Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 30-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Irlanda

Is-Servizz tal-Qrati għandu dawn ir-responsabbiltajiet statutorji:

  1. Li jamministra l-qrati,
  2. Li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ lill-imħallfin,
  3. Li jipprovdi informazzjoni dwar is-sistema tal-qrati lill-pubbliku,
  4. Li jipprovdi, jamministra u jmantni l-bini tal-qrati, u
  5. Li jipprovdi l-faċilitajiet għall-utenti tal-qrati.

Il-Kostituzzjoni ta’ l-Irlanda tistipula li l-ġustizzja għandha tkun amministrata fi qrati stabbiliti b’liġi minn imħallfin maħtura mill-President fuq rakkomandazzjoni tal-Gvern; l-imħallfin tal-qrati kollha taħt il-Kostituzzjoni huma kollha indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom. Imħallef ma jistax jitneħħa mill-kariga tiegħu ħlief għal imġieba ħażina dikjarata jew inkapaċità u wara riżoluzzjonijiet mgħoddija miż-żewġ Kmamar ta’ l-Oireachtas (Parlament) għal dak l-iskop.

Il-qrati li jisimgħu l-kwistjonijiet ċivili huma organizzati f’dawn l-istrutturi li ġejjin:

 

Il-Qorti Suprema

(Ibbażata f’Dublin.)

 

 

Ġurisdizzjoni ta’ l-Appell

 

 

Circuit Court 

(Ibbażata f’kull waħda mis-26 belt tal-kontei)

 

 

Ġurisdizzjoni oriġinali sa €38,092.14 ta’ l-appell

Ġurisdizzjoni mill-Qorti tad-Distrett u xi tribunali oħrajn

 

 

Il-High Court

(Ibbażata f’Dublin.)

 

 

Ġurisdizzjoni oriġinali sħiħa u ġurisdizzjoni ta’ l-appell mis-Circuit Court u xi tribunali oħrajn

 

Il-Qorti tad-Distrett

(Ibbażata f’23 distrett)

 

 

Ġurisdizzjoni oriġinali sa €6,348.69

(Tinkludi l-proċedura tat-Talbiet Żġhar) 

Għal xi talbiet tal-konsumatur sa €1,269.74)

 

Il-Qorti Suprema

Il-Qorti Suprema għandha l-ġurisdizzjoni ta’ appell mid-deċiżjonijiet kollha tal-High Court. Il-Qorti Suprema għandha wkoll il-ġurisdizzjoni li tisma’ appell mill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali jekk dina jew l-Avukat Ġenerali jiċċertifikaw li d-deċiżjoni tinvolvi punt ta’ liġi ta’ importanza pubblika eċċezzjonali u li huwa mixtieq fl-interess pubbliku li għandu jkun hemm appell lill-Qorti Suprema. Il-Qorti tista’ wkoll tagħti sentenza dwar kwistjoni ta’ liġi sottomessa lilha mis-Circuit Court. Il-Qorti Suprema għandha s-setgħa tiddeċiedi jekk Abbozz (jew kwalunkwe dispożizzjoni jew dispożizzjonijiet tiegħu), li jkun għadda miż-żewġ Kmamar ta’ l-Oireachtas u ppreżentati lill-President ta’ l-Irlanda għall-firma tiegħu/tagħha qabel ma jgħaddi f’liġi, ikunx kontra l-Kostituzzjoni, meta l-President jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti. Jekk tqum kwistjoni ta’ l-inkapaċità permanenti tal-President din trid tiġi deċiża mill-Qorti Suprema.

L-appelli jew kwistjonijiet oħrajn jinstemgħu u jiġu deċiżi minn ħames imħallfin tal-Qorti Suprema sakemm il-Prim Imħallef ma jordnax li kwalunkwe appell jew kwistjoni oħra (minbarra kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kostituzzjoni) jistgħu jinstemgħu u jiġu deċiżi minn tliet imħallfin. Il-Qorti tista’ jkollha seduta f’aktar minn Diviżjoni waħda fl-istess ħin.

Il-High Court.

Taħt il-Kostituzzjoni l-High Court għandha ġurisdizzjoni oriġinali sħiħa fi u setgħa li tiddetermina l-kwistjonijiet kollha, kemm ta’ liġi jew ta’ fatt, ċivili jew kriminali. L-High Court għandha ġurisdizzjoni esklussiva f’kwistjonijiet dwar l-adozzjoni tat-tfal u dwar l-applikazzjonijiet għall-estradizzjoni. Il-ġurisdizzjoni tal-High Court testendi għall-kwistjoni tal-validità ta’ kwalunkwe liġi meta wieħed iqis id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni (ħlief liġi li tkun diġà ġiet riferuta lill-Qorti Suprema mill-President ta’ l-Irlanda). Il-parti l-kbira tal-każijiet tal-High Court jinstemgħu minn Imħallef wieħed, minkejja li hemm dispożizzjoni fil-liġi għal xi kwistjonijiet bħal azzjonijiet għal malafama, assalt jew priġuniera falza li jinstemgħu minn imħallef li jippresjedi b’ġurija. Każijiet ta’ importanza eċċezzjonali jistgħu jinstemgħu minn żewġ imħallfin jew aktar bħala Qorti Diviżjonali.

FuqFuq

Il-High Court taġixxi bħala qorti ta’ l-appell mis-Circuit Court f’kwistjonijiet ċivili. Minbarra l-ġurisdizzjoni ta’ l-appell tagħha f’appelli ċivili mis-Circuit Court, il-High Court għandha wkoll is-setgħa li tistħarreġ id-deċiżjonijiet tat-tribunali kollha inferjuri bi ħruġ ta’ l-ordnijiet prerogativi ta’ Mandamus, Projbizzjoni u Certiorari. Dawn l-ordnijiet m’għandhomx x’jaqsmu mal-mertu tad-deċiżjoni tat-tribunali inferjuri iżda għandhom x’jaqsmu mal-kwistjoni ta’ jekk ġietx eċċeduta l-ġurisdizzjoni.

Il-High Court tista’ tagħti deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ liġi sottomessi mill-Qorti tad-Distrett. Hija tisma’ wkoll applikazzjonijiet għall-garanziji fejn l-akkużat ġie akkużat bid-delitt tal-qtil jew fejn l-akkużat jixtieq jitlob varjazzjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet imposti mill-Qorti tad-Distrett.

Normalment il-High Court iżżomm is-seduti f’Dublin biex tisma’ l-azzjonijiet oriġinali. Ikollha s-seduti wkoll f’għadd ta’ postijiet provinċjali biex tisma’ azzjonijiet oriġinali għal danni għall-Inġurji Personali u Fatali. Il-High Court on Circuit tisma’ l-appelli mis-Circuit Court f’postijiet provinċjali. 

Is-Circuit Court.

Il-ġurisdizzjoni ċivili tas-Circuit Court hija waħda limitata sakemm ma jagħtux il-kunsens il-partijiet kollha involuti fl-azzjoni, f’liema każ il-ġurisdizzjoni mhijiex limitata. Il-limitu tal-ġurisdizzjoni tal-qorti f’azzjonijiet fil-ftehimiet dwar kuntratti, xiri bin-nifs jew bejgħ bil-kreditu u d-delitti huwa €38,092.14.

Is-Circuit Court għandha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-awtentikazzjoni tad-dokumenti (probate), u fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ titolu għal jew kera ta’ proprjetà immobbli fejn il-valutazzjoni rateali tal-proprjetà ma’ teċċedix €253.95. Is-Circuit Court għandha ġurisdizzjoni fi proċeduri tal-liġi tal-familja inklużi s-separazzjoni ġudizzjarja, id-divorzju, in-nullità u appelli mill-Qorti tad-Distrett.

Il-każijiet ċivili tas-Circuit Court jinstemgħu minn imħallef li jippresjedi mingħajr ġurija. Hija taġixxi bħala qorti ta’ l-appell mill-Qorti tad-Distrett f’kwistjonijiet ċivili u kriminali. L-appell jieħu l-forma ta’ smigħ mill-ġdid u d-deċiżjoni tas-Circuit Court Court hija finali u ma tistax tiġi appellata b’mod ulterjuri.

FuqFuq

Is-Circuit Court għandha ġurisdizzjoni wkoll fil-każijiet kollha ta’ applikazzjoni għal liċenzji ġodda għall-bejgħ tax-xorb alkoħoliku għall-konsum fil-post, u għandha ġurisdizzjoni ta’ appell minn deċiżjonijiet tat-tribunali bħad-Direttur ta’ l-Investigazzjonijiet ta’ l-Ugwaljanza.

Il-Qorti tad-Distrett.

Il-Qorti tad-Distrett għandha ġurisdizzjoni lokali u limitata. Fil-kwistjonijiet tal-liġi tal-familja, għandha s-setgħa li tagħmel ordnijiet dwar manteniment, projbizzjonijiet, aċċess u filjazzjoni.

Il-Qorti tad-Distrett għandha ġurisdizzjoni tisma’ każijiet ċivili msejsa fuq kuntratti, ftehimiet ta’ xiri bin-nifs jew bejgħ bil-kreditu, delitti, u nuqqas ta’ ħlas ta’ kera jew żamma illegali ta’ oġġetti, fejn il-valur tat-talba ma jkunx aktar minn €6,348.69. Għandha wkoll ġurisdizzjoni dwar l-eżekuzzjoni b’mod ġenerali tas-sentenzi għad-dejn ta’ kwalunkwe qorti, ġurisdizzjoni dwar għadd kbir ta’ dispożizzjonijiet dwar liċenzji, eż., dwar il-bejgħ tax-xorb alkoħoliku intossikanti, u ġurisdizzjoni dwar applikazzjonijiet għal danni intenzjonali fejn l-ammont mitlub ma jeċċedix €6,348.69.

Il-Qorti tad-Distrett iżżomm is-seduti f’248 post (inkluż Dublin) fil-pajjiż kollha. Ġeneralment, il-post fejn jinstema’ każ jiddependi dwar fejn sar ikun il-kuntratt, jew fejn jirrisjedi l-konvenut jew fejn iwettaq il-kummerċ, jew f’każijiet dwar liċenzji, fejn jinsab il-post liċenzjat.

It-Talbiet Żgħar

Il-proċedura tat-Talbiet Żgħar tipprovdi mezz irħis u informali għar-riżoluzzjoni ta’ talbiet tal-konsumatur mingħajr ma tkun meħtieġa rappreżentanza legali. Din il-proċedura tgħodd għal talbiet ta’ mhux aktar minn valur ta’ €1,269.74 fejn konsumatur jixtri l-oġġetti jew is-servizz, isofri dannu minuri għall-proprjetà, jew jitlob ir-radd lura ta’ depożitu ta’ kera. Ebda dehra fil-qorti ma hija meħtieġa għal talbiet mhux kontestati. Jekk it-talba hija kontestata u ma jistax jintlaħaq ftehim barra mill-qorti, il-każ jinstemgħa minn imħallef tal-Qorti tad-Distrett li l-ordni tiegħu tista’ tkun appellata lis-Circuit Court

Tribunali Oħrajn.

Għadd ta’ tribunali jisimgħu appelli dwar it-taxxa fuq id-dħul, dritt għall-benefiċċji soċjali, talbiet taħt il-leġiżlazzjoni dwar l-Ugwaljanza, applikazzjonijiet dwar l-immigrazzjoni, l-ippjanar ta’ l-ibliet u kwistjonijiet ta’ impjiegi. Dawn it-tribunali mhumiex presjeduti minn imħallfin iżda minn speċjalisti kwalifikati u d-deċiżjonijiet tagħhom huma soġġetti għal appell jew stħarriġ mis-Circuit Court jew mill-High Court.

Links

  • Is-Servizzi tal-Qrati English
  • Il-Kunsill tal-Prattika – Librerija tal-Liġi English
  • L-Informazzjoni dwar is-Servizz Pubbliku English
  • ODEI – It-tribunal dwar l-ugwaljanza English 

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 30-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit