Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Liġi Komunitarja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej: qorti għall-Ewropa

L-Unjoni Ewropea tipproduċi l-liġijiet u r-regoli tagħha. Il-funzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hi li teżegwixxi u li tinterpreta dawn il-liġijiet u tiżgura li jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha.

Il-Qorti tikkonsisti f’25 imħallef u tmien Avukati-Ġenerali. Hija bbażata fil-Lussemburgu. Sa mill-1989, ġiet mgħejuna minn Qorti tal-Prim’Istanza.

Wieħed jista’ jsib informazzjoni utli dwar il-ħidma u l-ġurisdizzjoni tal-Qorti fuq is-sit tagħha.

Dwar kwistjonijiet ċivili, il-ġurisdizzjoni ewlenija tal-Qorti hija għal referenzi għal deċiżjonijiet preliminarji.

Din il-proċedura tagħti lok għal kooperazzjoni bejn il-Qorti u l-qrati nazzjonali li huma msejħa sabiex jieħdu deċiżjonijiet dwar tilwimiet li jinvolvu l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja.

Jekk il-qrati nazzjonali għandhom dubju dwar l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, dawn ghandhom jitolbu lill-Qorti għal kjarifiki qabel ma jagħtu d-deċiżjoni tagħhom. Il-qorti nazzjonali biss tista' tagħmel ir-referenza lill-Qorti, iżda l-partijiet għandhom xahrejn sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub, u huma jistgħu wkoll jissottomettu l-argumenti tagħhom bil-fomm matul il-kawża.

Din is-sistema tiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tal-liġi Komunitarja madwar l-UE kollha. Il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjonijiet dwar il-liġi, jiġifieri tikkjarifika l-liġi Komunitarja rilevanti. Il-qorti nazzjonali indirizzata b'dik is-sentenza għandha tapplika, għall-każ li jkollha quddiemha, il-liġi, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma timmodifikaha jew tgħawwiġha.

Xi inizjattivi fil-marġini tas-sistema ġudizzjarja

Il-liġi Komunitarja ma tirregolax l-organizzazzjoni tal-qrati ċivili fl-Istati Membri.

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill adotta direttiva li tistabbilixxi r-regoli minimi dwar l-għajnuna legali. F’Ottubru 2004, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva dwar il-medjazzjoni.

Dokumenti ta’ referenza

  • Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti tal-medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (COM/2004/0718 finali)
  • Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 li għandha x'taqsam ma' kumpens għal vittmi tal-kriminalità
  • Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwimiet transkonfinali billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn
  • Green paper dwar ir-riżolviment alternattiv tat-tilwimiet fil-liġi ċivili u kummerċjali (COM/2002/0196 finali)

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit