Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Rumanija

L-aħħar aġġornament: 29-04-2009
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Rumanija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Il-kunċetti tal-“manteniment” u l-“obbligu ta’ manteniment” xi jkopru fid-dritt Rumen? 1.
2. Sa liema età jistgħu t-tfal jibbenefikaw minn benefiċċju ta’ manteniment? 2.
3. F’liema każijiet tapplika l-liġi tar-Rumanija? 3.
4. Jekk din il-liġi ma tkunx tapplika, il-qrati tar-Rumanija liema liġi japplikaw? 4.
5. L-applikant għandu japplika lil organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew qorti biex jikseb manteniment? 5.
5.A. Kif napplika għal manteniment mingħand din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali), u liema proċeduri japplikaw? 5.A.
6. Tista’ ssir talba f’isem qarib, persuna relatata mill-qrib jew tfal taħt l-età? 6.
7. Jekk l-applikant jippjana li jressaq il-każ quddiem il-qorti, kif ikun jaf liema qorti għandha ġuriżdizzjoni? 7.
8. L-applikant ikollu jinqeda b’intermedjarju biex iressaq il-każ quddiem il-qorti (eż. avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali) eċċ.)? Jekk le, liema huma l-proċeduri? 8.
9. L-applikant ikollu jħallas drittijiet biex iressaq każ quddiem il-qorti? Jekk hu hekk, kemm x’aktarx li jkunu? Jekk il-mezzi finanzjarji tal-attur ma jkunux suffiċjenti, jista’ jikseb għajnuna legali biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. Liema xorta ta’ manteniment aktarx jingħata mill-qorti? Jekk jingħata benefiċċju, dan kif ikun evalwat? Tista’ d-deċiżjoni tal-qorti tkun mistħarrġa biex jitqiesu tibdiliet fl-għoli tal-ħajja jew ċirkostanzi familjari? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment? 11.
12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx volontarjament, x’azzjoni tista’ tittieħed biex ikun imġiegħel iħallas? 12.
13. Teżisti organizzazzjoni jew dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali) li jista’ jgħinni nirkupra manteniment? 13.
14. Jistgħu dawn jieħdu post id-debitur u jħallsu l-manteniment huma stess jew parti mill-manteniment minfloku? 14.
15. Jista’ l-petizzjonarju jikseb l-assistenza ta’ organizzazzjoni jew ta’ dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali) fir-Rumanija? 15.
16. Jekk hu hekk, kif tista’ tiġi kkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali)? 16.
17. X’xorta ta’ assistenza jista’ jirċievi l-petizzjonant minn din l-organizzazzjoni jew dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali)? 17.
18. Jista’ l-petizzjonant jindirizza direttament talba lil organizzazzjoni jew dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali) fir-Rumanija? 18.
19. Jekk hu hekk, kif tista’ tiġi kkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali)? 19.
20. X’xorta ta’ assistenza jista’ jirċievi l-petizzjonant minn din l-organizzazzjoni jew dipartiment governattiv (ċentral jew lokali)? 20.

 

1. Il-kunċetti tal-“manteniment” u l-“obbligu ta’ manteniment” xi jkopru fid-dritt Rumen?

Liema persuni għandhom iħallsu “benefiċċju ta' manteniment” lil persuna oħra:

  • il-ġenituri lil uliedhom?
  • l-ulied lill-ġenituri tagħhom?
  • il-parti divorzjata lill-parti l-oħra?
  • oħrajn?

F'liema każijiet?

L-obbligu legali tal-manteniment huwa r-rekwiżit legali għal persuna li tagħti lil persuna oħra l-mezzi meħtieġa ta' għajxien, inklużi dawk meħtieġa għal bżonnijiet spiritwali tagħha u għal missier jew omm li jkollhom obbligu li jmantnu lil uliedhom taħt l-età maġġuri, li jagħtuhom il-mezzi għat-trobbija, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali tagħhom. L-obbligu ta' manteniment jeżisti bejn il-konjuġi, bejn ġenituri u t-tfal, bejn min jadotta u l-adottati, bejn nanniet u neputijiet, bejn bużnanniet u neputijiet ta' neputijiet, bejn aħwa subien u bniet, kif ukoll bejn persuni oħra skont kif speċifikatament definit mil-liġi. L-ordni li fiha l-persuni jkunu obbligati jħallsu manteniment hija kif ġejja:

  • il-ġenituri għal ulied taħt l-età maġġuri (permezz ta' rappreżentant legali);
  • il-konjuġi;
  • dawk li qabel kienu konjuġi;
  • ir-raġel jew il-mara li jkunu kkontribwew għall-manteniment ta' ulied tal-parti l-oħra;
  • ulied li jkunu qed jitrabbew minn persuna li ma tkunx ġenitur tagħhom mingħajr ma jkunu ntemmu l-formalitajiet meħtieġa għall-adozzjoni;
  • l-eredi ta' persuna li kellha l-obbligu li tmantni minuri jew li, mingħajr ma kellha xi obbligu legali, ipprovdiet manteniment għal dak il-minuri.

2. Sa liema età jistgħu t-tfal jibbenefikaw minn benefiċċju ta’ manteniment?

Tfal jibbenefikaw minn benefiċċju ta' manteniment sal-età maġġuri, waqt li tfal li jkunu laħqu l-età maġġuri u li l-edukazzjoni tagħhom tkun għadha għaddejja ikunu intitolati li jirċievu benefiċċju ta' manteniment mingħand il-ġenituri tagħhom sakemm jilħqu l-età ta' 25 sena jew (fejn huma jattendu kors ta' edukazzjoni avvanzata għal żmien ta' aktar minn 5 snin) l-età ta' 26 sena. Il-liġi tgħid li d-dritt għal benefiċċju ta' manteniment għal tfal li jkunu laħqu l-età maġġuri u li jkunu għadhom jattendu kors ta' edukazzjoni għandu jkun ikkonfermat minn deċiżjoni ta' qorti, waqt li l-obbligu tal-ġenituri li jmantnu lil uliedhom li jkunu laħqu l-età maġġuri jintemm malli tispiċċa l-edukazzjoni jew it-taħriġ vokazzjonali ta' uliedhom u, mhux aktar tard minn meta l-ulied jilħqu l-età ta' 25 sena.

FuqFuq

3. F’liema każijiet tapplika l-liġi tar-Rumanija?

Fil-każ ta' obbligu ta' manteniment bejn ġenituri u ulied, tfal miż-żwieġ ikunu soġġetti għal-liġi Rumena jekk iż-żwieġ ikun regolat mil-liġi Rumena, rispettivament jekk:

  • il-ġenituri jkunu ċittadini Rumeni,
  • il-ġenituri jkollhom ċittadinanzi differenti iżda jkollhom domiċilju konġunt fir-Rumanija,
  • il-ġenituri jkollhom ċittadinanzi differenti u domiċilji differenti iżda jkollhom jew kellhom residenza konġunta fir-Rumanija jew iżommu l-eqreb rabtiet tagħhom mar-Rumanija,
  • (jekk iż-żwieġ tal-ġenituri jkun intemm/ġie xolt qabel it-twelid tat-tfal) il-liġi Rumena tirregola l-effetti taż-żwieġ fiż-żmien li jkun ġie xolt/intemm.

Tfal imweldin barra miż-żwieġ li fid-data tat-twelid tagħhom kellhom ċittadinanza Rumena jkunu soġġetti għal-liġi Rumena.

Fil-każ ta' obbligu ta' manteniment bejn min jadotta u l-adottat, tapplika l-liġi Rumena jekk min jadotta jkun ċittadin Rumen. Fejn parti fiż-żwieġ tadotta tfal tal-parti l-oħra, il-liġi Rumena tapplika jekk:

  • iż-żewġ partijiet ikunu ċittadini Rumeni,
  • iż-żewġ partijiet ikollhom ċittadinanzi differenti iżda domiċilju konġunt fir-Rumanija,
  • iż-żewġ partijiet ikollhom ċittadinanzi u domiċilji differenti iżda jkollhom jew kellhom residenza konġunta fir-Rumanija jew iżommu l-eqreb rabtiet tagħhom mar-Rumanija.

Fil-każ ta' obbligu ta' manteniment bejn il-konjuġi, il-liġi Rumena tapplika jekk:

  • iż-żewġ miżżewġin jkunu ċittadini Rumeni,
  • il-miżżewġin ikollhom ċittadinanzi differenti iżda domiċilju konġunt fir-Rumanija,
  • il-miżżewġin ikollhom ċittadinanzi u domiċilji differenti iżda jkollhom jew kellhom residenza konġunta fir-Rumanija jew iżommu l-eqreb rabtiet tagħhom mar-Rumanija.

Fil-każ ta' obbligu ta' manteniment bejn dawk li qabel kienu jgħixu flimkien fiż-żwieġ. Il-liġi Rumena tapplika jekk:

FuqFuq

  • iż-żewġ miżżewġin ikunu ċittadini Rumeni,
  • il-miżżewġin ikollhom ċittadinanzi differenti iżda domiċilju konġunt fir-Rumanija,
  • iż-żewġ miżżewġin ikollhom ċittadinanzi u domiċilji differenti iżda jkollhom jew kellhom residenza konġunta fir-Rumanija jew iżommu l-eqreb rabtiet tagħhom mar-Rumanija,
  • il-liġi barranija ma tippermettix divorzju jew tippermettih biss skont kundizzjonijiet stretti u r-raġel jew il-mara jkunu ċittadini tar-Rumanija fiż-żmien li ssir applikazzjoni għal divorzju.

Fil-każ ta' obbligu ta' manteniment bejn nanniet u neputijiet, bużnanniet u neputijiet ta' neputijiet, aħwa subien u bniet, eċċ., hawnhekk imsejħin kredituri u debituri, il-liġi Rumena tapplika jekk:

  • il-kreditur ikun ċittadin Rumen,
  • (għal kontribuzzjonijiet sussegwenti biss) jekk il-kreditur kien ċittadin barrani u jkun bidel iċ-ċittadinanza barranija tiegħu għal ċittadinanza Rumena.

It-tilwima bejn il-partijiet tinstema' mill-qorti indikata bi ftehim bejn il-partijiet, bħal kull tilwima oħra li tinqala' bejnhom dwar dak il-ftehim.

4. Jekk din il-liġi ma tkunx tapplika, il-qrati tar-Rumanija liema liġi japplikaw?

Jekk kemm il-persuna li tapplika għal manteniment kif ukoll id-debitur ikunu fir-Rumanija:

  1. Jekk ma tkunx applikata l-liġi Rumena, il-qorti Rumena tista' tapplika l-liġi barranija. [Iżda l-liġi barranija tkun applikata dejjem minħabba li l-liġi Rumena (lex fori) tipprovdi hekk]. Il-qrati Rumeni għandhom l-obbligu li fin-nuqqas jiddeterminaw il-liġi applikabbli fil-każ ta' tilwim li jinqala' minn relazzjonijiet legali ma' entità barranija minħabba li, f'ċerti każijiet limitati, tkun il-liġi barranija li tapplika. Għaldaqstant, minħabba n-natura mandatorja tar-regola tal-konflitt, il-qrati għandhom l-obbligu li fin-nuqqas jiddeterminaw il-liġi barranija applikabbli. Fl-istess waqt, il-parti interessata tista' titlob li l-liġi li hija tqis applikabbli tkun applikata, għalkemm iċ-ċitazzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u fid-dritt li fuqhom tkun imsejsa t-talba. Jekk il-parti interessata ma titlobx l-applikazzjoni tal-liġi applikabbli, li aħna nassumu li tkun il-liġi barranija, il-qorti mbagħad tiddeċiedi li fin-nuqqas tapplika din il-liġi. Fir-riżoluzzjoni tal-problemi ġenerali, l-awtoritajiet ġudizzjarji li japplikaw il-liġi barranija ikollhom ir-regoli tagħhom stess bħala gwida (lex fori).
  2. Jekk kemm il-persuna li titlob benefiċċju ta' manteniment, kif ukoll id-debitur ikunu fir-Rumanija (jiġifieri jkollhom jew kellhom domiċilju/residenza konġunti fir-Rumanija jew iżommu l-eqreb rabtiet tagħhom mar-Rumanija), il-liġi Rumena tapplika dejjem ħlief fil-każijiet li ġejjin:
    • ta' obbligu ta' manteniment minn ġenitur għal ulied, fir-rigward ta' ulied barra miż-żwieġ, ikun soġġett għal-liġi barranija jekk fid-data tat-twelid tagħhom l-ulied kellhom ċittadinanza barranija;
    • ta' obbligu ta' manteniment bejn min jadotta u l-adottat jekk min jadotta jkollu ċittadinanza barranija;
    • ta' obbligu ta' manteniment bejn nanniet u neputijiet, bużnanniet u neputijiet ta' neputijiet, aħwa subien u bniet, eċċ., hawnhekk imsejħin kredituri u debituri, jekk il-kreditur ikun ċittadin barrani jew, għall-finijiet ta' kontribuzzjonijiet sussegwenti, kien ċittadin Rumen iżda jkun bidel iċ-ċittadinanza.

5. L-applikant għandu japplika lil organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew qorti biex jikseb manteniment?

5.A. Kif napplika għal manteniment mingħand din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali), u liema proċeduri japplikaw?

Min jagħmel it-talba għandu jindirizzaha lill-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni għall-post tad-domiċilju tal-konvenut/debitur. Iċ-ċitazzjoni dwar il-benefiċċju ta' manteniment tista' tkun ippreżentata separatament jew flimkien f'kawża ta' divorzju, kawża ta' paternità, kawża ta' kustodja għal trobbija u edukazzjoni, jew biex ikun stabbilit il-post tad-domiċilju, ta' tfal taħt l-età maġġuri. Fil-kuntest ta' proċedimenti ta' divorzju, applikazzjoni ġeneralment issir permezz ta' ċitazzjoni jew kontrotalba biex jintlaħaq ftehim dwar diversi talbiet aċċessorji, bħad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni ta' kull ġenitur għall-ispejjeż tat-trobbija, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali tal-ulied. Fuq talba ta' parti interessata mill-konjuġi, l-awtorità tirriżolvi wkoll il-kwistjoni tal-benefiċċju ta' manteniment. Matul il-proċedimenti ta' divorzju, l-awtorità tista', permezz ta' inġuzjoni, timponi miżuri temporanji dwar il-kustodja tat-tfal taħt l-età maġġuri, l-obbligu ta' manteniment, benefiċċju tat-tfal u l-użu tal-post ta' abitazzjoni. Il-miżuri meħuda japplikaw biss sakemm il-proċedimenti ta' xoljiment ikunu kompletati.

FuqFuq

Il-proċeduri fl-ewwel istanza huma magħmulin minn diversi stadji. L-istadju bil-miktub jinvolvi l-preżentata taċ-ċitazzjoni, kontestazzjoni jew kontrotalba; jistgħu jittieħdu miżuri kawtelatorji bħal qbid jew sekwestru; il-partijiet jitħarrku biex jidhru u d-dokumenti proċedurali jiġu innotifikati lilhom. L-istadju orali jikkonsisti fis-smigħ mill-qorti, li matulu jistgħu jitqajmu eċċezzjonijiet proċedurali u tkun ippreżentata xhieda. Wara dan ikun hemm l-istadju tad-deliberazzjonijiet, u wara dan il-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha.

6. Tista’ ssir talba f’isem qarib, persuna relatata mill-qrib jew tfal taħt l-età?

Meta ssir applikazzjoni għal benefiċċju ta' manteniment flimkien ma' proċedimenti ta' divorzju, l-applikazzjoni ta' divorzju tkun ippreżentata personalment mill-applikant lill-President tal-qorti. Fejn l-applikazzjoni ta' divorzju tkun imsejsa fuq il-ftehim tal-partijiet, hija għandha tkun iffirmata miż-żewġ konjuġi, iżda tista' tkun ippreżentata lill-President tal-qorti personalment mir-raġel jew mill-mara biss. Fejn issir applikazzjoni separata biex tkun stabbilita, miżjuda jew imnaqqsa benefiċċju ta' manteniment, din tista' tkun ippreżentata mill-kuratur legali tal-minuri (il-missier jew l-omm li lilu jew lilha tkun ingħatat il-kustodja tal-minuri). Applikazzjoni fir-rigward ta' tifel jew tifla li jkunu laħqu l-età maġġuri tkun ippreżentata minnhom personalment.

7. Jekk l-applikant jippjana li jressaq il-każ quddiem il-qorti, kif ikun jaf liema qorti għandha ġuriżdizzjoni?

Il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tkun determinata b’referenza għall-atlas ġudizzjarju Rumen, li huwa ppubblikat fuq il-webpage tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

FuqFuq

8. L-applikant ikollu jinqeda b’intermedjarju biex iressaq il-każ quddiem il-qorti (eż. avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali) eċċ.)? Jekk le, liema huma l-proċeduri?

Le.

9. L-applikant ikollu jħallas drittijiet biex iressaq każ quddiem il-qorti? Jekk hu hekk, kemm x’aktarx li jkunu? Jekk il-mezzi finanzjarji tal-attur ma jkunux suffiċjenti, jista’ jikseb għajnuna legali biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-proċedura?

Le. Applikazzjonijiet ta’ manteniment huma eżenti mid-dazju tal-boll.

Iva. Għajnuna legali biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-proċedura (drittijiet tal-avukat) tista’ tinkiseb soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi (il-Kodiċi Ċivili).

10. Liema xorta ta’ manteniment aktarx jingħata mill-qorti? Jekk jingħata benefiċċju, dan kif ikun evalwat? Tista’ d-deċiżjoni tal-qorti tkun mistħarrġa biex jitqiesu tibdiliet fl-għoli tal-ħajja jew ċirkostanzi familjari?

Skont l-Art. 94 tal-Kodiċi tal-Familja:

Art. 94 Manteniment jingħata skont il-ħtiġijiet tal-applikant u l-mezzi tal-persuna li jkollha tħallsu.

Il-qorti tista' żżid jew tnaqqas l-obbligu tal-manteniment jew tiddeċidi li ttemmu skont tibdiliet fil-mezzi tal-persuna li tagħti l-manteniment jew fil-ħtiġijiet tal-persuna li tirċevih.

Fejn il-manteniment jitħallas minn ġenitur jew minn min ikun adotta, dan ikun stabbilit sa kwart tal-qligħ għal wild wieħed, terz għal żewġt itfal u nofs għal tlett itfal jew aktar.

FuqFuq

Iva. Tista' ssir applikazzjoni lill-qrati għal żieda fl-ammont ta' manteniment imħallas mid-debitur minħabba tibdiliet fl-ispejjeż tal-manteniment u ċerti ċirkostanzi familjari.

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment?

Skont l-Artikolu 93 tal-Kodiċi tal-Familja:

Art. 93. - Il-manteniment għandu jitħallas in natura jew f'għamla ta' benefiċċju fi flus.

Il-qorti għandha tiddeċiedi l-mod u l-mezzi ta' eżekuzzjoni wara li tqis iċ-ċirkustanzi partikulari.

Dwar persuni intitolati ara t-tweġiba għall-Mistoqsija Nru 1.

12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx volontarjament, x’azzjoni tista’ tittieħed biex ikun imġiegħel iħallas?

Mezz wieħed kif id-debitur ikun imġiegħel iħallas huwa dak ta' sekwestru.

Ħlasijiet postali, ħlasijiet bankarji u ħlasijiet li jkollhom isiru b'rabta ma' metodi oħra ta' trasferiment jitħallsu mid-debitur bħala assimilazzjoni mal-ispejjeż ta' eżekuzzjoni furzata.

13. Teżisti organizzazzjoni jew dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali) li jista’ jgħinni nirkupra manteniment?

Le.

14. Jistgħu dawn jieħdu post id-debitur u jħallsu l-manteniment huma stess jew parti mill-manteniment minfloku?

Jekk il-petizzjonant ikun fir-Rumanija u min jirċievi l-manteniment ikollu r-residenza tiegħu f’pajjiż ieħor:

Le.

15. Jista’ l-petizzjonarju jikseb l-assistenza ta’ organizzazzjoni jew ta’ dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali) fir-Rumanija?

Jekk il-petizzjonant ma jkunx domiċiljat fir-Rumanija iżda f’wieħed mill-Istati parti fil-Konvenzjoni ta’ New York tal-1956, huwa jista’ jindirizza l-interessi tiegħu lill-Assoċjazzjoni tal-Avukati ta’ Bukarest.

FuqFuq

Jekk il-petizzjonant ma jkunx domiċiljat fir-Rumanija jew f’wieħed mill-Istati parti fil-Konvenzjoni ta’ New York tal-1956 iżda f’wieħed mill-Istati li magħhom ir-Rumanija laħqet ftehim ta’ assistenza ġudizzjarja internazzjonali li għandu dispożizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (eż.: l-Albanija, il-Korea ta’ Fuq, l-Eġittu, il-Maċedonja, il-Moldova, il-Mongolja, ir-Russja, is-Serbja u s-Sirja), barra mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-applikazzjoni barranija għal rikonoxximent u eżekuzzjoni tista’ mbagħad tintbagħat lill-qorti Rumena fil-post tad-domiċilju tal-konvenut.

16. Jekk hu hekk, kif tista’ tiġi kkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali)?

Assoċjazzjoni tal-Avukati ta' Bukarest, str. Dr. Râureanu nr. 3, Sector 5, Bucureşti, 050047.

Ministeru tal-Ġustizzja Rumen, str. Apolodor nr. 17, Sector 5, Bucureşti, cod 050741.

17. X’xorta ta’ assistenza jista’ jirċievi l-petizzjonant minn din l-organizzazzjoni jew dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali)?

Jekk il-petizzjonant ikun f'pajjiż ieħor u d-debitur tal-manteniment ikun fir-Rumanija:

Skont l-Artikoli 2 u 6 tal-Konvenzjoni ta' New York tal-1956 dwar l-irkupru ta' manteniment minn pajjiż ieħor, l-Assoċjazzjoni tal-Avukatura ta' Bukarest inħatret bħala l-awtorità intermedjarja biex tieħu ħsieb l-applikazzjonijiet għal benefiċċji ta' manteniment fejn id-debitur ikun fir-Rumanija u l-petizzjonant ikun fi Stat ieħor parti fil-Konvenzjoni.

18. Jista’ l-petizzjonant jindirizza direttament talba lil organizzazzjoni jew dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali) fir-Rumanija?

Il-petizzjonant għandu jindirizza t-talba tiegħu lill-awtorità ċentrali tranżmittenti tal-Istat jew maħtura abbażi tal-Konvenzjoni ta’ New York dwar l-Irkupru minn Barra ta’ Manteniment, jew direttament, jiġifieri personalment jew permezz tar-rappreżentant legali tiegħu.

19. Jekk hu hekk, kif tista’ tiġi kkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment governattiv (ċentrali jew lokali)?

Ara t-tweġiba għall-Mistoqsija Nru 18.

20. X’xorta ta’ assistenza jista’ jirċievi l-petizzjonant minn din l-organizzazzjoni jew dipartiment governattiv (ċentral jew lokali)?

Ara t-tweġiba għall-Mistoqsija Nru 18.

Aktar tagħrif

Ministerul Justiţiei, www.just.ro română, Cooperare judiciară internaţională.

Baroul Bucureşti, http://www.baroul-bucuresti.ro/ română.

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Rumanija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 29-04-2009

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit