Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 04-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Liġi Internazzjonali

Qrati internazzjonali fl-Ewropa u fid-dinja

Hemm numru ta’ qrati internazzjonali. Uħud ikopru kwistjonijiet ta’ liġi kriminali internazzjonali, oħrajn għandhom il-kompitu li jirriżolvu tilwim bejn Stati, u oħrajn bejn Stati u individwi.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem English - français ġiet stabbilita fl-1959 fi ħdan il-Kunsill ta’ l-Ewropa ceština - dansk - Deutsch - eesti keel - ελληνικά - English - español -français - italiano - latviešu valoda - lietuviu kalba - magyar - polski - português - slovencina - slovenšcina. Hi bbażata fi Strasbourg, fi Franza.

FuqFuq

Il-Qorti tinforza l-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, li daħlet fis-seħħ fl-1953.

L-imħallfin tal-Qorti huma eletti mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa; huma jservu l-Qorti f’kapaċità individwali, li jfisser li ma jirrappreżentawx l-Istati li tagħhom huma ċittadini.

Individwi li jemmnu li d-drittijiet tagħhom taħt il-Konvenzjoni jkunu ġew vjolentati minn awtorità pubblika jistgħu, f’ċerti ċirkustanzi, japplikaw direttament lill-Qorti.

Qabel ma jagħmlu hekk, madankollu, iridu jkunu eżawrew il-possibbiltajiet kollha għal appell disponibbli fil-pajjiż ikkonċernat u mhux aktar minn sitt xhur iridu jkunu għaddew mill-aħħar deċiżjoni tal-qorti f’dak il-pajjiż.

Jekk il-Qorti ssib illi l-applikazzjoni hija ammissibbli, il-kawża tinstema’ inter partes, jiġifieri l-Qorti tisma’, f’sessjonijiet pubbliċi, l-argumenti tal-partijiet qabel ma tiddeċiedi.

F’dan l-istadju tal-proċeduri, il-partijiet iridu jkunu assistiti minn avukat.

Ladarba l-Qorti tkun tat deċiżjoni finali, din torbot lill-Istat ikkonċernat, li mbagħad għandu jieħu l-passi kollha neċessarji biex jikkonforma ruħu magħha.

Għandek issib informazzjoni utli dwar kif tapplika lill-Qorti, kif ukoll formola ta’ applikazzjoni, fuq is-sit tal-Kunsill ta’ l-Ewropa (Informazzjoni għal persuni li jixtiequ japplikaw lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem English - français).

Il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja hija l-organu ġudizzjarju prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti. Hija stabbilita fl-Aja. Il-kompitu tagħha hu li ssolvi skond il-liġi internazzjoniali t-tilwim legali preżentati lilha minn Stati. Fuq talba ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, tista’ wkoll tagħti opinjonijiet bħala parir

L-individwi għalhekk ma jaqgħux direttament taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha.

L-informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u l-organizzazzjoni tal-Qorti tista’ tinstab fuq is-sit English - français tagħha.

Il-Qorti Permanenti ta’ l-Arbitraġġ għandha s-sede tagħha fl-istess bini fl-Aja bħall-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. Toffri għażla wiesgħa ta’ servizzi biex issolvi tilwim bejn Stati, u bejn Stati u individwi privati, kif ukoll tilwim li għalih huma parti organizzazzjonijiet intergovernattivi. Is-servizzi tagħha jinkludu l-arbitraġġ, il-konċiljazzjoni, kumitati għall-ġbir tal-fatti u l-medjazzjoni.

Tista’ ssib informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u l-organizzazzjoni tal-Qorti fuq is-sit English - français tagħha.

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit