Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Italja

L-aħħar aġġornament: 05-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Italja

 ġurisdizzjoni ordinarja

{

- ġurisdizzjoni ċivili

- ġurisdizzjoni penali

 īpašās jurisdikcijas

{

- ġurisdizzjoni amministrattiva

- Qorti tal-Verifika Statali

- imħallfin militari

- Qorti kostituzzjonali



 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Ġurisdizzjoni ordinarja 1.
2. Ġurisdizzjoni Speċjali 2.
3. Ġurisdizzjoni ċivili 3.
4. Organi ġurisdizzjonali speċjalizzati 4.

 

1. Ġurisdizzjoni ordinarja

Il-ġurisdizzjoni ordinarja (ċivili u penali) tiġi eżerċitata minn maġistrati ordinarji, ikkunsidrati hekk, għaliex imwaqqfin u regolati minn normi ta’ l-ordinament ġudizzjarju. L-imħallfin ċivili u penali, jiffurmaw struttura waħda, il-Maġistratura ordinarja, li minnha jagħmlu parti il-Ministeri Pubbliċi ukoll.

Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-indipendenza tal-maġistratura ordinarja minn kwalunkwe poter ieħor ta’ l-Istat fl-eżerizzju ta’ l-interpretazzjoni tal-liġi, u ta’ l-evalwazzjoni tal-fatt.

Wieħed jista jiġi ammess fil-maġistratura permezz ta’ eżami pubbliku, imqassam f’sensiela ta’ aktar provi; il-funzjonijiet jiġu mogħtija wara perjodu ta’ taħriġ. Il-maġistrati jiddistingwu ruħhom bejniethom biss, permezz tad-diversita fil-funzjonijiet, u li jistgħu jiġi trasferiti biss fuq talba tagħhom.  Għal din ir-raġuni ma teżisti għalhekk, salv il-poteri ta’ organizazzjoni u viġilanza tal-kapi ta’ l-uffiċċji, l-ebda struttura ġerarkika tal-maġistratura.

Il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura italiano huwa l-korp ta’ amministrazzjoni tal-maġistratura, u li jipproteġi l-indipendenza, jirregola l-aktar attivatijiet neċessarji u importanti, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni, u japplika s-sanzjonijiet dixxiplinarji. Huwa kompost mill-President tar-Repubblika, li jippresedih, (u li bħala regola huwa jinqeda mill-kollaborazzjoni ta’ Viċi President elett minn min jikkomponih), mill-ewwel President tal-Qorti ta’ Kassazzjoni, kif ukoll, mill-24 komponenti l-oħrajn, eletti bħala 1/3 mill-Parlament u 2/3 mill-maġistrati ordinarji.

FuqFuq

 A1 Il-Ministeru għall-ġustizzja italiano, huwa kompetenti mill-organizazzjoni u mill-funzjoni tas-servizzi. Sabiex jesegwixxi l-funzjonijiet amministrattivi proprji tiegħu, il-Ministru għall-ġustizzja jinqeda minn struttura ċentrali bis-sede tiegħu ġewwa Ruma, u b’uffiċini periferiċi illi jesegwixxu kompiti ta’ appoġġ għall-attività ġudizzjarja.

Testi ta’ riferenza :

  • Il-Kostituzzjoni Taljana ;
  • R.D .1941/12 dwar l-ordinament ġudizzjarju ;
  • liġi 1958/195 dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura.

2. Ġurisdizzjoni Speċjali

Il-ġurisdizzjoni speċjali tiddistingwi ruħha mill-ġurisdizzjoni ordinarja.  

Il-Kostituzzjoni tipprojbixxi, t-twaqqif ta’ mħallfin straordinarji jew speċjali, imma hi stess tipprovdi għas-sistemi ta’ mħallfin speċjali :

  • imħallfin amministrattivi,
  • Qorti tal-Verifika Statali,
  • imħallfin militari,
  • Qorti kostituzzjonali italiano (il-kontroll tal-kostituzzjonalità tal-liġijiet; konflitti ta’ setgħat; ġurisdizzjoni dwar reati tal-President tar-Repubblika).

B’mod partikolari il-ġurisdizzjoni amministrativa tikkostitwixxi attività ta’ kontroll dwar il-leġittimità ta’ l-atti amministrattivi, u tistà twassal għall-annullament tagħhom.  Hija eżerċitata fl-ewwel grad minn Tribunali Amministrattivi Reġjonali u fit-tieni grad minn sezzjonijiet ġurisdizzjonali tal-Kunsill ta’ l-Istat u tal-Kunsill tal-ġustizzja amministrattiva tar-Reġjun ta’ Sqallija. L-imħallfin amministrattivi huma distinti mill-maġistrati ordinarji u għandhom korp ta’ amministrazzjoni awtonomu. 

FuqFuq

L-isfera tal-kompetenza ta’ l-imħallef amministrattiv hija ġeneralment individwata matul ir-referenza għall-posizzjoni soġġettiva applikabbli (interess leġittimu), salv dawk il-każijiet ta’ ġurisdizzjoni esklussiva, li fiha l-imħallef amministrattiv huwa wkoll l-imħallef tad-drittijiet soġġettivi.  Fil-każ ta’ kunflitt, posittiv jew negattiv, ta’ ġurisdizzjoni bejn, imħallfin speċjali jew dawn, u l-imħallef ordinarju, id-deċiżjoni tiġi rimessa quddiem il-Qorti ta’ Kassazzjoni, li jiddeċiedi fuq Sezzjonijiet Uniti.

3. Ġurisdizzjoni ċivili

Din tikkomprendi l-attivitajiet li l-imħallfin jisvolġu sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni tal-liġi fil-każijiet ta’ kontroversja bejn il-partijiet (ġurisdizzjoni kontenzjuża), jew inkella fil-każijiet li fihom l-intervent ta’ l-imħallef ikun preskritt mil-liġi, bħala garanzija għall-partijiet jew għall-terzi individwlai, jew kollettività ntiera (ġurisdizzjoni volontarja).

Il-kwistjonijiet kollha illi jidħlu mill-ġdid fl-ambitu ta’ l-applikazzjoni tal-qafas ġudizzjarju, f’materja ċivili u kummerċjali, jiġifieri il-kwistjonijiet ta’ dritt ċivili, kompriżi dawk relattivi għad-dritt tal-familja u għad-dritt tal-konsumaturi, kif ukoll il-kwistjonijiet ta’ dritt kummerċjali u dritt tax-xogħol, jiġu deċiżi f’sede ta’ ġurisdizzjoni ċivili.

Il-ġurisdizzjoni ċivili hija eżerċitata mill-maġistratura ordinarja, illi teżerċita funzjonijiet ġudikanti u rekwirjenti.

Il-korpi ġudikanti jitqassmu f’imħallfin monokratiċi (jew imħallfin singoli) u mħallfin kolleġjali. Fl-ordinament attwali, fl-ewwel grad l-imħallef huwa monokratiku, ħlief għall-ftit każijiet li huma tassattivament prevvisti mill-liġi li fihom ikun kolleġjali. Il-qrati ta’ appell, il-qorti ta’ kassazzjoni, it-tribunal ordinarju fl-ipoteżi prevvisti mil-liġi u t-tribunal għall-minorenni jiffunzjonaw bħala korpi kolleġjali .

FuqFuq

Il-funzjoni tal-ministeru pubbliku fil-proċess ċivili hija waħda pekuljari.

Il-M.P., liema uffiċċju huwa kopert mill-ġdid mill-maġistrati, jgħasses “għall-osservanza tal-liġijiet, għall-amministrazzjoni regolari u fil-pront tal-ġustizzja, għall-ħarsien tad-drittijiet ta’ l-Istat, tal-persuni ġuridiċi u dawk inkapaċi”.  Il-MP jeżerċita l-azzjoni ċivili fil-każijiet stabbiliti mil-liġi (per eżempju f’materja ta’ impunjazzjoni ta’ żwieġ, interdizzjoni, falliment, nullità tal-liċenzja industrijali jew marka) jew jintervjeni neċessarjament fil-ġudizzju (hekk per eżempju fil-kawzi matrimonjali, kompriżi dawk ta’ separazzjoni u divorzju, fil-kawżi li jirrigwardaw l-istat u l-kapaċità tal-persuni); għandu wkoll il-fakoltà li jintervjeni f’kull kawża li fiha jiġi rikonoxxut l-interess pubbliku.

Organi ġudikanti – L-organi li lihom hija fdata l-amministrazzjoni tal-ġustizzja ċivili huma:

  • l-imħallef tal-paċi,
  • it-tribunal ,
  • it-tribunal għall-minorenni,
  • il-qorti ta’ l-appell u
  • il-qorti ta’ kassazzjoni. 

Bħala regola ġenerali is-sentenzi mogħtija mill-imħallef ta’ l-ewwel grad huma esegwibbli proviżorjament, salv, is-sospensjoni da parti ta’ l-imħallef ta’ l-appell.

Tabella dwar l-organizazzjoni ċivili fl-ita PDF File (PDF File 68 KB)

FuqFuq

3.1. Imħallef tal-paċi

L-imħallef tal-paċi huwa maġistrat onorarju, u mhux ta’ karriera, u huwa nominat mill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura abbażi ta’ ħtiġijiet stabbiliti (fosthom il-lawrija fil-ġurisprudenza); l-inkarigu huwa għal erbà snin, li jistà jiġi mġedded għal darba biss.

Huwa imħallef monokratiku Fl-Italja joperaw madwar 4,700 imħallef tal-paċi, imqassmin fi 848 uffiċċji mifruxa madwar it-territorju nazzjonali kollu (u dan sa Jannar 2003). Għandu dritt għall-kumpens, taħt forma ta’ ħlas kummissjonat skond ix-xogħol li jkun effettivament sar.

Kompetenza

Huwa kompetenti fuq kawżi dwar beni mobbli sal-valur ta’ € 2582.28 jew dawk dwar risarċiment ta’ danni kkaġunati minn sewqan ta’ vetturi u biċċiet tal-baħar sal-valur ta’ € 15,493.71. Huwa kompetenti mingħajr limitazzjonijiet ta’ valur, fuq kwalunkwe kontroversji indikati tassattivament mil-liġi, fosthom il-kontroversji relattivi għall-modalità ta’ użu ta’ servizzi dwar kondominji ta’ djar. Il-kompetenza territorjali issegwi ir-regoli komuni tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili.

Quddiem l-imħalled tal-paċi il-partijiet jistgħu jidhru għall-ġudizzju personalment sakemm il-kawża ma teċċedix € 516.46 ; fil-każijiet l-oħra tkun meħtieġa l-assistenza ta’ difensur, imma l-imħallef tal-paċi jistà jawtorizza l-partijiet sabiex jidhru personalment għall-ġudizzju, in konsiderazzjoni tan-natura u ta’ l-entità tal-kawża.

L-informazzjoni dwar l-avukati li legalment jeżerċitaw il-professjoni, kif ukoll dwar il-prattikanti ammessi fil-limiti stabbiliti mil-liġi, sabiex jeżerċitaw il-patroċinju, iridu jiġu impjegati viċin il-Kunsilli ta’ l-Ordni ta’ l-avukati mwaqqfa viċin it-tribunali.

FuqFuq

Ir-rit huwa simplifikat, huwa kważi kompletament orali, u għandu t-tendenza li jiffavorixxi il-konċiljazzjoni, li għandha tikkostitwixxi l-konklużjoni naturali ta’ dawn it-tip ta’ kontroversji ta’ rilevanza ekonomika modesta.

Il giudice di pace decide con sentenza in conformità alle norme di legge ; nei giudizi di valore non superiore a € 1.032,91 decide secondo equità. L-imħallef tal-paċi jiddeċiedi permezz ta’ sentenza b’konformità man-normi tal-liġi; f’ġudizzji ta’ valur mhux superjuri għall-€ 1,032.91 jiddeċiedi skond l-ekwità. Decide altresì secondo equità nei casi previsti dalla legge e, ove si tratti di diritti disponibili, quando le parti ne facciano concorde richiesta. Jiddeċiedi l-istess, skond l-ekwità fil-każijiet prevvisti mil-liġi u, fejn dawn jittrattaw drittijiet disponibbli, meta l-partijiet dwarhom, jagħmlu rikjesti simultanji.

Impunjazzjoni

Is-sentenzi huma appellabbli quddiem it-Tribunal; jekk ippronunzjati skond l-ekwità u jekk inappellabbli (hekk ippronunzjati f’materja ta’ sanzjonijiet amministrattivi) huwa possibli biss, ir-rikors għall-kassazzjoni

3.2 Tribunal ordinarju

It-Tribunal huwa kompost minn imħallfin togati (professjonali) liema jippronunzjaw infushom, f’kompożizzjoni monokratika u, f’materji indikati b’mod tassattiv mil-liġi, f’kompożizzjoni kolleġġjali (tliet komponenti). Għat-Tribunal ordinarju għandhom, ikunu xorta waħda assenjati imħallfin onorarji. Huwa imħallef ta’ l-ewwel grad u għandu l-funzjoni ta’ imħallef ta’ appell, dwar sentenzi ppronunzjati mill-imħallef tal-paċi, salv is-sentenzi li jitrattaw ekwità jew inappellabbli).

FuqFuq

It-tribunali għandhom is-sede tagħhom f’kull belt prinċipali ta’ kull provinċja (bl-eċċezzjoni ta’ Caserta) ; imma sezzjonijiet numerużi u distakkati, ġew istitwiti f’aktar komuni tal-provinċja, b’kompetenza territorjali, li tikkoinċidi maċ-ċirkoskrizzjoni ta’ l-istess sezzjonijiet (Ministeru għall-ġustizzja italiano).

Kompetenza

Huwa kompetenti fuq il-kontroversji li mhumiex espressament attribwiti lill-kompetenza ta’ imħallef ieħor; il-kompetenza territorjali hija stabbilita skond ir-regoli stabbiliti tal-kodiċi ta’ proċedura. Il-partijiet għandhom jidhru għall-ġudizzju, permezz ta’ l-assistenza ta’ difensur legalment prattikanti.  

Impunjazzjoni

Is-sentenzi huma appellabbli quddiem il-qorti ta’ l-appell, li jkun jinstab fid-distrett fejn jinstab it-tribunal; f’xi ftit każijiet prevvisti mil-liġi kontra l-provvedimenti tat-tribunal, abbażi ta’ rikors wieħed għal kassazzjoni (per eżempju sentenzi dwar materja ta’ oppożizzjoni għall-atti esekuttivi, f’materja ta’ oppożizzjoni għall-sanzjonijiet amministrattivi); ir-rimedju tar-revoka huwa eċċezzjonali, li jistà jiġi eżerċitat quddiem l-istess tribunal fil-każijiet, u fit-termini prevvisti mil-liġi.

3.3 Qorti ta’ l-appell

Huwa imħallef ta’ appell, għar-rigward is-sentenzi ppronunzjati fl-ewwl grad mit-Tribunal. Il-Qorti ta’ l-appell għandha s-sede fil-belt prinċipali tad-distrett ġudizzjarju u hija mqassma f’sezzjonijiet. Hija dejjem komposta b’mod kolleġjali u tiġġudika permezz ta’ tliet membri; dwar deċiżjonijiet li jitrattaw minorenni, kuntratti agrarji u ilmijiet pubbliċi, il-kulleġġ huwa ntegrat minn esperti. 

FuqFuq

Kompetenza

Il-Qorti ta’ l-appell:

  1. teżerċita l-ġurisdizzjoni fil-kawżi ta’ appell minn sentenzi ppronunzjati fl-ewwel grad mit-tribunali,
  2. tiddelibera fil-kamra tal-kunsill fil-każijiet prevvisti mill-kodiċi ta’ proċedura ċivili;
  3. tieħu konjizzjoni ta’ l-materji għaliha differiti mil-liġi, u f’dak il-każ tippronunzja bħala imħallef ta’ l-ewwel u l-uniku grad, salv ir-rikors għall-kassazzjoni. Per eżempju, il-qrati ta’ appell huma kompetenti f’materja ta’ oppożizzjoni għall-istimi fil-proċeduri ta’ esproprijazzjoni, kif ukoll għall-ordni ta’ rikonoxximent għad-deċiżonijiet f’materja ċivili u kummerċjali, kif ukoll f’materja matrimonjali u ta’ awtorità tal-ġenituri li għaliha hemm ir-regolamenti ta’ Brussell I u II.

L-appell huwa mezz ta’ impunjazzjoni diretta sabiex wieħed jottjeni riforma totali jew parzjali ta’ provvediment ta’ l-imħallef ta’ l-ewwel grad, li jiġi ritenut bħala żbaljat. Id-deċiżjonijiet kollha fl-ewwel grad huma appellabbli, ħlief dawk espressament esklużi mil-liġi; il-partijiet jistgħu b’mod kawtelatorju jifthiemu sabiex jirrinunzjaw għall-appell u jirrikorru direttament għall-kassazzjoni.

Impunjazzjoni

Is-sentenzi tal-qorti ta’ l-appell huma impunjabbli fil-kassazzjoni; f’xi kazijiet, u anke fit-termini prevvisti mil-liġi, kontra s-sentenza ta’ appell, huwa possibli illi wieħed jutilizza r-rimedju tar-revoka.

FuqFuq

3.4 Il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni

Tikkostitwixxi l-ogħla grad fil-ġurisdizzjoni. Għandha l-funzjoni li tassigura l-osservanza preċiża, u l-interpretazzjoni uniformi tal-liġi (nomofilachia); regola dwar il-konflitti ta’ kompetenza, ta’ ġurisdizzjoni u ta’ attribwizzjoni. Huwa imħallef ta’ leġittimità u jikkontrolla esklusivament l-applikazzjoni korretta tal-liġi da parti ta’ l-imħallef tal-mertu.

Huwa organu kolleġjali; hija kostitwita f’sezzjonijiet, kull waħda minnhom, komposta minn prim president, minn presidenti tas-sezzjoni u kunsilliera; tiġġudika bħala regola permezz ta’ sezzjoni sempliċi fil-preżenza ta’ ħames membri. Għall-impunjazzjonijiet dwar kwistjonijiet jew dwar konflitti ta’ ġurisdizzjoni, kif ukoll għall-konflitti ta’ attribwizzjoni, u fil-kazijiet ta’ kwistjonijiet rilevanti b’mod partikolari li jkunu ġew preċiżament deċiżi b’mod divers mis-sezzjonijiet sempliċi, il-Qorti tiġġudika s-Sezzjonijiet Uniti, li huma preseduti minn prim president u huma komposti minn numru li ma jvarjax, ta’ disà membri.

Il-ministeru pubbliku jintervjeni fil-ġudizzji kollha, sabiex jikkonferma dwar ir-rilevanza li l-leġislatur jattribwixxi għal-ġudizzju ta’ leġittimità.

Il-Qorti għandha s-sede ġewwa Ruma, u għandha ġurisdizzjoni fuq it-territorju kollu tar-Repubblika.

Wieħed jistà jirrikorri għall-kassazzjoni minn sentenzi ppronunzjati fil-grad ta’ appell, jew minn grad wieħed.

In-numru ta’ sentenzi ippronunzjati fi grad wieħed huwa elevat u jinteressa fuq kollox, tliet setturi:

FuqFuq

  1. is-sentenzi ta’ l-imħallef tal-paċi ppronunzjati skond l-ekwità;
  2. is-sentenzi li jiddeċiedu l-oppożizzjoni għall-atti esekuttivi;
  3. is-sentenzi ammessi f’sede ta’ oppożizzjoni għas-sanzjonijiet amministrattivi magħmula mill-awtorità amministrattiva.

Ir-rikors għall-kassazzjoni jistà jiġi propost biss għall-motivi indikati mil-liġi.

Il-Qorti ta’ kassazzjoni, jekk tilqà r-rikors, tannulla l-provvediment impunjat, bir-rinviju jew mingħajr ir-rinviju ta’ l-atti, lill-imħallef tal-mertu, sabiex jagħti ġudizzju mill-ġdid. Fl-ewwel każ l-imħallef tar-rinviju għandu jimxi b’mod strett, mal-prinċipju ta’ dritt affermat fis-sentenza.

B’mod ġenerali is-sentenza tal-Qorti ta’ kassazzjoni ma torbotx f’każijiet ta’ sentenzi analogi da parti ta’ mħallfin oħrajn; fid-deċiżjoni tar-rikors il-Qorti tiffissa l-interpretazzjoni maħsuba sabiex ikollha valur persważiv u eżemplari, tagħlima effikaċja, lill-imħallfin kollha ta’ l-ordinament.

Impunjazzjoni

Impunjazzjoni kontra s-sentenzi tal-Qorti ta’ Kassazzjoni, jista’ jsir biss fil-każ ta’ żball ta’ fatt, li huwa possibbli li tiġi utilizzat ir-rimedju tar-revoka, li trid tiġi proposta fit-termini tal-liġi quddiem l-istess Qorti, li tipprovdi fil-kamra tal-kunsill.

4. Organi ġurisdizzjonali speċjalizzati

Il-Kostituzzjoni tipprojbixxi t-twaqqif ta’ mħallfin ġodda “straordinarji jew speċjali”, imma tikkonsenti fl-ambitu ta’ ġurisdizzjoni ordinarja, għall-istituzzjoni ta’ organi speċjalizzati, karatterizzati mill-preżenza ta’ maġistrati ordinarji u ċittadini idoneji li huma barra mill-ordni ġudizzjarju.

FuqFuq

Tribunal għall-minorenni

Huwa mwaqqaf f’kull sede ta’ qorti ta’ appell, u għandu kompetenza fuq it-territorju kollu tad-distrett.  Huwa organu awtonomu u speċjalizzat, b’funzjonijiet ta’ imħallef ta’ l-ewwel grad għall-kwistjonijiet kollha ċivili u amministrattivi, (oltre dawk penali), li jirrigwardaw il-minorenni ta’ 18-il sena, residenti fid-distrett tal-qorti ta’ l-appell. Il-kulleġġ huwa kompost minn erbà membri, żewġ maġistrati ta’ karriera u żewġ ċittadini privati, mara u raġel, esperti fil-qasam. Il-provvedimenti f’materja ta’ awtorità tal-ġenituri, ta’ awtorizazzjoni għaż-żwieġ ta’ minuri ta’ 18-il sena, l-addozzjoni, ir-rikonoxximent ta’ l-ulied naturali, it-tneħħija ta’ ġenitur mill-amministrazzjoni tal-patrimonju ta’ l-iben minuri, huma b’mod partikolari riservati għall-kompetenza tat-tribunal għall-minorenni. Barra minn dan, it-tribunal jintervjeni sabiex jassigura l-edukazzjoni, it-tagħlim u l-formazzjoni tal-personalità tal-minuri, bħala sostituzzjoni għall-familjari jew tat-tutur inadempjenti.

Viċin it-tribunal għall-minorenni hemm istitwit, uffiċċju awtonomu tal-Ministeru Pubbliku, b’kompetenzi anki fis-settur ċivili.

Fuq l-appell, jew fuq oġġezzjoni kontra d-deċiżjonijiet tat-tribunal għall-minorenni, tiġġudika sezzjoni tal-qorti ta’ l-appell, b’intervent ta’ żewġ esperti, raġel u mara, illi jissostitwixxu tnejn mill-maġistrati tas-sezzjoni.

Sezzjonijiet speċjali agrarji

Dawn għandhom kompetenza limitata ħafna fl-ambiti ta’ kontroversji relattivi għall-kuntratti agrarji. Huma mwaqqfa viċin it-tribunali u l-qrati ta’ appell u jiġġudikaw b’intervent ta’ l-esperti.

Tribunali reġjonali dwar l-ilmijiet pubbliċi.

Dawn għandhom is-sede tagħhom fi tmien qrati ta’ appell, jiddeċiedu bi tliet komponenti, wieħed minnhom huwa skond il-liġi funzjonarju tal-ġenju ċivili. Għandhom kompetenza għall-kwistjonijiet relattivi għad-demanjalità ta’ l-ilma, l-użu esklussiv ta’ l-ilmijiet pubbliċi, għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjonijiet ta’ l-akwedotti, għall-ilma ta’ taħt l-art, għall-infiq tal-konsorzji dwar l-utilizazzjoni ta’ l-ilmijiet pubbbliċi. Wieħed jistà jirrikorri mid-deċiżjonijiet, quddiem it-Tribunal superjuri dwar l-Ilmijiet Pubbliċi li għandu s-sede viċin il-Qorti ta’ Kassazzjoni.

Wara żewġ interventi tal-qorti kostituzzjonali, hemm riforma radikali, li tinsab fil-fażi ta’ approvazzjoni, liema riforma tipprevedi is-soprassessjoni ta’ l-imsemmija organi, u l-attribuzzjoni lejn l-imħallef ordinarju (tribunali u qrati ta’ appell), dwar il-kawżi relattivi għad-drittijiet ta’ l-imħallef amministrattiv (TAR u Kunsill ta’ l-Istat) dwar rikorsi kontra il-provvedimenti amministrattivi f’kwistjonijiet dwar l-ilma.

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit