Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Latvja

L-aħħar aġġornament: 20-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Latvja

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Tagħrif Ġenerali 1.
2. Is-sistema ġudizzjarja 2.
2.a) Il-qrati tad-distrett (muniċipali) 2.a)
2.b) Il-Qrati Reġjonali 2.b)
2.c) Il-Qorti Suprema 2.c)
2.d) Il-Qrati Amministrattivi 2.d)
2.e) Id-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet 2.e)
3. Il-konferenza tar-regolament proprju 3.
4. L-amministrazzjoni tal-qorti 4.
5. Il-Qorti Kostituzzjonali 5.

 

1. Tagħrif Ġenerali

Il-Latvja tuża sistema ġudizzjarja fuq tliet livelli. Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Latvja tistabbilixxi li s-sentenzi jingħataw fil-qrati tad-distrett (muniċipali), fil-qrati reġjonali u fil-Qorti Suprema tal-Latvja; fi stat ta' emerġenza jintużaw ukoll il-qrati militari.

Il-qrati tad-distrett (muniċipali) huma l-qrati ta' l-ewwel istanza għall-każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi.

Il-qrati reġjonali jistgħu jkunu kemm qrati ta' l-ewwel istanza kif ukoll qrati ta' l-appell. Qorti reġjonali hija qorti ta' l-ewwel istanza fejn il-leġiżlazzjoni proċedurali tistabbilixxi li każ speċifiku għandu jinstema' f'qorti reġjonali fl-ewwel istanza. Normalment dan jgħodd għall-każijiet li huma aktar kumplessi jew li għandhom ambitu akbar.

Il-qrati reġjonali joperaw bħala qrati ta' l-appell għall-każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi li nstemgħu quddiem qorti tad-distrett (muniċipali) jew minn imħallef wieħed.

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Latvja tikkonsisti f' (1) is-Senat, u (2) żewġt ikmamar: il-Kamra tal-Każijiet Ċivili u l-Kamra tal-Każijiet Kriminali. Il-Kmamar iservu bħala qrati ta' l-appell għall-każijiet li nstemgħu fl-ewwel istanza fil-qrati reġjonali.

Is-Senat tal-Qorti Suprema jaġixxi bħala l-qorti tal-kassazzjoni fil-każijiet kollha mismugħa fil-qrati tad-distrett (muniċipali) u fil-qrati reġjonali. Is-Senat huwa l-qorti ta' l-ewwel istanza fil-każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' deċiżjonijiet adottati mill-Uffiċju tal-Verifika ta' l-Istat taħt l-Artikolu 55 ta' l-Att dwar l-Uffiċju tal-Verifika ta' l-Istat. Is-Senat huwa magħmul minn erba' dipartimenti: id-Dipartiment tal-Każijiet Ċivili, id-Dipartiment tal-Każijiet Kriminali, id-Dipartiment tal-Każijiet Amministrattivi u d-Dipartiment tal-Każijiet Dixxiplinarji.

FuqFuq

Il-Qorti Kostituzzjonali hija awtorità ġudizzjarja indipendenti.

L-imħallfin huma indipendenti u huma soġġetti biss għal-liġi.

Is-Senat tal-Qorti Suprema latviešu valoda PDF File (PDF File 89 KB)

Bħalissa l-ġudikatura fil-Latvja hija rregolata taħt l-Att dwar il-Ġudikatura tal-Qrati. Iżda għandu jiġi osservat li l-Parlament (Saeima) bħalissa qed jirrevedi abbozz ta' Att dwar il-Ġudikatura li għandu jirregola l-ġudikatura fil-Latvja ladarba jidħol fis-seħħ.

Il-prinċipji u l-proċeduri għas-smigħ tal-każijiet fil-qorti huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni latviešu valoda, l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili latviešu valoda, l-Att dwar il-Proċeduri Kriminali u l-Att dwar il-Proċeduri Amministrattivi latviešu valoda.

FuqFuq

L-Att dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati wkoll jirregola l-attivitajiet tad-dipartimenti tar-reġistri tal-qrati reġjonali li huma responsabbli għar-reġistrazzjoni fir-reġistri ta' l-artijiet ta' proprjetà immobbli u d-drittijiet assoċjati ma' tali proprjetà.

L-attivitajiet tal-Qorti Kostituzzjonali huma rregolati mill-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali latviešu valoda.

L-attivitajiet tal-qrati militarji huma rregolati mill-Att dwar il-Qorti Militari latviešu valoda.

Is-simboli tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati hija rrappreżentata mill-ġurament ta' l-imħallef, il-ġurament ta' l-assessur, it-toga u l-beġġ tal-kariga. L-imħallfin iwettqu dmirijiethom filwaqt li jilbsu t-togi u l-beġġ tal-kariga.L-imħallfin jingħataw il-beġġ tal-kariga meta jieħdu l-kariga tagħhom, fil-ħin meta joffru wkoll il-ġurament tagħhom lill-President.

L-imħallfin li jaħdmu fid-dipartiment tar-reġistru ta' l-artijiet ma jilbsux togi iżda jingħadaw il-beġġ tal-kariga għall-imħallfin tad-dipartiment tar-reġistru ta' l-artijiet meta jieħdu l-kariga.

Il-qrati u d-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet għandhom simboli magħmula minn arma ta' l-Istat kbira u isem il-qorti jew dipartiment tar-reġistru ta' l-artijiet.

FuqFuq

2. Is-sistema ġudizzjarja

2.a) Il-qrati tad-distrett (muniċipali)

L-Att dwar il-Proċeduri Ċivili latviešu valoda, l-Att dwar il-Proċeduri Kriminali latviešu valoda u l-Att dwar il-Proċeduri Amministrattivi latviešu valoda jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni tal qrati tad-distrett (muniċipali) fi kwistjonijiet ċivili, kriminali u amministrattivi.

Il-qorti tad-distrett (muniċipali) hija qorti ta' l-ewwel istanza għall-każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi ħlief fejn speċifikat mod ieħor (ara t-taqsima dwar il-qrati reġjonali).

Fil-qrati tad-distrett (muniċipali), il-każijiet ċivili u amministrattivi jinstemgħu mill-imħallfin waħedhom. Fejn il-president ta' qorti amministrattiva jqis każ amministrattiv ikun partikolarment kumpless, jista' jinstema' minn kulleġġ ta' tliet imħallfin. Fil-qrati tad-distrett (muniċipali), il-każijiet kriminali jinstemgħu fuq bażi kolleġjali minn imħallef wieħed u żewġ assessuri tal-qorti. F'xi każijiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni l-proċeduri jinstemgħu minn imħallef wieħed.

FuqFuq

Jeżistu dawn il-qrati tad-distrett (muniċipali) fil-Latvja:

Fiż-żona koperta mill-Qorti Reġjonali ta' Kurzeme:
  1. Il-Qorti tad-Distrett ta' Kuldīga,
  2. Il-Qorti Liepāja,
  3. Il-Qorti tad-Distrett ta' Saldus,
  4. Il-Qorti tad-Distrett ta' Talsi,
  5. Il-Qorti ta' Ventspils.
Fiż-żona koperta mill-Qorti Reġjonali ta' Latgale:
  1. Il-Qorti tad-Distrett ta' Balvi,
  2. Il-Qorti ta' Daugavpils,
  3. Il-Qorti tad-Distrett ta' Krāslava,
  4. Il-Qorti tad-Distrett ta' Ludza,
  5. Il-Qorti tad-Distrett ta' Preiļi,
  6. Il-Qorti ta' Rēzekne.
Fiż-żona koperta mill-Qorti Reġjonali ta' Riga:
  1. Il-Qorti tal-Belt ta' Jūrmala,
  2. Il-Qorti tad-Distrett ta' Ogre,
  3. Il-Qorti tad-Distrett Ċentrali tal-Belt ta' Riga,
  4. Il-Qorti tad-Distrett ta' Riga City Kurzeme District Court,
  5. Il-Qorti tad-Distrett tas-sobborg ta' Latgale tal-Belt ta' Riga,
  6. Il-Qorti tad-Distrett tas-sobborg ta' Vidzeme tal-Belt ta' Riga,
  7. Il-Qorti tad-Distrett tas-sobborg ta' Zemgale tal-Belt ta' Riga,
  8. Il-Qorti tad-Distrett ta' Nofsinhar tal-Belt ta' Riga,
  9. Il-Qorti tad-Distrett ta' Riga,
  10. Il-Qorti ta' Sigulda.
Fiż-żona koperta mill-Qorti Reġjonali ta' Vidzeme:
  1. Il-Qorti tad-Distrett ta' Alūksne,
  2. Il-Qorti tad-Distrett ta' Cēsis,
  3. Il-Qorti tad-Distrett ta' Gulbene,
  4. Il-Qorti tad-Distrett ta' Limbaži,
  5. Il-Qorti tad-Distrett ta' Madona,
  6. Il-Qorti tad-Distrett ta' Valka,
  7. Il-Qorti tad-Distrett ta' Valmiera.
Fiż-żona koperta mill-Qorti Reġjonali ta' Zemgale:
  1. Il-Qorti tad-Distrett ta' Aizkraukle,
  2. Il-Qorti tad-Distrett ta' Bauska,
  3. Il-Qorti tad-Distrett ta' Dobele,
  4. Il-Qorti ta' Jelgava,
  5. Il-Qorti tad-Distrett ta' Jēkabpils,
  6. Il-Qorti tad-Distrett ta' Tukums.
Fiż-żona koperta mill-Qorti Reġjonali Amministrattiva:

Il-Qorti Amministrattiva tad-Distrett (ara t-taqsima Il-Qrati Amministrattivi).

FuqFuq

2.b) Il-Qrati Reġjonali

Hemm sitt qrati reġjonali fil-Latvja: il-Qorti Reġonali ta’ Riga, il-Qorti Reġonali ta’ Kurzeme, il-Qorti Reġonali ta’ Latgale, il-Qorti Reġonali ta’ Vidzeme, Il-Qorti Reġonali ta’ Zemgale u l-Qorti Reġonali Amministrattiva.

Il-qrati reġjonali huma l-qrati ta’ l-ewwel istanza għall-każijiet ċivili u kriminali li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati reġjonali skond il-leġiżlazzjoni. Il-qrati reġjonali jservu bħala qrati ta’ appell għall-każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi li jkunu diġà nstemgħu fil-qrati tad-distrett (muniċipali) jew minn imħallef wieħed. Il-każijiet ċivili u kriminali jinstemgħu fil-qrati reġjonali fl-ewwel istanza fuq bażi kolleġjali minn imħallef tal-qorti reġjonali u u żewġ assessuri. Il-każijiet ċivili jinstemgħu fil-qrati reġjonali minn kulleġġ ta’ tliet imħallfin.

Il-kulleġġ ta’ tliet imħallfin f’qorti reġjonali huwa presjedut minn president li fl-istess ħin jista’ jaħdem bħala deputat president tal-qorti reġjonali. Il-kulleġġ huwa magħmul minn imħallfin; fejn l-għadd ta’ mħallfin f’kulleġġ huwa aktar minn ħmistax, jistgħu jiġu mwaqqfa żewġ kulleġġi tal-qorti nnominati separatament.

2.c) Il-Qorti Suprema

Il-Qorti Suprema tal-Latvja hija komposta minn:

  1. Is-Senat;
  2. Żewġt ikmamar: il-Kamra tal-Każijiet Ċivili u l-Kamra tal-Każijiet Kriminali.

Kull kamra tikkonsisti minn president u l-imħallfin tal-Qorti Suprema li jappartjenu għal din il-kamra. Kamra taġixxi bħala qorti ta' l-appell f'każijiet li fl-ewwel istanza nstemgħu min qorti reġjonali.

FuqFuq

Il-proċeduri fil-kmamar jinstemgħu fuq bażi kolleġjali minn tliet imħallfin.

L-imħallfin kollha tal-Qorti Suprema jiffurmaw plenarja (laqgħa ġenerali ta' l-imħallfin).

Is-Senat tal-Qorti Suprema jaġixxi bħala l-qorti tal-kassazzjoni fil-każijiet kollha mismugħa fil-qrati tad-distrett (muniċipali) u fil-qrati reġjonali.

Is-Senat huwa l-qorti ta' l-ewwel istanza fil-każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' deċiżjonijiet adottati mill-Uffiċċju tal-Verifiki ta' l-Istat taħt l-Artikolu 55 ta' l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Verifiki ta' l-Istat latviešu valoda.

Is-Senat huwa kompost mill-president tal-Qorti Suprema u s-senaturi (l-imħallfin tas-Senat).

Is-Senat huwa kompost minn erba' dipartimenti: id-Dipartiment tal-Każijiet Ċivili, id-Dipartiment tal-Każijiet Amministrattivi u d-Dipartiment tal-Każijiet Dixxilpinarji. Fis-Senat tal-Qorti Suprema l-każijiet jinstemgħu fuq bażi kolleġjali minn tliet senaturi. Fejn speċifikat taħt il-leġiżlazzjoni l-każijiet jinstemgħu minn għadd akbar ta' senaturi.

Il-Laqgħa Plenarja u l-kompetenza tagħha

Il-laqgħa Plenarja hija l-laqgħa ġenerali ta' l-imħallfin tal-kmamar tal-Qorti Suprema u tas-Senat. Il-laqgħa Plenarja tintuża biex jiġu dibattuti każijiet dwar l-interpretazzjoni kurrenti tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi.

Il-laqgħa Plenarja tistabbilixxi d-dipartimenti tal-Kmamar u s-Senat u toħroġ dikjarazzjonijiet li jagħtu r-raġunijiet għas-sospensjoni tal-president tal-Qorti Suprema jew it-tkeċċija tal-Prosekutur Ġenerali.

FuqFuq

2.d) Il-Qrati Amministrattivi

L-Att dwar il-Proċeduri Amministrattivi jistabbilixxi li l-qrati amministrattivi għandhom responsabbiltà speċjali taħt poteri ta’ diskrezzjoni biex jissorveljaw il-ġustizzja ta’ l-atti amministrattivi maħruġa minn awtorità jew l-azzjonijiet ta’ awtorità u l-aspetti ta’ l-espedjenza tagħhom, li taċċerta l-obbligi legali pubbliċi u d-drittijiet ta’ l-individwi privati, u li jisimgħu t-tilwimiet li jirriżultaw minn konvenzjonijiet legali pubbliċi.

Il-kompetenza tal-Qorti Reġjonali Amministrattiva u l-Qorti Amministrattiva tad-Distrett tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Latvja.

F’xi każijiet imsemmija taħt l-Att dwar il-Proċeduri Amministrattivi l-qorti tisma’ wkoll talbiet ta’ natura legali mhux amministrattiva.

Qorti amministrattiva tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi ta’ każ billi tagħmel proċeduri bil-fomm jew bil-miktub.

Il-każijiet amministrattivi bħala prinċipju jinstemgħu fl-ewwel istanza minn qorti reġjonali, iżda fejn parteċipant fil-każ amministrattiv jirreġistra lment dwar is-sentenza ta’ qorti reġjonali, il-Qorti Reġjonali Amministrattiva tisma’ l-każ fit-tieni istanza taħt proċeduri ta’ appell.

Parteċipant f’każ amministrattiv jista’ jappella minn sentenza tat-tieni istanza taħt proċeduri ta’ kassazzjoni fid-Dipartiment tal-Każijiet Amministrattivi tas-Senat tal-Qorti Suprema.

2.e) Id-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet

Id-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet jaħdmu taħt il-qrati reġjonali għall-iskopijiet li jimmaniġġjaw ir-reġistri ta’ l-artijiet. Id-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet huma awtoritajiet tal-qorti.

FuqFuq

L-imħallfin tad-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet huma responsabbli biex jirreġistraw proprjetà immobbli fir-reġistri ta’ l-artijiet u d-drittijiet assoċjati ma’ din il-proprjetà. L-istat legali ta’ l-imħallfin tad-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet jikkorrispondi għal dak ta’ l-imħallfin tad-distrett (muniċipali). Id-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet huma parti mis-sistema ġudizzjarja u huma stabbiliti għall-għanijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà u d-drittijiet assoċjati ma’ din il-proprjetà fir-reġistri ta’ l-artijiet. Id-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati reġjonali iżda l-ġestjoni ta’ l-organizzazzjoni tagħhom issir mill-Amministrazzjoni tal-Qorti.

Id-dipartiment tar-reġistru ta’ l-artijiet huwa kompost minn imħallfin tad-dipartimenti tar-reġistri ta’ l-artijiet.

3. Il-konferenza tar-regolament proprju

Il-Konferenza ta' l-Imħallfin
  1. Il-Konferenza ta' l-Imħallfin hija awtorità tar-regolament proprju. L-imħallfin kollha tal-pajjiż jipparteċipaw fix-xogħol tal-konferenza.

Il-Konferenza ta' l-Imħallfin:

  1. Teżamina l-kwistjonijiet kurrenti dwar il-ġurisprudenza;
  2. Tissottometti applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni lill-president tal-Qorti Suprema għad-dibattitu fil-Plenarja tal-Qorti Suprema;
  3. Tiddibatti kwistjonijiet dwar il-proviżjon ta' materjal u s-sigurtà soċjali u kwistjonijiet oħrajn sinjifikanti li għandhom x'jaqsmu max-xogħol ta' l-imħallfin;
  4. Tagħżel kulleġġ ta' mħallfin professjonali, inkluż president tal-kulleġġ, b'votazzjoni sigrieta għal terminu ta' erba' snin;
  5. Tagħżel kulleġġ ta' mħallfin dixxiplinarju għal terminu ta' erba' snin.

Konferenza ta' imħallfin tad-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet jista' jissejjaħ biex jeżamina kwistjonijiet kurrenti li għandhom x'jaqsmu mal-prattika tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli u d-drittijiet assoċjati ma' din il-proprjetà.

FuqFuq

4. L-amministrazzjoni tal-qorti

Il-kompetenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-awtorità ewlenija ta' l-Istat dwar l-amministrazzjoni tal-qrati u jwettaq dawn il-funzjonijiet li ġejjin kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni:

  1. Japprova l-istruzzjonijiet metodoloġiċi dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol amministrattiv tal-qrati tad-distrett (muniċipali), tal-qrati reġjonali u tad-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet;
  2. Jitlob informazzjoni mill-qrati tad-distrett (muniċipali), mill-qrati reġjonali u mid-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet provduti fil-leġiżlazzjoni;
  3. Jimmonitorja l-ġestjoni organizzazzjonali tal-qrati tad-distrett (muniċipali), tal-qrati reġjonali u tad-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet.
L-amministrazzjoni tal-qorti

L-amministrazzjoni tal-qorti torganizza u tipprovdi għax-xogħol amministrattiv tal-qrati tad-distrett (muniċipali), tal-qrati reġjonali u tad-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet u hija responsabbli lejn il-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-funzjonijiet tal-Ministru tal-Ġustizzja fir-rigward tal-ġestjoni organizzazzjonali tal-qrati

Il-Ministru tal-Ġustizzja:

  1. Jitlob dikjarazzjonijiet minn imħallfin li jaħdmu fil-qrati tad-distrett (muniċipali), fil-qrati reġjonali u fid-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet;
  2. Iqabbad lill-Amministrazzjoni tal-Qorti twettaq verifiki fuq il-qrati tad-distrett (muniċipali), il-qrati reġjonali u d-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet, mgħejuna fejn meħtieġ mill-imħallfin tal-Qorti Suprema jew tal-qorti reġjonali bi ftehim mal-president tal-qorti in kwistjoni;
  3. Tressaq azzjoni dixxiplinarja kontra l-imħallfin.

5. Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Qorti Kostituzzjonali hija awtorità tal-qorti indipendenti li tisma' l-każijiet dwar il-konformità ta' l-atti u leġiżlazzjoni oħra mal-Kostituzzjoni u każijiet oħrajn assenjati lilha taħt il-leġiżlazzjoni fil-qafas ta' responsabbiltajiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Latvja u l-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.

FuqFuq

Skond l-Artikolu 16 ta' l-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti teżamina każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn:

  1. Il-konformità ta' l-atti mal-Kostituzzjoni;
  2. Il-konformità ta' ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mil-Latvja mal-Kostituzzjoni (ukoll sakemm dawn il-ftehimiet huma approvati mis-Saeima);
  3. Il-konformità ta' leġiżlazzjoni oħra jew partijiet minnha mad-dispożizzjonijiet legali (atti leġiżlattivi) li għandhom forza legali akbar;
  4. Il-konformità mal-leġiżlazzjoni ta' atti oħrajn (ħlief atti amministrattivi) mis-Saeima, il-Kabinett, il-President, il-President tas-Saeima u l-Prim Ministru;
  5. Il-konformità mal-leġiżlazzjoni ta' kwalunkwe ordni permezz ta' liema Ministru li jaġixxi taħt l-awtorizzazzjoni tal-Kabinett issospenda deċiżjoni adottata minn awtorità legali (kunsill);
  6. Il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Latvja ma' ftehimiet internazzjonali li kkonkludiet il-Latvja li mhumiex kontra l-Kostituzzjoni.

Il-Qorti Kostituzzjonali mhijiex intitolata tressaq azzjonijiet fuq inizzjattiva tagħha stess; tisma' l-każijiet biss fuq applikazzjoni minn persuni speċifikati taħt il-leġiżlazzjoni.

Il-leġiżlazzjoni kurrenti tistabbilixxi li t-talbiet imressqa quddiem iIl-Qorti Kostituzzjonali mill-President, mis-Saeima, minn għall-inqas għoxrin deputat parlamentari, mill-Kabinett, mill-Prosekutur Ġenerali, mill-Uffiċċju tal-Verifiki ta' l-Istat, mill-Uffiċċju Nazzjonali Latvjan tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-awtoritajiet (kunsilli) lokali; l-applikazzjonijiet jistgħu wkoll jitressqu minn qrati ta' ġuriżdizzjoni ġenerali li jisimgħu każ ċivili, kriminali jew amministrattiv, minn imħallfin tad-dipartimenti tar-reġistri ta' l-artijiet meta jirreġistraw proprjetà immobbli u d-drittijiet assoċjati ma' din il-proprjetà fir-reġistri ta' l-artijiet, u minn kwalunkwe persuna naturali jew legali li d-drittijiet fundamentali tagħha kif stabbilit fil-Kostituzzjoni ġew miksura.

Il-każijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konformità ta' l-atti u r-regolamenti tal-Kabinett mal-Kostituzzjoni jinstemgħu mill-Qorti Kostituzzjonali bi kworum sħiħ ta' l-imħallfin.

Il-każijiet l-oħrajn kollha jinstemgħu minn kamra ta' tliet imħallfin kemm-il darba mhux speċifikat mod ieħor f'deċiżjoni mill-Qorti Kostituzzjonali.

Is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali huma finali. Jidħlu fis-seħħ malli jingħataw u jorbtu lill-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u l-uffiċjali kollha ta' l-Istat u dawk tal-gvern lokali, u wkoll fuq persuni naturali u legali.

Kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva li l-Qorti Kostituzzjonali tkun sabet mhux konfirmi ma' dispożizzjoni leġiżlattiva oħra li għandha forza legali akbar titqies invalida mill-jum meta hija ppubblikata s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali kemm-il darba mhux speċifikat mod ieħor mill-Qorti Kostituzzjonali. Fejn il-Qorti Kostituzzjonali tkun sabet li ftehim internazzjonali ffirmat jew konkluż mil-Latvja mhuwiex konformi mal-Kostituzzjoni, il-Kabinett huwa minnufih meħtieġ jabbozza l-emendi għall-ftehim in kwistjoni, jiddenunzja l-ftehim, jissospendi l-applikazzjoni tiegħu jew jirrevoka l-aderenza għall-ftehim.

Ir-regoli tal-proċedura tal-Qorti Kostituzzjonali jistabblixxu l-istruttura tal-Qorti Kostituzzjonali, l-organizzazzjoni tax-xogħol tagħha, il-proċeduri legali u r-responsabbiltà dixxiplinarja ta' l-imħallfin skond l-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali.

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 20-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit