kummerċjali relatati ma' kwistjonijiet li l-valur tagħhom ma jistax ikun ikkalkulat f'termini ta' flus;
    2. kawżi u rikorsi fil-qasam tal-liġi ċivili relatati ma' kwistjonijiet b'valur ta' aktar minn 500 000 lei Rumen, bl-eċċezzjoni ta' rikorsi għal diviżjoni ġudizzjarja, rikorsi relatati mas-suċċessjoni legali, rikorsi li ma jistgħux jingħataw valur f'termini ta' flus u rikorsi relatati mal-fond tal-artijiet, inklużi rikorsi skont il-liġi ordinarja, petizzjonijiet u, fejn japplika, azzjonijiet possessorji mressqin minn partijiet terzi li d-drittijiet tagħhom ikunu nkisru bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-liġi relatata mal-fond tal-artijiet;
    3. tilwim industrijali, bl-eċċezzjoni ta' dawk li, skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni ta' qrati oħra;
    4. kawżi u rikorsi relatati ma' litigazzjoni amministrattiva, bl-eċċezzjoni ta' dawk li huma fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta' appell;
    5. kawżi u rikorsi f'kwistjonijiet ta' kreazzjoni intellettwali u proprjetà industrijali;
    6. kawżi u rikorsi f'kwistjonijiet ta' esproprjazzjoni;
    7. rikorsi relatati mal-approvazzjoni, nullità jew revoka ta' adozzjonijiet;
    8. rikorsi relatati ma' kumpens għal preġudizzju kkawżat minħabba żball ġudizzjarju fi proċedimenti kriminali;
    9. rikorsi għar-rikonoxximent jew approvazzjoni ta' eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet legali mogħtija minn qrati barranin;
  2. bħala l-qorti tal-appell, appelli ppreżentati kontra deċiżjonijiet mogħtijin minn qrati distrettwali fil-prim'istanza;
  3. bħala l-qorti ogħla tal-appell, appelli kontra deċiżjonijiet ta' mħallfin li, skont il-liġi, mhumiex suġġetti għal appell;
  4. f'kull kwistjoni oħra li, skont il-liġi, hija fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Artikolu 3

FuqFuq

Il-qrati tal-appell għandhom jisimgħu:

  1. fil-prim'istanza, kawżi u rikorsi f'kwistjonijiet ta' tilwim amministrattiv relatati ma' atti tal-awtoritajiet u istituzzjonijiet ċentrali;
  2. bħala l-qorti tal-appell, appelli ppreżentati kontra deċiżjonijiet mogħtijin minn tribunali tal-prim'istanza;
  3. bħala l-qorti suprema tal-appell, appelli kontra deċiżjonijiet mogħtijin minn tribunali wara appell jew kontra deċiżjonijiet mogħtijin minn tribunali fil-prim'istanza li, skont il-liġi, mhumiex suġġetti għal appell, u kwistjonijiet oħra espressament stabbiliti mil-liġi;
  4. f'kull kwistjoni oħra li, skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Artikolu 4

Il-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja għandha tisma':

  1. appelli kontra deċiżjonijiet tal-qrati tal-appell u deċiżjonijiet oħra msemmijin mil-liġi;
  2. appelli fl-interessi tal-liġi;
  3. kull kwistjoni oħra li, skont il-liġi, hija fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

Artikolu 4a

Il-ġuriżdizzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ta' arbitraġġ regolat mit-Taqima IV hija tal-qorti li kienet tkun kompetenti li tirriżolvi t-tilwima prinċipali, fin-nuqqas ta' ftehim ta' arbitraġġ."

L-organizzazzjoni u l-ġuriżdizzjoni ratione materiae tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja huma stabbiliti fl-Artikoli 21sa 25 tal-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u supplimentata:

"Artikolu 21

Is-sezzjoni tal-liġi ċivili u l-proprjetà intellettwali, is-sezzjoni kriminali, is-sezzjoni kummerċjali u s-sezzjoni amministrattiva u tal-litigazzjoni fiskali tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja għandha tisma' appelli kontra deċiżjonijiet mogħtijin mill-qrati tal-appell u deċiżjonijiet oħra fil-kawżi msemmijin mil-liġi.

Artikolu 22

Is-sezzjoni kriminali tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja għandha tisma':

  1. fil-prim'istanza, kawżi u rikorsi li,  skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja bħala qorti tal-prim'istanza;
  2. appelli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-liġi.

Artikolu 23

  1. Is-sezzjonijiet tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja għandhom, skont il-ġuriżdizzjoni rispettiva tagħhom, jaqtgħu dan li ġej:
    1. rikorsi għal trasferiment ta' kawża għal raġunijiet stabbiliti fil-kodiċijiet ta' proċedura;
    2. konflitti ta' ġuriżdizzjoni fil-kawżi stabbiliti mil-liġi;
    3. kull applikazzjoni oħra msemmija mil-liġi.
  2. Is-sezzjonijiet tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja għandhom jaqtgħu wkoll appelli kontra deċiżjonijiet mhux definittivi jew atti ġudizzjarji ta' kull xorta li ma jistgħux ikunu kkontestati b'xi mezz ieħor, f'kawżi fejn il-proċeduri jkunu ġew interrotti fl-istadju tal-qorti tal-appell.

Artikolu 24

FuqFuq

  1. Kulleġġ ta' disa' mħallfin għandu jaqta' appelli u rikorsi f'kawżi mismugħin fil-prim'istanza mis-sezzjoni kriminali tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja.
  2. Kulleġġ ta' disa' mħallfin għandu jisma' wkoll kawżi oħra li, skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni tiegħu u għandu jisma' wkoll proċedimenti dixxiplinarji.

Artikolu 25

Is-sezzjonijiet tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja għandhom jiltaqgħu f'sessjoni konġunta għal dan li ġej:

  1. biex jisimgħu appelli fl-interessi tal-liġi;
  2. biex jaqtgħu, skont it-termini ta' din il-liġi, referenzi dwar tibdil għal każistika tal-Qorti Suprema ta' Kassazzjoni u Ġustizzja;
  3. biex jirreferu abbozzi ta' liġijiet lill-Qorti Kostituzzjonali biex taċċerta jekk ikunux kostituzzjonali qabel il-promulgazzjoni."

L-organizzazzjoni tal-qrati tal-appell, tat-tribunali, tat-tribunali speċjalizzati u tal-qrati distrettwali hija stabbilita mil-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u supplimentata:

"Artikolu 35

  1. Il-qrati tal-appell huma qrati b'personalità ġuridika li fil-ġuriżdizzjoni tagħhom joperaw bosta tribunali u tribunali speċjalizzati.
  2. Fil-qafas tal-qrati tal-appell joperaw sezzjonijiet jew, fejn japplika, kulleġġi speċjalizzati ta' mħallfin biex jisimgħu kawżi ċivili, kawżi kriminali, kawżi kummerċjali, kawżi li jinvolvu minorenni jew familji, kawżi ta' amministrazzjoni u litigazzjoni fiskali, tilwim industrijali jew dwar sigurtà soċjali u, skont in-natura u l-għadd ta' kawżi, sezzjonijiet għal kwistjonijiet marittimi u ta' passaġġi fuq l-ilma interni u kwistjonijiet oħra."

"Artikolu 36

  1. It-tribunali huma qrati b'personalità ġuridika li jiffunzjonaw fuq livell ta' kontea u għall-muniċipalità ta' Bukarest u li, bħala regola, jinsabu fil-kapital ta' kull kontea.
  2. Il-ġuriżdizzjoni ta' kull tribunal tinkludi il-qrati kollha distrettwali fil-kontea jew, fejn japplika, tal-muniċipalità ta' Bukarest.
  3. Fil-qafas tat-tribunali joperaw sezzjonijiet jew, fejn japplika, kulleġġi speċjalizzati biex jisimgħu kawżi ċivili, kawżi kriminali, kawżi kummerċjali, kawżi li jinvolvu minorenni jew familji, kawżi ta' amministrazzjoni u litigazzjoni fiskali, tilwim industrijali jew dwar sigurtà soċjali u, skont in-natura u l-għadd ta' kawżi, sezzjonijiet għal kwistjonijiet marittimi u għal passaġġi fuq l-ilma interni u kwistjonijiet oħra."

"Artikolu 39

  1. Fi ħdan il-qrati distrettwali, jistgħu jitwaqqfu sezzjonijiet jew kulleġġi speċjalizzati skont in-natura u l-għadd ta' kawżi.
  2. Fi ħdan il-qrati distrettwali, għandhom ikunu organizzati sezzjonijiet jew kulleġġi speċjalizzati għal kawżi li jinvolvu minorenni u familji."

"Artikolu 40

  1. Il-kulleġġi u s-sezzjonijiet speċjalizzati għal kawżi li jinvolvu minorenni jew familji u t-tribunali speċjalizzati għal minorenni u familji għandhom jisimgħu kawżi relatati ma' reati mwettqin minn minorenni u ma' reati mwettqin kontra minorenni."

Links Utli:

  • http://www.just.ro română
  • http://www.csm1909.ro English - română
  • http://www.scj.ro English - română

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Rumanija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 22-04-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit