Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Litwanja

L-aħħar aġġornament: 13-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Litwanja

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Awtonomija tal-qrati: 1.
2. Qrati ta’ ġuriżdizzjoni oriġinali: 2.
2.1. Qorti tad-distrett 2.1.
2.2. Qorti reġjonali 2.2.
2.3. Il-Qorti ta’ l-Appelli 2.3.
2.4. Il-Qorti Suprema tal-Litwanja 2.4.
3. Speċjali – qrati amministrattivi: 3.
3.1. Qrati amministrattivi reġjonali 3.1.
3.2. Il-Qorti Amministrattiva Suprema 3.2.

 

L-Organizzazzjoni Tal-Ġustizzja PDF File (PDF File 36 KB)

Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja tipprovdi li l-qrati għandu jkollhom id-dritt esklussiv li jamministraw il-ġustizzja. Waqt li jamministraw il-ġustizzja, l-imħallfin u l-qrati għandhom ikunu indipendenti. Waqt li jinvestigaw il-każijiet, l-imħallfin għandhom jobdu biss il-liġi. Ma jistgħux japplikaw liġijiet li jikkontradixxu l-Kostituzzjoni.

Fl-1 ta’ Mejju 2002, mad-dħul fis-seħħ tal-verżjoni l-ġdida tal-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-Qrati u l-Liġi dwar l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati bdiet l-attivitajiet tagħha.

L-attività ewlenija ta’ din l-istituzzjoni hija biex tassisti l-istituzzjonijiet ta’ awtonomija ġudizzjarja fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

1. Awtonomija tal-qrati:

Il-Laqgħa Ġenerali ta’ l-Imħallfin hija l-ogħla korp ta’ awtonomija ġudizzjarja li tinvolvi l-imħallfin tal-Litwanja.

Il-Kunsill tal-Qrati huwa korp eżekuttiv ta’ awtonomija ġudizzjarja magħmul minn 24 membru.

Il-Qorti Ġudizzjarja ta’ l-Unur hija istituzzjoni ta’ awtonomija ġudizzjarja li tisma’ każijiet dixxiplinarji ta’ l-imħallfin u l-petizzjonijiet ta’ l-imħallfin kontra l-malafama.

2. Qrati ta’ ġuriżdizzjoni oriġinali:

2.1. Qorti tad-distrett

hija l-ewwel istanza għall-kawżi kriminali, ċivili u każijiet ta’ reati amministrattivi (assenjati lill-ġuriżdizzjoni tagħha bil-liġi), każijiet assenjati lill-ġuriżdizzjoni ta' l-imħallfin ta' l-ipoteki, kif ukoll każijiet dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u tas-sentenzi. L-imħallfin ta’ qorti tad-distrett jagħmlu wkoll il-funzjonijiet ta’ mħallef ta’ qabel is-smigħ, imħallef ta’ l-eżekuzzjoni, kif ukoll funzjonijiet assenjati lill-qorti tad-distrett bil-liġi.

2.2. Qorti reġjonali

hija l-ewwel istanza tal-kawżi kriminali u ċivili assenjati lill-ġuriżdizzjoni tagħha bil-liġi, u istanza ta' l-appell għas-sentenzi, id-deċiżjonijiet, il-provvedimenti u l-ordnijiet tal-qrati tad-distrett.

Il-President tal-qorti reġjonali jorganizza u jikkontrolla l-attivitajiet amministrattivi tal-qrati tad-distrett u l-imħallfin tagħhom ġewwa t-territorju ta’ l-attivitajiet tiegħu skond il-proċedura preskritta bil-liġi.

FuqFuq

2.3. Il-Qorti ta’ l-Appelli

hija l-istanza ta’ l-appell għall-każijiet li jinstemgħu mill-qrati reġjonali bħala qrati ta’ l-ewwel istanza. Tisma’ wkoll talbiet għar-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet ta’ qrati barranin u internazzjonali u deċiżjonijiet ta’ l-arbitraġġ barranin jew internazzjonali u l-eżekuzzjoni tagħhom fir-Repubblika tal-Litwanja, kif ukoll tagħmel funzjonijiet oħra assenjati lill-ġuriżdizzjoni ta’ din il-qorti tal-ġustizzja bil-liġi.

Il-President tal-Qorti ta’ l-Appelli jorganizza u jikkontrolla l-attivitajiet amministrattivi tal-qrati reġjonali u lill-imħallfin tagħhom skond il-proċedura preskritta mil-liġi.

2.4. Il-Qorti Suprema tal-Litwanja

hija l-unika istanza ta’ kassazzjoni għar-reviżjoni ta’ sentenzi, deċiżjonijiet, provvedimenti u ordnijiet effettivi tal-qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali. Hija tiżviluppa prattika uniformi tal-qorti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet u ta’ atti legali l-oħra.

3. Speċjali – qrati amministrattivi:

3.1. Qrati amministrattivi reġjonali

huma qrati ta’ ġuriżdizzjoni speċjali stabbiliti biex jisimgħu lmenti (petizzjonijiet) fir-rigward ta’ atti amministrattivi u atti tat-twettiq jew nuqqas ta’ twettiq (nuqqas ta’ qadi ta’ dmirijiet) minn entitajiet ta’ amministrazzjoni pubblika u interna. Il-qrati amministrattivi reġjonali jisimgħu tilwim fil-qasam ta’ l-amministrazzjoni pubblika, jieħdu ħsieb affarijiet dwar il-legalità ta’ atti amministrattivi regolatorji, tilwim fuq it-taxxa, eċċ. Qabel ma jsir rikors lill-qorti amministrattiva, atti jew azzjonijiet legali individwali meħudin minn entitajiet ta' l-amministrazzjoni pubblika maħsubin mil-liġi jistgħu jkunu kkontestati fi proċedura ta’ qabel is-smigħ. F’dan il-każ it-tilwim ikun investigat mill-kummissjonijiet muniċipali tat-tilwim amministrattiv pubbliku , il-kummissjonijiet reġjonali tat-tilwim amministrattiv u l-Kummissjoni Ewlenija tat-Tilwim Amministrattiv.

3.2. Il-Qorti Amministrattiva Suprema 

hija ta’ l-ewwel u l-aħħar istanza għall-każijiet amministrattivi assenjati lill-ġuriżdizzjoni tagħha bil-liġi. Fl-istanza ta’ l-appell tagħha għall-każijiet minn deċiżjonijiet, provvedimenti u ordnijiet ta’ qrati amministrattivi reġjonali, kif ukoll każijiet li jinvolvu reati amministrattivi minn deċiżjonijiet tal-qrati tad-distrett. Il-Qorti Suprema Amministrattiva hija wkoll istanza għas-smigħ, f’każijiet speċifikati mil-liġi, ta’ petizzjonijiet fuq il-ftuħ mill-ġdid ta’ każijiet amministrattivi magħluqin, inkluż każijiet ta’ reati amministrattivi.

Il-Qorti Suprema Amministrattiva tiżviluppa prattika uniformi tal-qrati amministrattivi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet u ta’ atti legali l-oħra.

Aktar tagħrif

  • Il-Qorti Suprema tal-Litwanja lietuviu kalba
  • Il-Qorti ta’ l-Appell tal-Litwanja English - lietuviu kalba
  • Il-Qorti Suprema Amministrattiva tal-Litwanja English - lietuviu kalba
  • L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali English - lietuviu kalba

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Litwanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 13-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit