Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 03-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jkopru l-kunċetti tal-“manteniment” u l-“obbligu ta’ manteniment” fil-liġi ta’ l-Iżvezja? Liema persuni jridu jħallsu “manteniment” lil persuna oħra u f’liema każijiet? 1.
2. Sa liema età jistgħu l-ulied jibbenefikaw mill-manteniment? 2.
3. F’liema każijiet tapplika l-liġi ta’ l-Iżvezja? 3.
4. Fejn din il-liġi ma tapplikax, liema liġi japplikaw il-qrati ta’ l-Iżvezja? Jekk kemm il-persuna li titlob il-mantentiment u l-persuna li għandha tagħti l-manteniment jinsabu fl-Iżvezja. 4.
5. Biex tieħu l-manteniment, trid tapplika għand organizzazzjoni speċfika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew tagħmel rikors fil-Qorti? 5.
5.A. Kif napplika għall-manteniment għand din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali), u xi proċeduri japplikaw? 5.A.
6. Tista’ tagħmel talba f’isem xi ħadd jiġi minnek, qarib, jew tfal taħt l-età? 6.
7. Jekk il-persuna li qed titlob il-manteniment bi ħsiebha tiftaħ kawża fil-qorti, kif tkun taf liema qorti għandha ġuriżdizzjoni? 7.
8. Min jagħmel it-talba jrid juża intermedjarju biex jiftaħ kawża fil-qorti (p.e. avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) eċċ.)? Jekk le, xi proċeduri japplikaw? 8.
9. Min jagħmel it-talba jkollu jħallas xi drittijiet biex jiftaħ kawża fil-qorti? Jekk iva, kemm jistgħu jkunu? Jekk il-mezzi ta’ din il-persuna ma jippermettux, tista’ din tikseb xi għajnuna legali sabiex tkopri l-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. X’tip ta’ manteniment jista’ jkun ordnat? Jekk tkun ordnata xi għajnuna, kif titqies? Tista’ ssir xi reviżjoni tad-deċiżjoni sabiex ikunu koperti bidliet fl-għoli tal-ħajja jew fiċ-ċirkustanzi tal-familja? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment? 11.
12. Jekk il-persuna li qed tintalab tagħti l-manteniment ma tħallasx minn jeddha, x’azzjoni tista’ tittieħed sabiex tkun imġiegħla tħallas? 12.
13. Hemm xi organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li tista’ tgħin biex jiġi rkuprat il-manteniment? 13.
14. Jistgħu dawn iħallsu l-manteniment jew parti minnu huma stess minflok il-persuna li qiegħda tintalab tagħti l-manteniment? 14.
15. Tista’ l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tikseb l-assistenza ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Iżvezja? 15.
16. Jekk iva, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 16.
17. X’tip ta’ assistenza tista’ tirċievi l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni mingħand dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 17.
18. Tista’ l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tressaq talba għal xi tagħrif direttament quddiem organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Iżvezja? 18.
19. Jekk iva, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 19.
20. X’tip ta’ assistenza tista’ tagħti din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) lill-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni? 20.

 

1. Xi jkopru l-kunċetti tal-“manteniment” u l-“obbligu ta’ manteniment” fil-liġi ta’ l-Iżvezja? Liema persuni jridu jħallsu “manteniment” lil persuna oħra u f’liema każijiet?

L-ulied, il-konjuġi u l-konjuġi ddivorzjati huma eliġibbli biex jibbenefikaw minn deċiżjonijiet ta’ manteniment. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligi ta’ manteniment bejn il-konjuġi japplikaw ukoll għal sħab irreġistrati.

It -tfal:

Il-ġenituri huma responsabbli għall-manteniment tat-tfal tagħhom skond dak li huwa raġonevoli meta jitqiesu il-ħtiġijiet tat-tfal u l-kapaċità finanzjarja taż-żewġ ġenituri flimkien. Persuna mingħajr l-ebda kapaċità li tikkontribwixxi biex tipprovdi għal uliedha ma hijiex responsabbli biex tipprovdi manteniment.

Persuna li la għandha kustodja ta’ uliedha u lanqas ma tgħix mat-tfal permanentement għandha tissodisfa l-obbligi tagħha tal-manteniment billi tagħti ħlas regolari ta’ manteniment. Persuna li għandha kustodja konġunta ta’ uliedha flimkien mal-ġenitur l-ieħor/l-oħra tista’ wkoll tkun responsabbli tagħmel ħlas regolari ta’ manteniment. Dan huwa l-każ jekk l-ulied jgħixu permanentement mal-ġenitur l-ieħor/l-oħra biss, kemm jekk il-persuna l-oħra tgħix waħidha u kemm jekk tgħix flimkien ma sieħeb/sieħba ġodda.

Il-ħlasijiet tal-manteniment għandhom ikunu ddeterminati b’sentenza jew bi ftehim.

Il-ħlasijiet għandhom isiru bil-quddiem għal kull xahar kalendarju. Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar mod ieħor ta’ ħlas jekk ikun hemm raġunijiet speċjali li jsir hekk.

Ftehim li bis-saħħa tiegħu il-manteniment li għandu jitħallas fil-futur jitħallas permezz ta’ somma (lump sum) jew għal perjodi li jaqbżu t-tliet xhur huwa validu biss meta jkun sar bil-miktub u quddiem żewġ xhieda. Jekk it-tfal ikunu taħt it-tmintax-il sena, il-ftehim irid ikun approvat ukoll mill-Kumitat ta’ l-Għajnuna Soċjali.

FuqFuq

Manteniment fil-forma ta’ somma għandu jitħallas lill-Kumitat ta’ l-Għajnuna Soċjali jekk it-tfal ikunu taħt it-tmintax-il sena. Is-somma mħallsa lill-kumitat għandha tintuża biex tinxtara annwalità xierqa mingħand kumpanija ta’ l-assigurazzjoni għall-skond l-obbligu li t-tfal ikun mantnuti, sakemm il-ftehim ma jeskludix dan u sakemm il-Kumitat ma jsibx li s-somma tisata’ tintuża b’xi mod ieħor xieraq għall-manteniment tat-tfal.

Rikors biex ikunu stabbiliti ħlasijiet ta’ manteniment ma jistax jingħata għal perjodu retroattiv ta’ aktar minn tliet snin qabel id-data li fiha jkunu nbdew il-proċeduri, sakemm il-persuna li għandha tħallas il-manteniment ma taqbilx ma' dan.

Il-konjuġi:

Matul iż-żwieġ, il-konjuġi għandhom it-tnejn ir-responsabbiltà għall-manteniment tagħhom. Jekk xi ħadd mill-konjuġi ma jistax imantni lilu nnifsu kompletament, l-ieħor/l-oħra huma responsabbli wkoll biex jikkontribwixxu għall-ħtiġiet personali tal-persuna li ma tistax.

Wara d-divorzju, iż-żewġ individwi huma t-tnejn responsabbli kull wieħed u waħda biex jipprovdu għalihom stess individwalment, skond ir-regola ġenerali. Madankollu, jekk xi ħadd mill-konjuġi jkollu bżonn flus għall-manteniment tiegħu stess għal perjodu tranżizzjonali, dan ikun intitolat għal għajnuna mill-persuna l-oħra skond ma jkun raġonevoli, meta titqies il-kapaċità ta’ dik il-persuna u ċirkustanzi oħra. F’każijiet eċċezzjonali, persuna tista tirċievi manteniment mingħand il-persuna l-oħra għal perjodu itwal.

Jekk il-kojuġi ma jistgħux jaqblu dwar il-kwistjoni tal-manteniment, it-tilwima tista’ tkun deċiża mill-qorti.

FuqFuq

Wara d-divorzju, l-għoti tal-manteniment jista’ jkun perjodiku. Madankollu, jista’ jkun ordnat ħlas ta’ somma jekk ikun hemm raġunijiet speċjali, p.e. li l-persuna trid tħallas kontribuzzjoni għall-pensjoni.

Rikors biex jiġu stabbiliti ħlasijiet ta’ manteniment ma jistax jingħata għal perjodu retroattiv ta’ aktar minn tliet snin qabel id-data li fiha jkunu nbdew il-proċeduri, sakemm il-persuna li għandha tħallas il-manteniment ma taqbilx ma’ dan.

2. Sa liema età jistgħu l-ulied jibbenefikaw mill-manteniment?

Tfal

  1. Taħt it-tmintax-il sena jew
  2. ’il fuq minn tmintax-il sena, imma taħt il-wieħed u għoxrin sena, jekk l-edukazzjoni bażika tat-tfal għadha ma spiċċatx,

jistgħu jibbenefikaw minn ħlas ta’ manteniment.

3. F’liema każijiet tapplika l-liġi ta’ l-Iżvezja?

Bħala regola, il-liġi Żvediża tapplika f’każijiet fejn il-persuna dipendenti għandha r-residenza abitwali tagħha fl-Iżvezja jew fejn il-partijiet qablu li japplikaw il-liġi Żvediża.

4. Fejn din il-liġi ma tapplikax, liema liġi japplikaw il-qrati ta’ l-Iżvezja? Jekk kemm il-persuna li titlob il-mantentiment u l-persuna li għandha tagħti l-manteniment jinsabu fl-Iżvezja.

Bħala regola, tapplika l-liġi ta’ l-istat fejn il-persuna dipendenti jkollha r-residenza abitwali.Il-partijiet ikunu wkoll jistgħu jaqblu li tkun applikata kwalunkwe liġi oħra barranija jekk hemm xi fattur li jorbot.

5. Biex tieħu l-manteniment, trid tapplika għand organizzazzjoni speċfika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew tagħmel rikors fil-Qorti?

5.A. Kif napplika għall-manteniment għand din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali), u xi proċeduri japplikaw?

Il-ħlasijiet tal-manteniment jistgħu jkunu ffisati jew bi ftehim jew b’deċiżjoni tal-qorti.

FuqFuq

6. Tista’ tagħmel talba f’isem xi ħadd jiġi minnek, qarib, jew tfal taħt l-età?

Persuna li għandha l-kustodja ta’ wliedha għandha s-setgħa li titlob mantentiment f’isem uliedha taħt l-età.

7. Jekk il-persuna li qed titlob il-manteniment bi ħsiebha tiftaħ kawża fil-qorti, kif tkun taf liema qorti għandha ġuriżdizzjoni?

Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni jinsabu fil-Kodiċi tat-Tfal u l-Ġenituri u l-Kodiċi taż-Żwieġ. Din il-persuna tista’ wkoll tilob l-informazzjoni mingħand p.e. qorti lokali jew kumitat ta’ l-għajnuna soċjali.

8. Min jagħmel it-talba jrid juża intermedjarju biex jiftaħ kawża fil-qorti (p.e. avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) eċċ.)? Jekk le, xi proċeduri japplikaw?

Le.

9. Min jagħmel it-talba jkollu jħallas xi drittijiet biex jiftaħ kawża fil-qorti? Jekk iva, kemm jistgħu jkunu? Jekk il-mezzi ta’ din il-persuna ma jippermettux, tista’ din tikseb xi għajnuna legali sabiex tkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Il-proċeduri tal-qorti nfushom huma bla ħlas fl-Iżvezja bl-eċċezzjoni tad-dritt fir-rigward tar-rikors, li bħalissa huwa ta’ SEK 450. Għaldaqstant, l-aktar spiża tipika tkun dik tad-drittijiet ta’ l-avukati. Jista’ wkoll ikun hemm xi spejjeż marbuta mal-ġbir tal-provi u max-xhieda.

Ma jistgħux jingħataw stimi ta’ kif ivarjaw dawn l-ispejjeż tal-proċeduri, billi dawn ivarjaw minn każ għall-ieħor.

FuqFuq

Kull persuna li ma hijiex ċittadin/(a) u li ma tkunx tgħix fl-Iżvezja, la fil-preżent u lanqas fi stadju preċedenti, tista’ tirċievi għajnuna legali għal kwistjonijiet li se jinstemgħu fl-Iżvezja, jekk ikun hemm raġunijiet speċjali. Jekk il-każ se jkun eżaminat barra, l-għajnuna legali tista’ tingħata jekk il-persuna tkun residenti l-Iżvezja. Ċittadini ta’ l-Istat Membri ta’ l-UE għandhom l-istess drittijiet għall-għajnuna legali bħaċ-ċittadini Żvediżi. Ċittadini ta’ Stati oħra jkollhom l-istess drittijiet jekk ikun hemm ir-reċiproċità.

Tsta’ tingħata assistenza amministrattiva mill-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali, id-Dipartiment ta’ Barra (SIO).

10. X’tip ta’ manteniment jista’ jkun ordnat? Jekk tkun ordnata xi għajnuna, kif titqies? Tista’ ssir xi reviżjoni tad-deċiżjoni sabiex ikunu koperti bidliet fl-għoli tal-ħajja jew fiċ-ċirkustanzi tal-familja?

L-istima tal-manteniment hija bbażata fuq kriterji tal-liġi. Il-ġenituri huma intitolati jżommu mid-dħul tagħhom wara li tinqata’ t-taxxa ammont għall-manteniment tagħhom individwali. L-ispejjeż tad-dar ikunu ġeneralment ikkalkulati. Barra minn hekk, hemm spejjeż oħra tal-ħajja, li jkunu kkalkulati bl-għajnuna ta’ ammont standard marbut ma’ l-indiċi. Il-persuna li għandha tħallas il-manteniment tista’ tirriserva wkoll ammont ta’ manteniment għal persuna li tkun iżżewġet u li tkun toqgħod fl-istess dar jekk ikun hemm raġunijiet speċjali. Fl-aħħarnett, il-ġenitur li għandu jħallas jista’ jagħmel riżerva għal ammont biex jipprovdi għal tfal li għadhom id-dar. Kemm, minn dak li jibqa’, għandu jintalab għall-manteniment jiddependi, fost affarijiet oħra, mill-ħtiġiet ta’ l-ulied u l-kapaċità tal-ġenitur l-ieħor li joħroġ l-ispejjeż għall-manteniment. Sa ċertu limitu, jista’ jsir tnaqqis għal spejjeż biex jinżamm il-kuntatt.

FuqFuq

Meta r-rikors ikun għall-manteniment fir-rigward tal-persuna l-oħra mill-konjuġi, ma hemm l-ebda kriterji legali stretti. Madankollu, uħud mill-kriterji ta’ l-istima msemmija hawn fuq iservu ta’ gwida.

Il-manteniment huwa kontinwament adattat għall-bidliet fl-ispejjeż tal-ħajja skond bidliet fl-ammont tal-bażi tal-prezz. Il-Bord Nazzjonali ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali jistabbilixxi kull sena jekk l-ammont tal-manteniment għandux jinbidel u, jekk iva, b’liema perċentwal. It-tibdil, normalment fl-1 ta’ Frar, japplika għall-ammont ta’ manteniment li kien deċiż qabel l-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ qabel eżatt.

Din il-qorti tista’ taġġusta deċiżjoni jew ftehim li jikkonċerna l-manteniment jekk tinqala’ din il-ħtieġa minħabba bidla fiċ-ċirkustanzi. Għal perjodu ta’ qabel il-ftuħ tal-kawża, aġġustment ikkontestat minn xi ħadd mill-partijiet jista’ jieħu biss il-forma ta’ tnaqqis jew tħassir ta’ ħlasijiet li għadhom ma sarux. Biex il-qorti żżid il-manteniment b’riżultat ta’ bidliet fiċ-ċirkustanzi fir-rigward ta’ konjugi ddivorzjati, jinħtieġu raġunijiet straordinarji.

Il-qorti tista’ wkoll tibdel ftehim ta’ manteniment jekk il ftehim ma jkunx raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkustanzi Madankollu, il-ħlas lura ta’ manteniment ġa riċevut jista’ jkun ordnat biss jekk ikun hemm raġunijiet speċjali biex issir ordni bħal din.

Jekk l-ammont ta’ ħlas ta’ manteniment perjodiku għat-tfal ma nbidilx matul perjodu ta’ sitt snin, ħlief permezz ta’ aġġustament awtomatiku, il-qorti tista’, fir-rigward tal-perjodu ta’ wara l-ftuħ tal-kawża, tirrevedi dak li kien deċiż qabel dwar il-manteniment, mingħajr il-bażi għall-aġġustamenti msemmija hawn fuq.

FuqFuq

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment?

Il-ħlasijiet tal-manteniment għandhom isiru lill-persuna dipendenti. Jekk il-persuna dipendenti hija tfal taħt it-tmintax-il sena, l-għajnuna għandha titħallas lill-persuna li għandha l-kustodja u li tgħix mat-tfal. Jekk l-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali lokali jħallas għajnuna ta’ manteniment għat-tfal lill-persuna li għandha l-kustodja ta’ wliedha, il-persuna li għandha tħallas il-manteniment jista’ jkollha tħallas lura lill-Istat.

12. Jekk il-persuna li qed tintalab tagħti l-manteniment ma tħallasx minn jeddha, x’azzjoni tista’ tittieħed sabiex tkun imġiegħla tħallas?

Il-każijiet li jikkonċernaw l-infurzar ta’ deċiżjoniet ta’ manteniment għat-tfal u ta’ manteniment fir-rigward tal-konjugi jew ta’ membri oħra tal-familja huma trattatti minn uffiċjal tas-Servizz ta’ l-Infurzar. Ir-rikors isir bil-fomm jew bil-miktub. It-titolu ta’ l-infurzar għandu jkun ippreżentat ma’ l-applikazzjoni. Ftehim bil-miktub, u quddiem żewġ xhieda, dwar għoti ta’ manteniment skond il-Kodiċi taż-Żwieġ u l-Kodiċi tal-Ġenituri ikun infurzat bħala sentenzi li daħlu fis-seħħ kompletament. Każ dwar l-infurzar ikun ipproċessat għal sena mid-data tar-rikors, imma jista’ jittawwal għal perjodu mhux limitat.

13. Hemm xi organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li tista’ tgħin biex jiġi rkuprat il-manteniment?

Jekk il-każ għandu elementi f’pajjiżi differenti (i.e. il-persuna li tagħmel il-petizzjoni u l-persuna li għandha tagħti l-manteniment jinsabu fi stati membri differenti) tista’ tingħata assistenza amministrattiva mill-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali, id-Dipartiment ta’ Barra (SIO).

FuqFuq

F’każijiet domestiċi, il-Kumitat ta’ l-Għajnuna Soċjali jista’ jagħtik parir dwar kif għandek timxi.

14. Jistgħu dawn iħallsu l-manteniment jew parti minnu huma stess minflok il-persuna li qiegħda tintalab tagħti l-manteniment? 

Il-manteniment ta’ għajnuna għal tfal ta’ ġenituri separati jitħallas lill-persuna li għandha l-kustodja ta’ wliedha mill-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali tal-lokal bir-rata ta’ SEK 1173/xahar. Din id-deċiżjoni dwar il-manteniment ta’ għajnuna tittieħed wara rikors fl-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali. Il-persuna responsabbli għall-manteniment ta’ wliedha trid tħallas lura lil-Istat, skond id-dħul u t-total ta’ tfal li jkollha. Jekk, minflok, il manteniment jitħallas direttament lill-persuna li għandha l-kustodja ta’ wliedha, l-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali iħallas manteniment imnaqqas l-istess. L-obbligu tal-ħlas lura huwa qabelxejn iddeterminat permezz ta’ proċess amministrattiv. Ma hemm l-ebda raġuni biex xi ħadd mit-tfal jew il-ġenituri jitolbu lill-qorti toħroġ ordni ta’ mannteniment, sakemm il-persuna responsabbli għall-manteniment ta’ wliedha ma għandhiex tħallas aktar minn SEK 1173/xahar u tittraskura din l-obbligazzjoni.

Għal familji li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, japplika r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali lil persuni qiegħda u l-familji tagħhom li jimxu minn post għal ieħor tal-Komunità. F’dawn il-każijiet, it-tfal huma intitolati għall-benefiċċji lill-familja. Skond ir-Regolament Nru 1408/71, il-manteniment ta’ għajnuna jitqies bħala benefiċċju lill-familja.

FuqFuq

It-tfal li jgħixu barra mill-Unjoni Ewropea ma humiex intitolati għall-manteniment ta’ għajnuna mill-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali. F’dawk il-każijiet,

il- manteniment ikun deċiż permezz ta’ ftehim jew proċess ġudizzjarju.

Jekkil-persuna responsabbli għall-manteniment ta’ wliedha tgħix barra, l-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali jista’ jordna lill-persuna li għandha l-kustodja ta’ wliedha biex tieħu passi sabiex l-obbligu tal-manteniment ikun iddeterminat permezz ta’ proċess ġudizzjarju. L-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali jieħu f’idejh id-dritt tat-tfal għall –manteniment sas-somma mħallsa mill-uffiċċju bħala manteniment ta’ għajnuna.

Ma hemm l-ebda possibbiltà li persuna miżżewġa tieħu għajnuna ta’ manteniment mill-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali. Il-manteniment ikun deċiż permezz ta’ ftehim jew proċess ġudizzjarju.

Persuna li magħha uliedha jgħixu permanentement u li r-residenza tagħhom hija rreġistrata fuqha għandha s-setgħa li tagħmel rikors għall-għajnuna ta’ manteniment.

15. Tista’ l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tikseb l-assistenza ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Iżvezja?

Tista’ tingħata assistenza amministrattiva lill-persuna kredititriċi mill-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali, id-Dipartiment ta’ Barra (SIO).

16. Jekk iva, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Permezz ta’ l-aġenzija/aġenziji li jittrażmettu fl-istat fejn toqgħod il-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni skond il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ta’ l-1956 dwar l-Irkupru Barra ta’ Manteniment.

17. X’tip ta’ assistenza tista’ tirċievi l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni mingħand dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

L-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali, id-Dipartiment ta’ Barra (SIO) għandu jieħu, f’isem il-persuna kreditriċi, il-passi kollha xierqa għall-irkupru tal-manteniment, inklużi l-ħlas ta’ talba u, fejn huwa neċessarju, il-ftuħ u l-prosekuzzjoni ta’ kawża għall-manteniment u t-twettiq ta’ kull ordni jew att ġudizzjarju ieħor għall-ħlas tal-manteniment.

18. Tista’ l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tressaq talba għal xi tagħrif direttament quddiem organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Iżvezja?

Jekk il-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni trid tirkupra l-manteniment taħt il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ta’ l-1956 dwar l-Irkupru Barra ta’ Manteniment, trid taġixxi permezz ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali, id-Dipartiment ta’ Barra (SIO).

19. Jekk iva, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

---

20. X’tip ta’ assistenza tista’ tagħti din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) lill-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 17.

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit