Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 15-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali

Varjetà wiesgħa ta' qrati u tribunali

L-Istati l-Membri kollha għandhom firxa ta' qrati, kull waħda b' ġuriżdizzjoni definita b'mod ċar.

Is-sistemi ġudizzjarji ta' l-Istati Membri huma ferm diversi minn xulxin, billi jirriflettu d-differenzi fit-tradizzjonijiet ġudizzjarji nazzjonali. 

B'mod ġenerali, madankollu, żewġ tipi ta' qorti jistgħu jiġu identifikati f'kull Stat Membru:

  • dawk li jikkastigaw offiżi kontra l-persuni, il-proprjetà jew is-soċjetà (bħall-qtil, is-serq, il-vandaliżmu, eċċ.); dawn il-qrati jistgħu jimponu pieni u jissejħu qrati kriminali;
  • dawk li jsolvu tilwim bejn persuni privati jew kumpaniji (divorżju, problemi bil-kera, tkeċċija, eċċ.), li huma qrati ċivili. Qrati oħrajn, bħal qrati amministrattivi jew tat-taxxa, jistgħu jsolvu tilwim bejn persuni privati jew kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi.

Minn Stat Membru għall-ieħor, il-kunċett tal-liġi ċivili u l-poteri tal-qrati differenti jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti.

Ċerti qrati jistgħu jkollhom ġuriżdizzjoni ġenerali jew, għall-kuntrarju, jistgħu jispeċjalizzaw f'diversi oqsma, bħal tilwim tax-xogħol, relazzjonijiet kummerċjali, jew kwistjonijiet familjari.

Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu sistema ta' appelli, li tippermetti l-possibbiltà li jintalab li kawża li fiha diġà tkun ingħatat deċiżjoni tiġi kkunsidrata mill-ġdid minn qorti ogħla.

Billi tikklikkja fuq il-bnadar ta' l-Istati Membri, issib informazzjoni utli dwar is-sistemi legali tagħhom, inkluża deskrizzjoni tal-qrati b'ġuriżdizzjoni ċivili u kummerċjali.

Billi tikklikkja fuq l-ikona "Il-liġi tal-Komunità" issib informazzjoni dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Billi tikklikkja fuq l-ikona "Il-liġi internazzjonali" issib informazzjoni dwar qrati internazzjonali, inkluża l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 15-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit