Kummissjoni Ewropea > NGE > Organizzazzjoni tal-Ġustizzja > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 08-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Awstrija

Il-QORTI SUPREMA

|

f’kazijiet importanti

|
|

f’kazijiet importanti

QORTI REGJONALI OGHLA

Qorti tat-Tieni Istanza

|
|
|

______________________

BORD TA’ L-APPELL

fit-tieni istanza

QORTI REGJONALI

Qorti ta’ l-Ewwel Istanza

Tiddeċiedi

BORD TA’ IMHALLFIN IMHALLEF WIEHED
fl-ewwel istanza

kwistjoni dwar ammont ta’ aktar minn 10,000

QORTI DISTRETTWALI

kwistjoni dwar ammont ta’ mhux aktar minn 10.000 Euro u kazijiet partikolari (perezempju, kwistjonijiet familjari jew dwar il-ligi tal-kiri

I. Proċedura Ċivili

Dawk il-kwistjonijiet tal-liġi ċivili li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-qorti kummerċjali jew tat-tribunal industrijali, jew li għalihom tgħodd il-proċedura mhux kontenzjuża, jiġu deċiżi fi proċedura ċivili ġenerali.

Bħala prinċipju jeżistu żewġ istanzi differenti, li kull wieħed minnhom jista’ jinqasam fi tliet stadji. Kwistjonijiet fl-ewwel istanza jidhru quddiem Qrati Distrettwali jew Qrati Reġjonali. Il-kompetenza tiġi determinata bażikament skond l-oġġett ta’ tilwima (Kompetenza skond l-oġġett); għall-kwistjonijiet l-oħra skond l-ammont fil-kwistjoni (Kompetenza skond l-ammont). Il-kompetenza skond l-oġġett dejjem tieħu preċedenza fuq il-kompetenza skond l-ammont.

Il-qrati distrettwali għandhom il-kompetenza skond l-ammont f’każijiet b’ammont sa 10 000 Euro, u kompetenza skond l-oġġett, per eżempju, fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Liġi tal-Familja jew kwistjonijiet dwar kera. Appell imur quddiem il-Qrati Reġjonali, fejn bord ta’ l-appell jiddeċiedi fit-tieni istanza. F’każijiet partikolarment importanti, li jittrattaw kwistjonijiet legali ta’ importanza fundamentali, jista’ jsir appell quddiem il-Qorti Suprema kontra d-deċiżjoni meħuda fit-tieni istanza. 

Il-Qrati Reġjonali għandhom il-kompetenza skond l-ammont f’każijiet ’il fuq minn 10 000 Euro u kompetenza skond l-oġġett, per eżempju, fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Liġi Awstrijaka dwar ir-Riskju Nukleari (Atomhaftpflichtgesetz), il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Pubblika (Amtshaftungsgesetz), il-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzgesetz), u fi kwistjonijet dwar kompetizzjoni inġusta jew ksur ta’ drittijiet ta’ l-awtur. Appell imur quddiem il-Qorti Reġjonali Ogħla fit-tieni istanza. F’każijiet partikolarment importanti, li jittrattaw kwistjonijiet legali ta’ importanza fundamentali, jista’ jsir appell quddiem il-Qorti Suprema.

Fl-ewwel istanza, fil-maġġoranza tal-każijiet, jiddeċiedi imħallef wieħed (u fi kwistjonijiet ta’ ’l fuq minn 50 000 Euro, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, jiddeċiedi bord magħmul minn tliet imħallfin). Fit-tieni istanza jiddeċiedi bord magħmul minn tliet imħallfin, fil-Qorti Suprema bord magħmul minn ħames imħallfin. Meta l-kwistjoni legali tkun ta’ importanza fundamentali (bħal per eżempju, it-tibdil ta’ prattika stabbilita fil-liġi), fil-qorti suprema jiġi ffurmat l-hekk imsejjaħ ‘bord imsaħħaħ’ magħmul minn ħdax-il imħallef.

FuqFuq

Sentenzi fl-ewwel istanza jistgħu jiġu missielta bil-mezz legali ta’ l-appell. Appell jista’ jsir fil-każijiet kollha fuq il-bażi ta’ invalidità tal-proċedura jew ta’ sentenza legalment inġusta, f’każijiet dwar materja speċifika jew fi kwalunkwe każ fejn l-ammont fil-kwistjoni huwa ’l fuq minn 2 000 Euro, anki minħabba nuqqasijiet fil-proċedura jew minħabba fatti li ġew stabbiliti b’mod żbaljat.

Il-Qrati tat-Tieni Istanza jiġu msejħa biss għar-reviżjoni tas-sentenza fl-ewwel istanza. Bażikament, dan ifisser li huma jiddeċiedu fuq il-bażi ta’ mozzjonijiet fuq il-kwistjoni sostanzjali fi tmiem it-trattazzjoni verbali fl-ewwel istanza u fuq il-fatti sottomessi sa dan il-punt. Il-Qrati tat-Tieni Istanza jistgħu jiddeċiedu fuq il-każ (billi jikkonfermaw jew jemendaw is-sentenza). Għal dan il-għan, fil-paramentri tal-mozzjonijiet u s-sottomissjonijiet magħmula fl-ewwel istanza, jistgħu jirrepetu l-proċedura kollha jew parti minnha jew ikompluha jew jeqilbu s-sentenza tal-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza u jitolbuha tagħti sentenza mill-ġdid, jew jiċħdu t-talba.

Sentenzi fit-tieni istanza jistgħu jiġu appellati bil-mezz legali tar-reviżjoni tal-każ. Dan it-tip ta’ appell quddiem il-Qorti Suprema, madankollu, huwa suġġett għal ċerti limitazzjonijiet li jiddependu mis-suġġett fil-kwistjoni. Bħala prinċipju, il-Qorti Suprema tiddeċiedi biss dwar kwistjonijiet legali ta’ ċerta importanza; għalhekk dawn huma neċessarji biex il-Qorti Suprema taċċetta l-proċedura tar-reviżjoni. Minkejja dan, f’ċerti każijiet, sentenzi mogħtija fit-tieni istanza taħt l-ammont ta’ 4 000 Euro xorta waħda ma jistgħux jiġu appellati jew, meta l-ammont fil-kwistjoni ma jaqbiżx l-20 000 Euro, ir-reviżjoni quddiem il-Qorti Suprema trid tiġi awtorizzata mill-Qorti tat-Tieni Istanza (direttament jew permezz ta’ applikazzjoni ġdida).

Il-Qorti Suprema tiddeċiedi biss dwar kwistjonijiet legali u għalhekk fl-għotja tas-sentenza hija marbuta mal-fatti diġà stabbiliti. Hija tiddeċiedi għalhekk dwar il-korrettezza ta’ sentenza mogħtija fuq din il-bażi jew tindika xi invaliditajiet u, f’numru limitat, anki nuqqasijiet proċedurali fi proċeduri preċedenti. Il-Qorti Suprema m’għandhiex biss funzjoni ta’ qorti ta’ l-appell; anki hija stess tista’ tiddeċiedi fi kwistjoni (billi tikkonferma jew temenda sentenza), tħassar sentenzi preċedenti u titlob lill-Qorti ta’ l-Ewwel jew tat-Tieni Istanza biex jieħdu deċiżjoni mill-ġdid, jew tiċħad it-talba.

FuqFuq

II. Il-proċedura fit-Tribunal Industrijali

Kwistjonijiet industrijali, jiġifieri dawk il-kwistjonijiet legali ċivili marbuta ma’ tilwimiet industrijali msemmija f’§ 50 tal-Liġi Industrijali u Soċjali (ASGG), jiġu trattati fi proċedura speċjali. Dan jikkorrespondi mal-proċedura ċivili, li allura hija supplementata b’regoli partikolari.

Fi kwistjonijiet industrijali jiddeċiedu l-Qrati Reġjonali fl-ewwel istanza (fi Vjenna: it-tribunal industrijali u soċjali), fit-tieni istanza jiddeċiedu il-Qrati Reġjonali Ogħla u fl-aħħar istanza il-Qorti Suprema.

Fi proċeduri tat-tribunal industrijali jiddeċiedu Bordijiet, li fl-istanzi kollha huma magħmula minn imħallef wieħed jew numru ta’ mħallfin professjonali u mħallef mhux professjonali mill-klassi ta’ min iħaddem u ieħor minn dik ta’ l-impjegati.

Il-proċedura ta’ l-appell u r-reviżjoni kontra sentenzi mogħtija mill-Qrati ta’ l-Ewwel u t-Tieni Istanza tikkorrespondi mal-proċedura ċivili, għalkemm jeżistu anqas limitazzjonijiet fil-mezz legali ta’ l-appell. Għalhekk, fi kwistjonijiet industrijali, ir-reviżjoni quddiem il-Qorti Suprema hija dejjem permessa mingħajr limitazzjoni ta’ ammont fil-kwistjoni, meta l-każ ikun ta’ importanza legali kunsiderevoli.

III. Kwistjonjiet kummerċjali

Kwistjonijiet kummerċjali, jiġifieri dawk il-kwistjonijiet legali ċivili msemmija f’§ 51 ta’ l-Att dwar il-Ġurisdizzjoni (Jurisdiktionsnorm), li jinvolvu negozjant, jiġu trattati, bi ftit eċċezzjonijiet, fi proċedura ċivili. Fi kwistjonijiet kummerċjali fejn jiddeċiedu Bordijiet ta’ Imħallfin, imħallef mhux imħarreġ professjonalment fil-liġi mill-klassi tan-negozjanti jifforma parti mill-Qorti ta’ l-Ewwel u t-Tieni Istanza (iżda mhux quddiem il-Qorti Suprema)

IV. Il-proċedura f’każijiet mhux kontenzjużi

Kwistjonijiet tal-liġi ċivili, li minħabba n-natura speċjali tagħhom (l-aktar proċeduri dwar ftehim fuq xi kwistjoni, ta’ kustodja legali jew proċeduri li ma jinvolvux tipikament żewġ partijiet b’interessi opposti) ikunu ġew assenjati dan it-tip ta’ proċedura (komparabbli mal-ġurisdizzjoni volontarja), jiġu deċiżi fi proċedura mhux kontenzjuża.

Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet il-Qrati Distrettwali jiddeċiedu fl-ewwel istanza, il-Qrati Reġjonali fit-tieni istanza u l-Qorti Suprema fl-aħħar Istanza.

Fi proċedura mhux kontenzjuża jiddeċiedu normalment fl-ewwel istanza jew imħallef wieħed jew uffiċjal legali (uffiċjal li jkun studja apposta l-liġi), fit-tieni u t-tielet istanza Bordijiet magħmula minn tliet jew ħames imħallfin professjonali.

Il-proċedura ta’ l-appell hija komparabbli man-natura tal-proċedura ċivili. Madankollu, minħabba n-natura speċjali ta’ din il-proċedura, jeżistu anqas limitazzjonijiet fil-mezz legali ta’ l-appell. Sa ċertu limitu, jistgħu isiru sottomissjonijiet ġodda fil-Qorti tat-Tieni Istanza, minbarra l-mozzjonijiet u s-sottomissjonijiet magħmula fil-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza.

Minħabba d-diversità ta’ kwistjonijiet trattati f’dawn l-proċeduri jeżistu regolamenti speċjali differenti skond in-natura tagħhom.

« Organizzazzjoni tal-Ġustizzja - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 08-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit