Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 30-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Slovenja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jkopru l-kunċetti tal-“manteniment” u l-“obbligu ta’ manteniment” skond il-liġi tas-Slovenja? 1.
2. Sa liema età jistgħu jibbenrfikaw minn ħlas ta’ manteniment it-tfal? 2.
3. F’liema każijiet japplika d-dritt Sloven? 3.
4. Fejn ma japplikax id-dritt Taljan, xi dritt japplikaw il-qrati tas-Slovenja? 4.
5. It-talba għall-manteniment trid issir lil organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern jew qorti? 5.
5.A. Kif napplika għall-manteniment mingħand dinl-organizzazzjoni jew dipartiment ta-gvern jew qorti? 5.A.
6. Tista’ tagħmel talba f’isem xi ħadd jiġi minnek, qarib jew tfal taħt l-età? 6.
7. Liema qorti għandha ġurisdizzjoni? 7.
8. Min jagħmel it-talba jrid jinqeda b’persuna intermedjarja biex jiftaħ kawża? 8.
9. Min jagħmel it-talba jidħol f’xi spejjeż biex jiftaħ kawża? Jekk iva, kemm għandi nistenna li jitilgħu? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ min jagħmel it-talba ma jkunux jippermettu, jista’ dan iġib għajnuna legali biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. X’tip ta’ manteniment nistenna li tagħtini l-qorti? Jekk tingħatali għajnuna, kif tiġi kkalkulata? Tista’ d-deċiżjoni tal-qorti tiġi riveduta fid-dawl tal-bidliet fl-għoli tal-ħajja jew taċ-ċirkustanzi tal-familja? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment? 11.
12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx minn jeddu, x’azzjoni tista’ tittieħed biex jiġi mġiegħel iħallas? 12.
13. Hemm xi organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern li jista’ jgħini nirkupra l-manteniment? 13.
14. Jista’ min jagħmel it-talba jitlob assistenza mingħand organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern? 14.
15. Jista’ min jagħmel it-talba jitlob assistenza mingħand organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern? 15.
16. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern? 16.
17. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi mingħand dawn l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern min jagħmel it-talba? 17.
18. Jista’ min jagħmel it-talba jindirizza t-talba direttament lil organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern? 18.
19. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern? 19.
20. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi mingħand dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern min jagħmel it-talba? 20.

 

1. Xi jkopru l-kunċetti tal-“manteniment” u l-“obbligu ta’ manteniment” skond il-liġi tas-Slovenja?

Il-kunċett tal-manteniment, li jitlob relazzjonijiet ġusti u etiċi bejn il-qraba, huwa wieħed mill-iktar istituzzjonijiet importanti tal-liġi tal-familja.

L-obbligu jew l-għoti tal-manteniment huma istituzzjoni tal-liġi tal-familja li tistrieħ fuq wieħed mill-prinċipji fundamentali: is-solidarjetà tal-familja u l-assistenza reċiproka bejn il-membri tal-familja. L-għotjiet tal-manteniment ġeneralment jitħallsu volontarjament, qabelxejn minħabba rabtiet personali bejn il-familjari, imma dawn jistgħu jiġu infurzati mill-qrati.

Fis-Slovenja, it-terminu ‘manteniment’ (preživnina) ikopri s-sosteniment (preživljanje) tal-miżżewġin (qabel), it-tfal u l-ġenituri. Barra mit-tifsira ġenerali ta’ ‘soteniment’ u ‘appoġġ’, dan jirrappreżenta l-għajnuna allokata mill-qorti għat-tfal. Għalhekk, din tkopri kulma persuna hija obbligata bil-liġi li tiddedika għall-ħtiġijiet tal-ħajja ta’ wliedha jew tal-persuna l-oħra fiż-żwieġ. Dan it-terminu jista’ wkoll jintuża għas-sosteniment ta’ ġenituri li ma jkollhomx fondi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom u li għalhekk uliedhom huma obbligati jmantnuhom. Dan jista’ jirreferi wkoll għas-somma ta’ flus allokata għall-manteniment.

Liema persuni jridu jagħtu ħlas ta’ manteniment lil persuna oħra?

  1. il-ġenituri jridu jħallsu lit-tfal (l-Artikli 103 u 123 ta’ l-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet fil-Familja (Zakon o zakonski zvezi in družinskih razmerjih - ZZZDR) – dan japplika wkoll għall-ġenituri adottivi;
  2. l-ulied iridu jħallsu lill-ġenituri (l-Artiklu 124 ZZZDR) – dan japplika wkoll għat-tfal adottivi;
  3. persuna miżżewġa jew sieħeb/sieħba mhux miżżewġa huma obbligati jmantnu t-tfal tal-parti l-oħra fiż-żwieġ jew tas-sieħeb/sieħba tagħhom fejn it-tfal ikunu minorenni u jgħixu ma’ l-imsemmijin parti l-oħra fiż-żwieġ jew sieħeb/sieħba, għajr fejn żewġ/mart jew is-sieħeb/sieħba ta’ l-imsemmijin parti l-oħra fiż-żwieġ jew sieħeb/sieħba jew il-ġenitur l-ieħor ikunu kapaċi jmantnu t-tfal (l-Artiklu 127 ZZZDR);
  4. persuna miżżewġa li ma jkollha l-ebda mezzi ta’ għajxien u tkun wieqfa mix-xogħol bla ebda ħtija tagħha għandha d-dritt li tiġi mantnuta mill-parti l-oħra fiż-żwieġ safejn dan ikun fil-kapaċitajiet ta’ din il-parti l-oħra (l-Artikli 50 u 81 ZZZDR);
  5. persuna miżżewġa dipendenti fuq il-parti l-oħra tista’ titlob manteniment f’kawża tad-divorzjau u anki billi tgippreżenta talba speċjali fi żmien sena minn meta divorzju jidħol fis-seġġ finalment (l-Artiklu 81a ZZZDR).

2. Sa liema età jistgħu jibbenrfikaw minn ħlas ta’ manteniment it-tfal?

Il-ġenituri huma obbligati jmantu lil uliedhom sa l-età maġġuri jekk dawn ikunu jattendu regolarment istituzzjoni edukattiva. Madanakollu, jekk it-tfal jattendu regolarment istituzzjoni edukattiva skond il-ftehim speċjali dwar l-istudju (“izredni studij”), il-ġenituri jridu wkoll imantnuhom wara l-età maġġuri, sa l-età massima ta’ sitta u għoxrin sena.

FuqFuq

3. F’liema każijiet japplika d-dritt Sloven?

Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal jiġu ġġudikati skond il-liġi tal-pajjiż li jkollhom iċ-ċittadinanza tiegħu.

Jekk il-ġenituri u t-tfal ikunu ċittadini ta’ pajjiżi differenti, il-liġi li tapplika hija dik tal-pajjiż fejn jgħixu b’mod permanenti. Jekk il-ġenituri u t-tfal ikunu ċittadini ta’ pajjiżi differenti u ma jkunux jgħixu b’mod permanenti fl-istess pajjiż, il-liġi li tapplika tkun dik tal-pajjiż li t-tfal ikollhom iċ-ċittadinanza tiegħu (l-Artiklu 42 ta’ l-Att dwar id-Dritt u l-Proċedura Internazzjonali Privati (Zakon o mednarodnem zasebnem pravu in postopku - ZMZPP).

4. Fejn ma japplikax id-dritt Taljan, xi dritt japplikaw il-qrati tas-Slovenja?

Ara taħt il-punt 3.

5. It-talba għall-manteniment trid issir lil organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern jew qorti?

Jekk il-ġenituri ma jkunux jgħixu flimkien jew ma jibqgħux jgħixu flimkien, dawn jaqblu dwar il-manteniment għat-tfal tagħhom f’daqqa. Jekk huma stess ma jaqblux, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (Center za socialno delo) jgħinhom jilħqu ftehim. Jekk il-ġenituri jibqgħu ma jaqblux dwar il-manteniment għat-tfal tagħhom f’daqqa, lanqas bl-għajnuna tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-qorti tiddeċiedi, fuq talba ta’ xi ħadd mill-ġenituri jew tat-tnejn li huma.

5.A. Kif napplika għall-manteniment mingħand dinl-organizzazzjoni jew dipartiment ta-gvern jew qorti?

Ħaddiem speċjalist jistieden lill-koppja għal konsulta fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mhux iktar tard mhux minn 15-il jum wara l-konsenja tal-proposta ta’ ftehim tad-divorzju jew it-talba għad-divorzju. F’din il-laqgħa, l-ispeċjalist jagħmel l-almu tiegħu partikularment sabiex iwassal lill-koppja biex jiftiehmu dwar ir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom lejn uliedhom komuni. Huwa/hija jfasslu dokument dwar dak li jinstab jew dwar il-ftehimiet milħuqa fil-laqgħa u jitlob lill-koppja biex jiffirmawh fl-aħħar tal-laqgħa. Fuq il-bażi ta’ dan id-dokument, huwa/hija jipproduċu rapport li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibgħat lill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fil-kwistjoni.

FuqFuq

6. Tista’ tagħmel talba f’isem xi ħadd jiġi minnek, qarib jew tfal taħt l-età?

Tista’ ssir talba mir-rappreżentant tat-tfal f’isem it-tfal.

7. Liema qorti għandha ġurisdizzjoni?

Il-qorti lokali (l-Artiklu 32 ta’ l-Att dwar il-Proċedura Ċivili – ZPP) li jkollha ġurisdizzjoni lokali ġenerali għall-parti konvenuta, jiġifieri l-qorti li l-parti konvenuta tkun tgħix, b’mod temporanju jew permanenti, fit-territorju tagħha (l-Artiklu 47 ZPP). Madanakollu, f’kawżi dwar il-manteniment legali fejn il-parti attriċi tkun il-persuna li qed titlob il-manteniment (l-Artiklu 50 ZPP), il-ġurisdizzjoni ma tkunx biss tal-qorti li jkollha ġurisdizzjoni lokali ġenerali imma wkoll tal-qorti li l-parti attriċi tkun tgħix, b’mod temporanju jew permanenti fit-territorju tagħha.

8. Min jagħmel it-talba jrid jinqeda b’persuna intermedjarja biex jiftaħ kawża?

Iva, min jagħmel it-talba jrid l-ewwel jirrikorri għand id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim hemm, dan jista’ jitlob lill-qorti biex tiddeċiedi dwar manteniment għat-tfal. It-talbiet ippreżentati fil-qorti minn xi ħadd mill-ġenituri jridu jkunu akkumpanjati b’konferma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li l-ġenituri jkunu ppruvaw, bl-għajnuna tiegħu, li jaqblu dwar il-manteniment tat-tfal.

9. Min jagħmel it-talba jidħol f’xi spejjeż biex jiftaħ kawża? Jekk iva, kemm għandi nistenna li jitilgħu? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ min jagħmel it-talba ma jkunux jippermettu, jista’ dan iġib għajnuna legali biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Biex tippreżenta talba għall-ħlas tal-manteniment, trid tħallas dritt tal-qorti ta’ 250 punt, li jammonta għal SIT 4 750.00. Parti li jkollha diffikultajiet finanzjarji tista’ tagħmel talba għall-għajnuna legali bla ħlas jew eħenzjoni mill-ħlas tad-drittijiet tal-qorti u l-ispejjeż tal-kawża. L-għajnuna legali bla ħlas hija rregolata bl-Att dwar l-għajnuna legali bla ħlas (Zakon o brezplačni pravni pomoči - ZBPP), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ din l-għajnuna u l-ambitu rispettiv (id-dritt għall-fondi biex persuna tkopri l-ispejjeż ta’ l-għajnuna legali b’mod sħiħ jew parzjalment u l-eżenzjoni mill-ħlas ta’ l-ispejjeż tal-kawża). Fil-kawża nnifisha, wieħed jista’ wkolljgħmel talba għall-eżenzjoni mill-ħlas tad-drittijiet tal-qorti jew l-eżenzjoni mill-ħlas ta’ l-ispiża tal-kawża; il-kundizzjonijiet rilevanti huma stabbiliti fl-Artikli 168 u 169 ZPP.

FuqFuq

10. X’tip ta’ manteniment nistenna li tagħtini l-qorti? Jekk tingħatali għajnuna, kif tiġi kkalkulata? Tista’ d-deċiżjoni tal-qorti tiġi riveduta fid-dawl tal-bidliet fl-għoli tal-ħajja jew taċ-ċirkustanzi tal-familja?

Il-manteniment jiġi ffissat bħala ammont fix-xahar li jitħallas bil-quddiem u jista’ jintalab minn meta tiġi preżentata din l-applikazzjoni. L-ammont jiġi ddeterminat fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ min jagħmel it-talba u l-kapaċitajiet materjali u ta’ gwadann tad-debitur. Meta tikkalkula l-manteniment għat-tfal, il-qorti trid taġixxi fl-aħjar interess tat-tfal, u tiffissa livell li jkun adegwat sabiex jiżgura l-iżvilupp fiżiku u mentali sodisfaċenti tat-tfal. Il-manteniment għandu jkopri l-ispejjeż ta’ l-għixien tat-tfal, partikularment l-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni, l-ikel, l-ilbies, iż-żraben, il-kura u l-protezzjoni, l-edukazzjoni, l-iskola, ir-rikreazzjoni, id-divertiment u ħtiġijiet specjali oħra. Fuq talba ta’ min jagħmel it-talba jew tad-debitur, il-qorti tista’ tgħolli, tnaqqas jew tannulla l-manteniment pemezz ta’ ordni għall-infurzar jekk ikun hemm xi bidliet fil-ħtiġijiet ta’ min jagħmel it-talba jew fil-kapaċità tad-debitur li servew bħala bażi għad-determinazzjoni ta’ l-ammont tal-manteniment (l-Artikli 129, 129a, 131c and 132 ZZZDR).

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment?

Il-manteniment jitħallas għax-xahar kurrenti, sa data speċifika f’dak ix-xahar, lill-ġenitur li jkollu kustodja tat-tfal. Jekk il-ħlas isir tard, irid jitħallas ukoll l-interess fuq l-arretrati skond il-liġi.

FuqFuq

12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx minn jeddu, x’azzjoni tista’ tittieħed biex jiġi mġiegħel iħallas?

Trid tiġi ppreżentata proposta għall-infurzar fid-dipartiment tal-qorti ċivili skond l-Att dwar l-Eżekuzzjoni tad-Deċiżjonijet fil-Kawżi Ċivili u l-Assigurazzjoni tal-Kawżi (Zakon o izvršbi in zavarovanju).

13. Hemm xi organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern li jista’ jgħini nirkupra l-manteniment?

Iva, il-Fond Pubbliku ta’ Garanzija u Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja (Javni jamstveni in preživninski sklad Republike Slovenije). (L-Att tal-Fond Pubbliku ta’ Garanzija u Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja – ZJSRS – Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 25/1997, kif emendat.)

14. Jista’ min jagħmel it-talba jitlob assistenza mingħand organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern?

Il-Fond jagħmel ħlasijiet lir-rappreżentant legali tat-tfal minflok manteniment mill-15-il jum tax-xahar kurrenti. It-tfal ikunu intitolati għall-ħlasijiet fejn jingħataw manteniment skond deċiżjoni finali tal-qorti, ordni provviżorja tal-qorti jew ftehim milħuq mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u d-debitur jibqa’ ma jħallasx, sakemm it-tfal ikunu għad m’għalqux it-18-il sena u jkunu ċittadini tar-Repubbliku tas-Slovenja u jgħixu hemm b’mod permanenti, jew ikunu barranin jgħixu b’mod permanenti fis-Slovenja u jkunu koperti bi ftehim internazzjonali bilaterali xieraq jew arranġament reċiproku. It-tfal ikunu intitolati għal ħlasijiet sostituttivi jekk il-proċedimenti għall-infurzar skond ir-regoli li jirregolaw l-infurzar u s-salvagwardja tat-talbiet ma jkunux irnexxew jew ikunu ilhom għaddejja għal iktar minn tliet xhur. Id-dritt jinkiseb mill-ewwel jum tax-xahar wara x-xahar meta tiġi ppreżentata t-talba.

FuqFuq

L-ammont ta’ ħlas sostituttiv ikun kif ġej:

  • għal tfal sa l-età ta’ 6 snin: SIT 14 167,
  • għal tfal bejn is-6 u l-14-il sena: SIT 15 583,
  • għal tfal ta’ ’l fuq minn 14-il sena: SIT 18 416.

Fejn il-manteniment ikun inqas mill-ammont stipulat hawn fuq, il-ħlas sostituttiv ikun daqs l-ammont tal-manteniment mogħti bid-deċiżjoni tal-qorti, id-deċiżjoni provviżorja, l-ordni jew il-ftehim. Jekk jitħallas xi manteniment, il-ħlas sostituttiv jitnaqqas fid-dawl ta’ dan.

15. Jista’ min jagħmel it-talba jitlob assistenza mingħand organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern?

Taħt l-iskema ta’ għajnuna legali bla ħlas, tista’ġġib assistenza li tikkomprendi l-parir legali, ir-rappreżentazzjoni legali u servizzi oħra legali stabbiliti bil-liġi. Fejn it-tfal jibqgħu ma jirċevux manteniment, ir-rappreżentant legali tagħhom jista’ jagħmel talba lill-Fond Pubbliku ta’ Garanzija u Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja biex jasserixxi d-drittijiet tagħhom li allura jirċievu l-ħlasijiet mill-Fond Pubbliku.

16. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern?

L-għajnuna legali bla ħlas tista’ ġġibha billi tagħmel talba, lid-dipartimenti speċjalizzati fil-qrati speċjalizzati, għall-għajnuna legali bla ħlas. It-talbiet lill-Fond Pubbliku ta’ Garanzija u Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja għandhom ikunu indirizzati lil:

    Jamstveni sklad Republike Slovenije

    Kotnikova ulica 28

    1000 Ljubljana

17. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi mingħand dawn l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern min jagħmel it-talba?

L-għajnuna legali bla ħlas tikkomprendi l-parir legal, ir-rappreżentazzjoni legali u servizzi oħra legali stabbiliti bil-liġi. Il-Fond Pubbliku ta’ Garanzija u Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja jagħmel ħlasijiet sostituttivi, imbagħad jitlob il-ħlas lura mingħand id-debitur tal-manteniment.

18. Jista’ min jagħmel it-talba jindirizza t-talba direttament lil organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern?

Iva

19. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern?

Tista’ tikkuntattja l-Fond Pubbliku ta’ Garanzija u Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja direttament fl-indirizz li ġej:

    Jamstveni sklad Republike Slovenije

    Kotnikova ulica 28

    1000 Ljubljana

    Tel: +386 1 472 09 90

    Faks: + 386 1 472 09 91

jew, jekk il-persuna li qed titlob il-manteniment tkun barranija, permezz ta’ entità intermedjarja f’pajjiżha, kif inhuwa stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-ĠM dwar l-Irkupru tal-Manteniment Barra Mill-Pajjiż.

20. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi mingħand dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern min jagħmel it-talba?

Ara t-tweġiba għal punt 17

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 30-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit