Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Ungerija

L-aħħar aġġornament: 13-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Ungerija

Fl-Ungerija, l-amministrazzjoni tal-ġustizzja ssir mill-Qorti Suprema (www.lb.hu English - magyar), il-qrati għoljin tal-ġustizzja (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja tal-Kapitali, il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja ta’ Szeged, il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja ta’ Debrecen, il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja ta’ Pécs, il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja ta’ Győr), il-Qorti Muniċipali ta’ Budapest u l-qrati tal-kontea (total ta’ 20), kif ukoll il-qrati lokali (111) u tax-xogħol. Il-qrati tax-xogħol huma tribunali li jieħdu ħsieb każijiet speċjali, u hemm waħda f’kull 19-il kontea u fil-Kapitali (Budapest). Fis-sistema ġudizzjarja Ungeriża, il-ġurisdizzjonijiet tal-qrati ta’ l-ewwel istanza u l-qrati ta’ l-appell tat-tieni istanza huma kkontrollati fi ħdan is-sistema ta’ l-amministrazzjoni pubblika ta’ l-istat b’regola prinċipali.

Is-sistema tal-qrati

Il-qrati ta’ l-ewwel istanza

  • skond ir-regola prinċipali: qrati lokali, bis-sede tagħhom tinsab fl-ibliet ewlenin. F’Budapest, hemm dawk li jissejħu qrati tad-distrett (total ta’ 6), li l-ġurisdizzjonijiet tagħhom jestendu għal distretti tal-kapitali ddefiniti bil-liġi. B’kollox hemm 111 qorti lokali fit-territorju ta’ l-Ungerija.
  • il-qrati tal-kontea u l-Qorti Muniċipali ta’ Budapest (total ta’ 20 qorti) jaġixxu fil-kwistjonijiet li ġejjin:
  • kawżi skond il-liġi tal-proprjetà, fejn l-ammont tal-talba jaqbeż HUF 5 miljun (20,000 euro), ħlief jekk l-azzjoni legali tibda flimkien ma’ petizzjoni għad-divorzju
  • kawżi dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet li għandhom x’jaqsmu miegħu u l-protezzjoni ta’ privattivi industrijali
  • kawżi dwar it-talbiet għall-kumpens għall-ħsara kkawżata matul proċeduri uffiċjali minn persuni li jaġixxu fil-kompetenza amministrattiva pubblika tagħhom
  • kawżi dwar ftehim rigward il-ġarr u l-kunsinna tal-merkanzija
  • il-proċeduri tar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji
  • kawżi dwar il-ksur ta’ drittijiet ċivili
  • kawżi dwar it-titoli
  • appelli kontra r-riżoluzzjonijiet ta’ l-amministrazzjoni pubblika (każijiet ta’ l-amministrazzjoni pubblika)
  • kawżi dwar ir-rettifika ta’ l-istampa

Il-qrati tat-tieni istanza

  • il-qrati tal-kontea jew il-Qorti Muniċipali ta’ Budapest f’każijiet li huma tal-ġurisdizzjoni tal-qrati lokali (qrati muniċipali, distrettwali), il-Qorti Muniċipali ta’ Budapest
  • il-qrati għoljin tal-ġustizzja f’każijiet li huma tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-kontea (il-Qorti Muniċipali ta’ Budapest)

Il-kunsill ta’ l-ewwel istanza tal-qrati tal-kontea ovvjament huma differenti mill-kompożizzjoni tal-kunsilli li jaġixxu f’proċeduri ta’ l-appell.

FuqFuq

Ir-reviżjoni: Il-Qorti Suprema taġixxi f’proċeduri li jibdew fuq il-bażi ta’ mozzjoni għar-reviżjoni magħmula kontra sentenza finali. Il-Qorti Suprema tista’ timmodifika u tannulla d-deċiżjoni appellata. Is-sede tagħha hija f’Budapest. 

Il-kompożizzjoni tal-qrati

Il-qorti ta’ l-ewwel istanza s-soltu tikkonsisti minn imħallef professjonali wieħed, imma l-liġi tista’ tispeċifika kawżi fejn il-qorti tkun magħmula minn imħallef professjonali wieħed u żewġ imħallfin assoċjati. L-imħallfin assoċjati jinħatru mir-rappreżentanti tal-gvern lokali. Fil-proċeduri, l-imħallfin assoċjati għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-imħallef professjonali.

Il-kunsilli tal-qorti tat-tieni istanza (il-Qorti Muniċipali ta’ Budapest, il-qrati tal-kontea u l-qrati għoljin tal-ġustizzja) jikkonsistu minn tliet imħallfin professjonali.

Waqt ir-reviżjoni ġudizzjarja, il-Qorti Suprema tieħu d-deċiżjonijiet bi tliet imħallfin professjonali.

F’liema qorti għandi nirrikorri?

Jekk tixtieq tagħmel petizzjoni f’qorti Ungeriża, għandek tibgħatha lill-qorti ta’ l-ewwel istanza li hija kompetenti fid-domiċilju tal-konvenut.

Regoli speċjali:

  • il-qorti li hija kompetenti fid-domiċilju ta’ wild tista’ taġixxi f’każijiet dwar ma’ min jitqegħdu l-ulied f’kwistjonijiet tad-divorzju,
  • l-azzjonijiet legali dwar il-proprjetà immobbli jistgħu jinbdew fil-qorti li hija kompetenti fejn tinsab il-proprjetà,
  • fir-rigward ta’ l-eżekuzzjoni tat-talbiet li jinqalgħu minn kuntratti magħmulin bejn organizzazzjonijiet tan-negozju, il-petizzjoni tista’ tkun ippreżentata lill-qorti kompetenti fil-post ta’ eżekuzzjoni jew it-twettiq tal-kuntratt,
  • kawżi dwar il-kumpens jistgħu jsiru fi qrati kompetenti fil-post fejn kienet ikkawżata l-ħsara
  • talba bbażata fuq kambjala tista’ titmexxa fil-qorti kompetenti fil-post tal-ħlas tal-kambjala.

Kif nista’ nikseb informazzjoni dwar l-indirizzi tal-qrati kompetenti?

Jekk jogħġbok żur il-websajt www.birosag.hu Deutsch - English - français - magyar, fejn tista’ ssib il-qrati Ungeriżi kollha. Jekk jogħġbok uża l-funzjoni tat-tfittix fi www.birosag.hu/illetekesseg magyar, u wara li ddaħħal l-isem tal-post is-sistema tinfurmak dwar xi qrati disponibbli hemm li għandhom kompetenza ġenerali. Jekk ikollok bżonn informazzjoni dwar l-indirizzi tal-qrati tad-distrett ta’ Budapest, jekk jogħġbok żur il-websajt www.fovarosi.birosag.hu English - magyar

Reviżjoni ġudizzjarja Qorti Suprema

qrati tat-tieni istanza 19-il qorti tal-kontea, 5 qrati għoljin

qrati ta’ l-Appell + il-Qorti Muniċipali ta' Budapest tal-ġustizzja

qrati ta’ l-ewwel istanza 111-il qorti lokali, 20 qorti tax-xogħol, 19-il qorti tal-kontea

qrati ta’ ġurisdizzjoni oriġinali + Il-Qorti Muniċipali ta’ Budapest*

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Ungerija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 13-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit