Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Polonja

L-aħħar aġġornament: 23-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Polonja

Is-sistema ġudizzjarja tal-Polonja tikkonsisti minn:

  • Qorti Suprema,

  • Qrati komuni,

  • Qrati amministrattivi,

  • Qrati militari.

Organisation charts PDF File (PDF File 108 KB)

IL-QORTI SUPREMA

Il-Qorti Suprema hija l-qorti ta’ kassazzjoni. Hija tinsab f’Varsavja. Din il-qorti tieħu konjizzjoni ta’ kassazzjoni, jiġifieri appelli minn sentenzi jew deċiżjonijiet ta’ qrati tat-tieni istanza.

Il-Qorti Suprema ma tidħolx fil-mertu tal-każ iżda teżamina biss jekk id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-qrati ċivili u militari humiex konformi mal-liġi. Appell fil-kassazzjoni ma jistax jiġi ppreżentat fil-każijiet kollha. Kassazzjoni trid tiġi ppreżentata minn avukat jew konsulent legali.

IL-QRATI KOMUNI

Dawn huma l-qrati ta’ l-appell, il-qrati reġjonali u l-qrati distrettwali.

Huma jieħdu konjizzjoni ta’ kawżi ċivili, tal-familja, tal-minuri, tax-xogħol, tas-sigurtà soċjali, tal-kummerċ, tal-falliment u kriminali inklużi kondotta ħażina, u korrettivi; iżommu wkoll ir-reġistri ta’ l-art u l-atti relattivi għall-art.

Il-qrati komuni jikkonsistu f’żewġ istanzi.

Il-qrati ta’ l-ewwel istanza:
  • Il-qorti distrettwali (inkluża l-qorti Muniċipali)
  • Il-qorti reġjonali
Il-qrati tat-tieni istanza:
  • Il-qorti reġjonali
  • Il-qorti ta’ l-appell

Il-qrati reġjonali huma l-qrati ta’ l-ewwel istanza f’ċerti kategoriji ta’ kawżi biss. Huma wkoll il-qrati ta’ l-appell (il-qrati tat-tieni istanza) minn deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali.

Il-qrati tat-tieni istanza (ta’ l-appell) jieħdu konjizzjoni tal-kawżi appellati u jistgħu:
  • Jikkonfermaw id-deċiżjoni appellata – li jfisser illi d-deċiżjoni appellata tibqa’ torbot;
  • Jemendaw id-deċiżjoni appellata – li jfisser illi tittieħed deċiżjoni ġdida fuq il-każ;
  • Jirrevokaw id-deċiżjoni u jibgħatu l-atti lura biex jerġghu jiġu eżaminati mill-qorti ta’ l-ewwel istanza – li jfisser li l-każ jiġi eżaminat mill-ġdid.

Bosta drabi, il-qorti kompetenti għal kawżi ċivili hija l-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn joqgħod il-konvenut, u f’kawżi kriminali u dwar kondotta ħażina l-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post fejn seħħ l-att illegali (id-delitt jew il-kondotta ħażina).

FuqFuq

Biex jinbdew il-proċeduri trid tiġi ppreżentata fil-qorti (fl-uffiċċju ta’ l-atti), jew tintbagħat bil-posta reġistrata, dikjarazzjoni bil-miktub bl-annessi (kopji ta’ dokumenti, evidenza ta’ sostenn).

Skond in-natura tal-każ, tieħu konjizzjoni tiegħu l-qorti distrettwali jew reġjonali ta’ l-ewwel istanza.

IL-QORTI DISTRETTWALI

Hemm 315 qorti distrettwali fil-Polonja (fl-1 ta’ Marzu 2006). Huma jinsabu fl-ibliet fost l-aktar kbar. Fl-ibliet prinċipali jista’ jkun hemm stabbilita qorti reġjonali għal distrett wieħed jew aktar tal-belt – eż. Fi Kraków, Lódz, Varsavja u Wroclaw.

Il-qrati distrettwali huma l-unitajiet ġudizzjarji l-aktar qrib iċ-ċittadini. Jieħdu konjizzjoni tal-kawżi kollha, ħlief dawk irriżervati għall-qorti reġjonali.

F’bosta qrati distrettwali hemm ukoll sezzjonijiet muniċipali (magħrufa wkoll bħala qrati muniċipali). Hemm 380 sezzjoni muniċipali madwar il-pajjiż (fl-1 ta’ Marzu 2006). Huma jieħdu konjizzjoni ta’ kawżi ċivili u kriminali minuri, inklużi dawk dwar kondotta ħażina.

IL-QORTI REĠJONALI

Hemm 45 qorti reġjonali fil-Polonja. Huma jinsabu fl-ibliet prinċipali kollha.

Il-qrati reġjonali jieħdu konjizzjoni ta’ appelli (minn deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali, u b’hekk għandhom il-funzjoni ta’ qrati tat-tieni istanza (ta’ l-appell).

Jieħdu konjizzjoni wkoll ta’ ċerti każijiet serji (eż. ammonti għoljin, delitti serji, eċċ) u f’każijiet bħal dawk għandhom il-funzjoni ta’ qrati ta’ l-ewwel istanza.

IL-QORTI TA’ L-APPELL

Hemm 11-il qorti ta’ l-appell fil-Polonja. Huma jinsabu fl-ibliet prinċipali: Bialystok, Gdansk, Katowice, Kraków, Lublin, Lódz, Poznan, Rzeszów, Varsavja, Wroclaw u Szczecin.

Qorti ta’ l-appell tiffunzjona bħala l-qorti tat-tieni istanza – jiġifieri tisma’ appelli minn deċiżjonijiet tal-qorti reġjonali.

IL-QRATI AMMINISTRATTIVI

Dawn jissorveljaw l-amministrazzoni pubblika biex jiżguraw li taġixxi b’mod konformi mal-liġi.

Il-qrati amministrattivi huma qrati ta’ żewġ istanzi. Fl-ewwel istanza hemm 14-il Qorti Amministrattiva Distrettwali (WSA) u fit-tieni istanza hemm il-Qorti Amministrattiva Suprema (NSA) li tinsab f’Varsavja.

Il-qrati amministrattivi jistgħu biss jirrevokaw, jannullaw jew jikkonfermaw l-att amministrattiv appellat. Ma jistgħux jagħtu xi deċiżjoni amministrattiva ġdida li taffetwa d-drittijiet u l-obbligi tagħna.

Il-qorti amministrattiva li jkollha ġuriżdizzjoni jiddependi fuq il-post tal-korp amministrattiv li kontrih tiġi ppreżentata l-kwerela.

Id-WSA tieħu konjizzjoni ta’ kwereli li l-aktar jikkonċernaw:

  • Id-deċiżjonijiet amministrattivi (eż. permessi tal-bini jew inġunzjoni tat-taxxa);
  • L-atti leġiżlattivi ta’ unitajiet muniċipali u ta’ korpi lokali ta’ l-amministrazzjoni pubblika (eż. rati tat-taxxa lokali, regolamenti ta’ l-ipparkjar);
  • In-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-korpi amministrattivi.

Hemm dritt ta’ kassazzjoni mid-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi distrettwali għal quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema.

Kull qorti amministrattiva għandha dipartiment ta’ l-informazzjoni, fejn wieħed jista’ jivverifika l-ġuriżdizzjoni tal-qorti u l-progress tal-kawżi li qed jiġu eżaminati mill-qorti kif ukoll jara l-proċessi tal-kawżi.

IL-QRATI MILITARI

Il-qrati militari jinkludu qrati provinċjali u qrati ta’ l-armata. Huma jieħdu konjizzjoni ta’ kawżi li jinvolvu delitti kommessi mis-suldati u mill-impjegati militari.

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 23-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit