Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Portugall

L-aħħar aġġornament: 28-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Portugall

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Skond il-liġi tal-Portugall, xi jkopru l-kunċetti ta’ “manteniment” u “obbligazzjoni ta’ manteniment”? Min għandu jħallas “konċessjoni għall-manteniment” lil ħaddieħor? 1.
2. Sa liema età jista’ wild jibbenefika minn konċessjoni għall-manteniment? 2.
3. F’liema każijiet tapplika l-liġi tal-Portugall? 3.
4. Jekk din il-liġi mhix applikabbli,, il-qrati tal-Portugall liema liġi japplikaw ?

It-tweġiba għall-mistoqsija ta’ qabel hija valida għal din il-mistoqsija. 4.

5. Sabiex l-applikant jikseb il-manteniment, għandu japplika ma', organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew ma' qorti ? 5.
6. Tista’ ssir talba lil organizzazzjoni kompetenti f’isem wieħed mill-ġenituri, persuna relatata mill-qrib jew tifel/tifla taħt l-età? 6.
7. Jekk l-applikant qiegħed jippjana li jressaq il-każ quddiem il-qorti, kif ikun j/taf liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni? 7.
8. Sabiex l-applikant iressaq il-każ quddiem il-qorti jrid jgħaddi minn intermedjarju (p.e. avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) eċċ.? Jekk le, x’inhuma l-proċeduri li għandu jsegwi? 8.
9. L-applikant irid iħallas tariffi biex iressaq każ quddiem il-qorti? Jekk iva, kemm x’aktarx ikunu? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ l-attur mhumiex biżżejjed, j/tista’ j/tikseb għajnuna legali sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. X’tip ta’ manteniment x’aktarx jingħata mill-qorti? Jekk tingħata konċessjoni din kif tiġi stmata? Id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tiġi riveduta biex jitqiesu l-bidliet fl-għoli tal-ħajja jew iċ-ċirkostanzi tal-familja? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment? 11.
12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx b'mod volontarju, liema azzjoni tista’ tittieħed biex iġġiegħlu/ha j/tħallas? 12.
13. Hemm organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li tista’ tgħini nerġa' nikseb il-manteniment? 13.
14. Jekk l-attur jinsab fil-Portugall u d-debitur tal-manteniment t/jirrisjedi f’pajjiż ieħor, jistgħu jissostitwixxu lid-debitur u jħallsu l-manteniment huma stess jew parti mill-manteniment minfloku/ha? 14.
15. L-attur jista’ jikseb l-għajnuna ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fil-Portugall? 15.
16. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawk l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 16.
17. L-attur, liema tip ta’ għajnuna jista’ jirċievi minn dawk l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 17.
18. Jista’ l-attur jindirizza talba direttament lil organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fil-Portugall? 18.
19. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawk l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 19.
20. X'tip ta’ għajnuna jista’ jirċievi l-attur minn dawk l-organizzazzjonijiet jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 20.

 

1. Skond il-liġi tal-Portugall, xi jkopru l-kunċetti ta’ “manteniment” u “obbligazzjoni ta’ manteniment”? Min għandu jħallas “konċessjoni għall-manteniment” lil ħaddieħor?

Fil-liġi Portugiża, it-terminu “manteniment” ikopri dak kollu li huwa essenzjali għall-għajxien, l-akkomodazzjoni u l-ilbies ta' persuna. Il-manteniment jinkludi wkoll l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-persuna mantnuta jekk din għadha minuri.

Dawn li ġejjin huma meħtieġa li jħallsu l-manteniment fl-ordni indikata:

  1. il-konjuġi jew ex-konjuġi;
  2. id-dixxendenti;
  3. l-axxendenti;
  4. l-aħwa;
  5. iz-zijiet, sakemm il-persuna mantnuta għadha minuri;
  6. it-tieni raġel ta’ l-omm u t-tieni mara tal-missier fir-rigward ta’ l-ulied minuri ta’ żewġhom li huma, jew kienu, fil-ħin tal-mewt tal-konjuġi, fil-kura ta’ dan ta’ l-aħħar. Għall-persuni indikati fis-subparagrafi b) u c), l-obbligu japplika skond ir-regoli tas-suċċessjoni. Jekk kwalunkwe mill-persuni soġġetti għal dan l-obbligu ma jistgħux iħallsu l-manteniment jew ma jistgħux jissodisfaw ir-responsabbiltà tagħhom għal kollox, id-dmir jaqa’ fuq il-persuni sussegwenti li huma soġġetti għal dan l-obbligu.

Il-ġenituri għandhom dejjem imantnu lil uliedhom kemm-il darba dawn mhumiex f’pożizzjoni li jissussistu bil-mezzi tagħhom stess.

Il-ġenituri mhumiex obbligati jsostnu lit-tfal u jħallsu l-ispejjeż tas-sigurtà, s-saħħa u l-edukazzjoni tagħhom meta dawn huma f’pożizzjoni li jsostnu dawn l-ispejjeż mill-prodott tax-xogħol tagħhom jew minn xi dħul ieħor.

FuqFuq

Jekk, meta jsir maġġorenni jew meta jieqaf milli jkun soġġett għall-kontroll tal-ġenituri, il-wild ma jkunx spiċċa t-taħriġ vokazzjonali tiegħu, l-obbligu tal-manteniment jibqa’ jekk huwa raġonevoli li wieħed jirrikjedi li l-ġenituri jissodisfaw dan l-obbligu għaż-żmien li huwa normalment meħtieġ sa biex jintemm dan it-taħriġ.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-paġna “Ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri”.

Waqt li tkun fis-seħh is-sħubija taż-żwieġ, il-konjuġi huma obbligati jmantnu lil xulxin.

Dan l-obbligu jista’ jibqa’ wara d-divorzju, is-separazzjoni personali jew l-annullament taż-żwieġ.

Għal aktar informazzjoni, ara t-tema “Id-Divorzju – Il-Portugall” fuq dan is-sit.

Jekk imut wieħed mill-konjuġi, l-armel jew armla jkunu ntitolati li jiġu mantnuti mill-eredità tal-mejjet. F’dan il-każ, l-eredi jew in-nies li wirtu proprjetà speċifika bi proporzjon għall-valur rispettiv, huma obbligati li jħallsu l-manteniment. Id-dritt għall-manteniment jieqaf jekk il-persuna mantnuta terġa’ tiżżewweġ jew issir ma jistħoqqilhiex dan il-benefiċċju minħabba l-imġieba morali tagħha.

Fir-rigward ta’ żwieġ taħt il-liġi komuni, il-liġi Portugiża tipprovdi li kull min kien jgħix ma’ persuna mhux miżżewġa jew legalment separata fil-ħin tal-mewt tagħha għal aktar minn sentejn taħt kondizzjonijiet li huma simili għal dawk ta’ miżżewġin, huwa intitolat li japplika għall-manteniment mill-eredità tal-mejjet jekk dan ma jistax jinkiseb mir-regola li tobbliga suċċessivament lill-konjuġi jew ex-konjuġi, dixxendenti, axxendenti u aħwa jħallsu l-manteniment. Dan id-dritt jieqaf jekk ma jiġix eżerċitat fi żmien sentejn mid-data tal-mewt tal-persuna li għaliha tirrelata s-suċċessjoni.

FuqFuq

Il-persuni adottati jew id-dixxendenti tagħhom huma obbligati jħallsu l-manteniment lill-ġenitur adottiv fin-nuqqas ta’ konjuġi, dixxendenti jew axxendenti li huma f’pożizzjoni li jilħqu dan l-obbligu.

L-obbligi tal-manteniment jistgħu wkoll jirriżultaw minn atti illegali.

2. Sa liema età jista’ wild jibbenefika minn konċessjoni għall-manteniment?

Bħala regola ġenerali, minuri jista’ jibbenefika mill-manteniment sakemm isir maġġorenni, jiġifieri meta jagħlaq 18-il sena. Madankollu jekk, meta tintlaħaq din l-età, il-wild ikun għadu ma lestiex it-taħriġ vokazzjonali tiegħu, l-obbligu tal-manteniment jibqa’ jekk huwa raġonevoli li wieħed jirrikjedi li l-ġenituri jissodisfaw dan l-obbligu għaż-żmien normalment meħtieġ biex jitlesta dan it-taħriġ.

L-obbligu jieqaf ukoll jekk minuri, għalkemm taħt it-18-il sena, huwa f’pożizzjoni li jsostni ruħu/ha mill-prodott tax-xogħol tiegħu/ha stess jew minn dħul ieħor. Minuri ta’ 16-il sena jew aktar jista’ legalment iwettaq xogħol bi ħlas jew professjoni.

3. F’liema każijiet tapplika l-liġi tal-Portugall?

Bħala regola, il-liġi Portugiża tapplika għaċ-ċittadini Portugiżi jew dawk residenti fil-Portugall.

Ir-relazzjonijiet familjari huma regolati mil-liġi li tapplika għall-individwi rispettivi, jiġifieri skond in-nazzjonalità tagħhom.

Ir-relazzjonijiet bejn il-konjuġi huma rregolati mil-liġi nazzjonali komuni. Jekk il-konjuġi ma għandhomx l-istess nazzjonalità, tgħodd il-liġi tar-residenza abitwali konġunta tagħhom, jew fin-nuqqas ta' dan, il-liġi tal-pajjiż li miegħu l-ħajja familjari tagħhom hija assoċjata bil-mod l-aktar qrib.

FuqFuq

Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal huma rregolati mil-liġi nazzjonali komuni tal-ġenituri jew, fin-nuqqas ta' dan, mil-liġi tar-residenza abitwali konġunta tagħhom. Jekk il-ġenituri abitwalment jgħixu f’pajjiżi differenti, tapplika l-liġi li tgħodd għall-ulied. Jekk il-filjazzjoni hija stabbilita fir-rigward ta’ ġenitur wieħed biss, tapplika l-liġi personali ta’ dan ta’ l-aħħar. Jekk wieħed mill-ġenituri huwa mejjet, tgħodd il-liġi personali tal-ġenitur li għadu ħaj.

4. Jekk din il-liġi mhix applikabbli,, il-qrati tal-Portugall liema liġi japplikaw ?

It-tweġiba għall-mistoqsija ta’ qabel hija valida għal din il-mistoqsija.

Ir-riferenza magħmula fid-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt tal-liġijiet għal kwalunkwe sistema ta’ liġi barranija tippermetti biss, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet kuntrarji, l-applikazzjoni tal-liġijiet interni ta’ dik is-sistema ta’ liġi.

Il-ġuriżdizzjoni mogħtija lil sistema ta’ liġi tinvolvi biss dawk il-liġijiet li, minħabba l-kontenut tagħhom u l-funzjoni li għandhom f’dik is-sistema, jifformaw ir-regoli għall-istituzzjoni kkonċernata.

Madankollu, jekk il-liġi internazzjonali privata tas-sistema tal-liġi barranija, li jirreferu għaliha d-dispożizzjonijiet Portugiżi dwar il-kunflitt tal-liġijiet, tirreferi għal sistema oħra ta’ liġi u din titqies li għandha ġuriżdizzjoni biex tirregola l-każ, hija l-liġi interna ta’ din is-sistema ta’ liġi li għandha tiġi applikata. Dan ma jkunx il-każ jekk is-sistema ta’ liġi li jirreferu għaliha d-dispożizzjonijiet Portugiżi dwar il-kunflitt tal-liġijiet hija l-liġi li tgħodd għall-persuna u din il-persuna konċernata tgħix abitwalment fil-Portugall jew f’pajjiż li d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-kunflitt tal-liġijiet iqisu li l-liġi interna tal-pajjiż tan-nazzjonalità tagħha għandha l-ġuriżdizzjoni. F’dan ir-rigward huma biss il-każijiet li jinvolvu r-relazzjonijiet relatati mal-proprjetà bejn il-konjuġi, l-awtorità tal-ġenituri, ir-relazzjonijiet bejn ġenitur adottiv u persuna adottata, u s-suċċessjoni minħabba l-mewt li huma soġġetti għal din ir-regola jekk is-sistema ta’ liġi nazzjonali indikata mid-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt tal-liġijiet tirreferi għas-sistema ta’ liġi dwar il-post tal-proprjetà immobbli u jekk din is-sistema ta’ liġi hija mejqusa li għandha l-ġuriżdizzjoni.

FuqFuq

Jekk il-liġi internazzjonali privata tas-sistema ta’ liġi indikata mid-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt tal-liġijiet tirreferi għal-liġi interna Portugiża, hija din ta’ l-aħħar li tgħodd.

Madankollu, meta hija involuta kwistjoni ta’ stat personali, il-liġi Portugiża tgħodd biss jekk il-persuna konċernata għandha r-residenza abitwali tagħha fil-Portugall jew jekk is-sistema ta’ liġi tal-pajjiż ta’ residenza tqis li l-liġi Portugiża għandha ġuriżdizzjoni ndaqs.

Ir-riferenza għal-liġi ta’ għal pajjiż terz jew ir-riferenza għal-liġi Portugiża tieqaf meta l-applikazzjoni tagħha tirriżulta fl-invalidità jew l-ineffiċjenza ta’ att legali li normalment ikun validu jew effiċjenti taħt ir-regola skond għal liema r-riferenza magħmula mid-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt tal-liġijiet għal kwalunkwe sistema ta’ liġi barranija tippermetti biss, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet kontrarji, l-applikazzjoni tal-liġi interna ta’ dik is-sistema jew l-illeġittimità ta’ stat li mod ieħor ikun leġittimu. Ir-riferenza għal-liġi ta’ pajjiż terz jew ir-riferenza għal-liġi Portugiża tieqaf ukoll jekk is-sistema ta’ liġi barranija ġiet indikata mill-persuni konċernati fil-każijiet li fihom hija permessa din l-indikazzjoni.

Meta, minħabba n-nazzjonalità ta’ persuna partikolari, is-sistema tal-liġi ta' pajjiż għandha ġuriżdizzjoni u s-sistemi lokali differenti jikkoeżistu, hija l-liġi interna ta’ dak il-pajjiż li tiddetermina f’kull każ is-sistema li tapplika għalihom.

Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi, għandha tintuża l-liġi internazzjonali privata ta’ dan il-pajjiż u, jekk dan mhux biżżejjed, is-sistema ta’ liġi tar-residenza abitwali tal-persuna titqies li tgħodd għaliha.

FuqFuq

Jekk is-sistema ta’ liġi li għandha l-ġuriżdizzjoni tikkostitwixxi ordni legali territorjalment unitarja iżda japplikaw sistemi ta’ liġi differenti għal kategoriji differenti ta’ persuni, id-dispożizzjonijiet ta’ dik is-sistema ta’ liġi dwar il-kunflitt tal-liġijiet għandhom dejjem jiġu mħarsa.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt tal-liġijiet, kull sitwazzjoni de facto jew de jure maħluqa bl-intenzjoni frawdolenti li tiġi evitata l-applikabilità tas-sistema ta’ liġi li, taħt ċirkostanzi oħra, ikollha l-ġuriżdizzjoni hija irrilevanti.

Id-dispożizzjonijiet tas-sistema ta’ liġi barranija indikata mid-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt tal-liġijiet mhumiex applikabbli meta din l-applikazzjoni tikser il-prinċipji fundamentali ta’ l-ordni pubblika internazzjonali ta’ l-Istat Portugiż. F’dan il-każ, jgħoddu r-regoli l-aktar xierqa tas-sistema ta’ liġi barranija li għandha l-ġuriżdizzjoni jew, inkella, ir-regoli tal-liġi interna Portugiża.

Il-liġi barranija hija interpretata fi ħdan is-sistema li tappartjeni għaliha u skond ir-regoli ta’ l-interpretazzjoni stabbiliti hemm. Jekk huwa impossibbli li jkun aċċertat il-kontenut tal-liġi barranjia applikabbli, issir riferenza għal-liġi li għandha l-ġuriżdizzjoni alternattiva. L-istess proċedura għandha tiġi applikata kull meta jkun impossibbli li jiġu determinati l-elementi de facto jew de jure li fuqha tiddependi l-indikazzjoni tal-liġi applikabbli.

5. Sabiex l-applikant jikseb il-manteniment, għandu japplika ma', organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew ma' qorti ?

Biex tinkiseb konċessjoni tal-manteniment, il-persuna kkonċernata tista’ tuża l-qrati, billi j/ssaħħaħ d-drittijiet tiegħu jew tagħħa fil-qorti kompetenti, jew tidħol f'negozjati u tikkonkludi att legali.

FuqFuq

Fir-rigward ta' l-obbligi tal-manteniment li huma bbażati fuq atti legali, japplikaw d-dispożizzjonijiet ta’ l-obbligu tal-manteniment kif stmati mill-qorti bl-adattamenti neċessarji, sakemm dawn ma jkunux kontra l-intenzjoni dikjarata jew id-dispożizzjonijiet speċjali tal-liġi.

Jekk il-persuna meħtieġa tħallas il-manteniment ma tagħmilx dan minn jeddha, il-kreditur tal-manteniment sabiex isaħħaħ d-drititjiet tiegħu/ha, ikollu/ha j/tiftaħ kawża.

Fir-rigward tal-manteniment għat-tfal li ma għadhomx minorenni jew li ma għadhomx taħt il-kontroll tal-ġenituri, l-applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata lill-qorti jew lir-reġistru ċivili taż-żona fejn huwa residenti l-applikant (f’dan il-każ, l-intervent tar-reġistratur huwa limitat għal sitwazzjonijiet fejn il-konvenut ma jopponix l-applikazzjoni u l-partijiet jistgħu jilħqu ftehim).

6. Tista’ ssir talba lil organizzazzjoni kompetenti f’isem wieħed mill-ġenituri, persuna relatata mill-qrib jew tifel/tifla taħt l-età?

Jekk il-manteniment se jingħata lil tfal taħt l-età, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika għandu l-kapaċità jressaq l-azzjoni quddiem il-qorti kompetenti jekk il-każ jiġi sottomess lilu. Il-bżonn li jiġi stmat jew varjat il-manteniment jista’ jkun notifikat lill-prosekutur pubbliku minn kwalunkwe persuna. Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika għandu uffiċċju f’kull qorti u l-prosekuturi tiegħu jistgħu jipprovdu informazzjoni legali lil kull min jitloba.

Minbarra dan, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika, l-evalwazzjoni tal-manteniment dovut lil minuri jew il-varjazzjoni tal-manteniment li diġà ġie stabbilit jistgħu jintalbu mir-rappreżentant legali tal-minuri, jew mill-gwardjan tagħhom jew mid-direttur ta’ l-istabbiliment ta’ l-edukazzjoni jew tal-kura fejn ġie fdat.

FuqFuq

7. Jekk l-applikant qiegħed jippjana li jressaq il-każ quddiem il-qorti, kif ikun j/taf liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni?

Fil-Portugall il-Qrati tal-Proċedura tal-Familja għandhom ġuriżdizzjoni sabiex jistmaw il-manteniment dovut lill-minuri li, ladarba jsiru maġġorenni jew m’għadhomx taħt il-kontroll tal-ġenituri, ma lestewx it-taħriġ vokazzjonali tagħhom. Għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni lijinfurzaw il-manteniment. Il-qrati tad-distrett għandhom ġuriżdizzjoni f'dawk iż-żoni ġeografiċi li mhumiex koperti.

F’termini territorjali, il-qorti kompetenti fil-post fejn huwa residenti l-minuri fil-ħin meta jinbdew il-proċeduri l-ġuriżdizzjoni għandha tiddeċiedi dwar dawn l-azzjonijiet. Jekk din ir-residenza mhux magħrufa, il-qorti kompetenti għall-post tar-residenza ta’ dawk li għandhom l-awtorità tal-missier għandha l-ġuriżdizzjoni. Jekk dawk li għandhom l-awtorità tal-missier huma residenti f’postijiet oħrajn, il-qorti kompetenti għall-post fejn hija residenti l-persuna li għandha l-kustodja tal-minuri, jew fil-każ ta’ kustodja konġunta, il-persuna ma’ min jgħix il-minuri għandha l-ġuriżdizzjoni. Jekk xi waħda mill-proċeduri tirrelata għal żewġ minuri jew aktar li huma ulied l-istess persuna u residenti f’distretti differenti, il-qorti kompetenti għall-post tar-residenza ta’ l-akbar numru ta’ minuri għandha l-ġuriżdizzjoni. Fin-nuqqas ta’ ostakolu ieħor, il-qorti fejn intalab il-manteniment fl-ewwel istanza għandha l-ġuriżdizzjoni. Jekk, meta jibdew il-proċeduri, il-minuri ma jkunx qiegħed jgħix fil-Portugall, il-qorti kompetenti għall-post tar-residenza ta’ l-applikant jew tal-konvenut għandha l-ġuriżdizzjoni. Jekk dan ta’ l-aħħar jgħix barra mill-pajjiż ukoll u l-qorti Portugiża għandha l-ġuriżdizzjoni fuq livell internazzjonali, l-qorti ta’ Liżbona għandha tisma’ l-kawża .

FuqFuq

L-azzjonijiet għall-valutazzjoni u t-tisħiħ tal-manteniment bejn il-konjuġi u l-ex konjuġi jinstemgħu wkoll fil-Qrati tal-Proċeduri tal-Familja u, fl-oqsma mhux koperti minnhom, fil-qrati tal-distrett.

Dwar applikazzjonijiet oħra għall-manteniment, l-qrati tal-distrett għandhom il-ġuriżdizzjoni.

8. Sabiex l-applikant iressaq il-każ quddiem il-qorti jrid jgħaddi minn intermedjarju (p.e. avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) eċċ.? Jekk le, x’inhuma l-proċeduri li għandu jsegwi?

Dwar azzjonijiet għall-valutazzjoni tal-manteniment dovut lill-minuri, l-ħatra ta’ avukat mhux meħtieġa għaliex l-intervent tal-qorti jista’ jintalab b'mod dirett.

L-applikant jista’ jressaq, bil-mezzi tiegħu/ha stess, applikazzjoni li tgħid fil-qosor il-fatti li jirriżultaw fil-bżonn li l-manteniment jiġi stmat, jew li l-manteniment stmat qabel jiġi varjat, u l-elementi li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni ta’ l-ammont tal-manteniment. Din hija applikazzjoni sempliċi li ma għandhiex għalfejn tiġi mfassla fil-forma ta’ talbiet, fejn il-partijiet huma identifikati, il-fatti deskritti u l-evidenza hija ppreżentata (b’mod partikolari l-lista ta’ xhieda).

L-applikazzjoni għandha jrid jintbagħt ċertifikat maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru li jagħti prova tal-livell ta’ konsangwinità bejn l-applikant u l-intimat.

Fil-każ ta’ applikazzjoni għal tibdil ta’ manteniment li diġà ġie stmat, għandu jiġi mehmuż ukoll ċertifikat tad-deċiżjoni li kien stmat il-manteniment.

FuqFuq

Jekk l-applikant ma jistax jissottometti dawn iċ-ċertifikati minħabba nuqqas ta’ mezzi, il-qorti stess tista’ titlobhom lill-organizzazzjonijiet differenti.

Ladarba l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa lill-qorti, l-imħallef jagħmel laqgħa fi żmien ħmistax-il jum. L-applikant u l-konvenut u l-persuna li għandha l-kustodja tal-minuri għandhom ikunu preżenti fil-laqgħa.

Jekk l-applikant u l-konvenut jidhru fil-laqgħa u jilħqu ftehim, l-imħallef jagħti sentenza li tapprova l-punti tal-ftehim li huma konformi mal-liġi stabbilita.

Jekk il-laqgħa ma tistax issir (per eżempju, minħabba n-nuqqas tal-konvenut) jew ma jintlaħaq l-ebda ftehim, l-imħallef jordna li l-konvenut jiġi infurmat li għandu jippreżenta risposta bil-miktub (difiża).

Jekk il-konvenut jippreżenta risposta bil-miktub, ikun hemm kawża li fl-aħħar tagħha l-imħallef jagħti sentenza.

Jekk il-konvenut ma jippreżentax risposta bil-miktub, l-imħallef jieħu l-passi meqjusa bħala meħtieġa sabiex jiġu stmati l-mezzi tal-konvenut u l-bżonnijiet ta’ l-applikant u jaqta s-sentenza.

Fir-rigward ta’ azzjonijiet oħra, il-bżonn li jinħatar avukat jiddependi fuq l-ammont involut fil-każ. Jekk l-ammont huwa ta' aktar minn € 3 740.98, għandu jinħatar avukat. Jekk huwa inqas, ma hemmx bżonn li jinħatar avukat.

Jekk il-ħatra ta’ avukat ma tkunx obbligatorja, l-applikant jista’ jissottometti applikazzjoni lill-qorti (imsejħa applikazzjoni inizzjali) li tindika l-qorti fejn se titressaq l-azzjoni, jidentifika l-partijiet, jindika l-ismijiet tagħhom, il-post tar-residenza jew ta’ l-uffiċċju tagħhom, u, fejn possibbli, l-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol, jistabbilixxi l-forma tal-proċeduri, jispjega l-fatti u r-raġunijiet legali li jiffurmaw il-bażi ta’ l-azzjoni, jagħmel it-talba u jiddikjara l-ammont involut fil-każ. Fl-aħħar ta’ l-applikazzjoni, tista’ imbagħad tiġi indikata l-lista tax-xhieda u tintalab evidenza oħra. Id-dokument li jipprova l-ħlas minn qabel tat-tariffa inizzjali tal-qorti jew l-għotja ta’ l-għajnuna legali, fil-forma ta’ eżenzjoni totali jew parzjali minn din it-tariffa, għandu jiġi mehmuż ma’ l-applikazzjoni inizjali.

FuqFuq

F’din it-tip ta’ azzjoni, il-parti l-oħra dejjem għandha d-dritt tagħmel ir-rappreżentazzjonijiet. Matul l-azzjoni, jiġu stabbiliti l-fatti li għandhom ikunu valutati fil-kawża u ssir investigazzjoni li fiha l-evidenza li għandha tiġi prodotta hija ippreżentata u sottomessa wkoll lill-parti li tkun qiegħda topponi. Matul dawn il-proċeduri, issir kawża li warajha tingħata sentenza finali.

9. L-applikant irid iħallas tariffi biex iressaq każ quddiem il-qorti? Jekk iva, kemm x’aktarx ikunu? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ l-attur mhumiex biżżejjed, j/tista’ j/tikseb għajnuna legali sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedura?

Biex tinbeda azzjoni, hemm bżonn li titħallas tariffa inizzjali tal-qorti li tikkorrispondi għal ħlas bil-quddiem ta’ parti mill-ispejjeż finali.

Fl-aħħar tal-proċeduri, isir prospett ta’ l-ispejjeż inkluża t-tariffa tal-qorti u l-ispejjeż proċedurali, li jikkonsistu għall-parti l-kbira fi:

  1. spejjeż ta’ ħlas lura, ħlief dawk relatati ma’ spejjeż tal-karti;
  2. ħlas dovut lil xi entità għal ċertifikati mhux miksuba mill-qorti minn jeddha, dokumenti, opinjonijiet, pjanijiet, informazzjoni jew evidenza oħra u servizzi li tkun talbet il-qorti, b’mod partikolari dawk relatati ma’ l-użu tat-telekonferenzi;
  3. il-kumpens dovut lil dawk involuti fil-proċeduri b'mod aċċidentali;
  4. l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u konċessjoni għall-ispejjeż;
  5. ħlas lura ta’ tariffi postali, telefonati, telegrammi, fax jew komunikazzjonijiet b’mezzi telematiċi;
  6. ħlas lura tax-xiri ta’ mezzi manjetiċi meħtieġa biex l-evidenza tiġi rrekordjata;
  7. ħlas lura ta’ l-ispejjeż lill-parti li tirbaħ u l-ispejjeż tar-rappreżentanza legali tagħha.

Sabiex jiġi determinat l-ammont li jrid jitħallas, huwa meħtieġ li wieħed ikun jaf l-ammont involut fl-azzjoni. Fuq il-bażi ta’ dan l-ammont jiġu valutati skond tabella speċjali l-ammont tal-ħlas inizzjali u t-tariffa tal-qorti dovuta.

FuqFuq

F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-azzjonijiet għall-manteniment definittiv għandhom valur daqs ħames darbiet il-ħlas annwali mitlub fl-applikazzjoni, jiġifieri l-ammont miksub billi jiġi multiplikat il-ħlas mensili mitlub b’sittin darba.

Il-minuri li huma rappreżentati mis-servizz ta’ prosekuzzjoni pubblika, huma eżenti mill-ispejjeż.

Jekk l-applikant ma jkollux il-mezzi biex iħallas għall-proċeduri, tista’ tinkiseb l-għajnuna legali. L-iskema Portugiża ta’ l-għajnuna legali tapplika fil-qrati kollha u għal kwalunkwe forma ta’ proċeduri, u bl-applikant għall-manteniment jibbenefika minn preżunzjoni ta’ insuffiċjenza finanzjarja.

Għal aktar tagħrif, ara l-paġna “L-għajnuna legali – il-Portugall”.

10. X’tip ta’ manteniment x’aktarx jingħata mill-qorti? Jekk tingħata konċessjoni din kif tiġi stmata? Id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tiġi riveduta biex jitqiesu l-bidliet fl-għoli tal-ħajja jew iċ-ċirkostanzi tal-familja?

Sakemm il-manteniment jiġi stmat definittivament fuq talba tal-persuna li lilha għandu jitħallas il-manteniment jew min jeddha jekk dik il-persuna hija minuri, il-qorti tista’ tagħti manteniment provviżorju li jkun determinat bid-diskrezzjoni attenta tagħha. Dan il-manteniment, li qatt ma jitħallas lura, jiġi rċevut waqt li l-azzjoni hija pendenti u sa dak iż-żmien meta l-ammont li jrid jitħallas definittivament jiġi evalwat.

Bħala regola, il-manteniment għandu jiġi stmat f’pagamenti mensili, ħlief fejn hemm arranġamenti jew dispożizzjoni legali bil-kuntrarju jew fejn hemm raġunijiet biex ikunu ġustifikati miżuri eċċezzjonali. Iżda dan jista’ jiġi ordnat jekk id-debitur tal-manteniment juri li ma jistax iħallas dan bħala konċessjoni iżda biss fil-forma tad-dar u kumpanija tiegħu .

FuqFuq

Il-manteniment ikun proporzjonat għall-mezzi tad-debitur tal-manteniment u tal-bżonnijiet tal-kreditur tal-manteniment. Fl-istima tal-manteniment, il-possibbiltà li dan ta’ l-aħħar isostni ruħu tiġi eżaminata wkoll.

Fid-determinazzjoni ta’ l-ammont tal-manteniment dovut lill-konjuġi, il-qorti għandha tqis l-età u l-istat tas-saħħa tal-konjuġi, il-kwalifiki professjonali tagħhom u l-possibbiltajiet ta’ l-impjieg, il-ħin li possibbilment ikollhom iqattgħu biex irabbu t-tfal komuni, il-qliegħ u d-dħul tagħhom u b’mod ġenerali, iċ-ċirkostanzi kollha li jaffettwaw il-bżonnijiet tal-konjuġi li jirċievu l-manteniment u l-possibbiltajiet tad-debitur tal-manteniment.

Jekk, wara li l-manteniment ikun ġie stmat mill-qorti jew permezz ta’ ftehim approvat mill-qorti bejn il-partijiet konċernati, jinbidlu ċ-ċirkostanzi li jiddeterminaw din l-istima, il-manteniment jista’ jitnaqqas jew jiżdied, skond il-każ, jew jiġu obbligati persuni oħra sabiex iħallsuh.

Id-debitur tal-manteniment jista’ jitlob tibdil fil-livell stmat qabel tal-manteniment (jekk, per eżempju, il-mezzi finanzjarji tiegħu jonqsu) jew jista’ jitolbu l-kreditur tal-manteniment (jekk, per eżempju, ma jkunx irċieva xi dħul li jkun qies meta kien stmat il-manteniment, jekk inbidlu ċ-ċirkostanzi tal-familja tiegħu jew jekk kien hemm xi tibdil fl-għoli tal-ħajja).

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment?

Il-manteniment jitħallas skond it-termini u lill-persuna indikata fid-deċiżjoni tal-qorti jew fil-ftehim approvat mill-qorti.

Kif jingħad hawn fuq, il-manteniment għandu jkun stmat bħala ħlasijiet mensili kemm-il darba ma jkunx hemm ftehim jew dispożizzjoni legali kuntrarja jew kemm-il darba jkun hemm raġunijiet biex jiġu ġustifikati miżuri eċċezzjonali.

FuqFuq

Iżda jekk id-debitur tal-manteniment juri li ma jistax iħallas dan bħala konċessjoni, iżda biss fil-forma tad-dar u l-kumpanija tiegħu, tista’ tinħareġ ordni f’dan is-sens.

Bħala regola, jekk il-benefiċjarju huwa adult, mhux soġġett għal inkapaċità, il-manteniment jitħallas lilu direttament. Jekk huwa adult soġġett għal inkapaċità, il-manteniment jitħallas lil dik il-parti li hija taħt obbligu legali li teżerċita d-drittijiet finanzjarji tagħha f’isimha (gwardjan, fiduċjarju jew amministratur tal-proprjetà ġudizzjarja); istituzzjoni tista’ tirċievi l-manteniment ukoll.

Jekk il-benefiċjarju huwa minuri, il-konċessjoni titħallas lill-ġenitur li għandu l-kustodja, lil axxendenti oħra, jekk jgħodd, jew lid-diretttur ta’ istituzzjoni li jkun fdat lilha l-minuri.

Il-liġi ma timponix metodi fissi ta’ ħlas u l-partijiet jistgħu jaqblu dwar kif għandu jsir il-manteniment.

Jekk ma hemm l-ebda ftehim, il-qrati jiddeċiedu dwar il-metodu l-aktar prattiku u l-inqas għali, għal kull persuna li tħallas jew il-persuna li tirċievi l-manteniment.

Normalment, il-konċessjoni mensili għandu jitħallas fil-bidu tax-xahar li jirrelata għalih u għandhom jitħallsu minn kwalunkwe mezz li jissuġġerixxi l-benefiċjarju u li huwa leġittimu. Il-metodu l-aktar komuni huwa permezz ta’ trasferiment tal-bank jew depożitu f’kont miftuħ f’bank iżda jista’ jinvolvi li tintbgħat ordni postali jew ċekk jew anke l-konsenja personali ta’ kontanti.

12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx b'mod volontarju, liema azzjoni tista’ tittieħed biex iġġiegħlu/ha j/tħallas?

Id-dritt għall-manteniment huwa sostnut minn sistema b’saħħitha ħafna u konsistenti ta’ protezzjoni legali.

FuqFuq

Il-mezzi disponibbli invarjabbilment jinvolvu li l-każ jitressaq il-qorti.

Id-dritt huwa protett kemm bil-liġi kriminali kif ukoll bil-liġi ċivili.

Fil-livell kriminali, kull min hu legalment obbligat iħallas il-manteniment u jista’ jagħmel dan iżda ma jħarisx dan l-obbligu, u b’hekk possibbilment irażżan il-ħtiġiet fundamentali tal-kreditur tal-manteniment milli jintlaħqu mingħajr għajnuna minn terzi, jista’ jeħel sentenza ta’ ħabs jew multa. Il-proċedura kriminali teħtieġ li jiġi ppreżentat ilment. Jekk l-obbligu ma jintlaħaqx, il-qorti tista’ tirrinunzja jew teħles il-perjodu kollu tas-sentenza mhux servita jew parti minnha.

Fuq livell ċivili, u fil-każ ta’ manteniment dovut għall-minuri, meta l-persuna taħt obbligu legali li tħallas manteniment ma tħallasx l-ammonti dovuti fi żmien għaxart ijiem mid-data meta jsiru dovuti, iseħħ dan li ġej:

  1. Jekk dan jinvolvi uffiċjal pubbliku, l-ammonti rispettivi jitnaqqsu mis-salarju tagħhom fuq talba mill-qorti mibgħuta lill-qorti kompetenti.
  2. Jekk dan jinvolvi impjegat jew ħaddiem bis-salarju, l-ammonti jitnaqqsu mill-paga jew salarju tagħhom. Għal dan l-għan, min iħaddem jiġi mgħarraf u jinħatar bħala d-depożitarju approvat.
  3. Jekk dan jinvolvi persuna li tirċievi l-profitti, il-pensjonijiet, is-sussidji, il-ħlas ta’ kummissjoni, il-perċentwali, it-tariffi, il-ħlas, il-qliegħ maqsum jew id-dħul simili, it-tnaqqis isir minn dawn l-ammonti meta jiġu mħallsa jew kreditati, bit-talbiet jew notifiki meħtieġa għal dan l-iskop u l-organizzazzjonijiet notifikati jiġu maħtura bħala depożitarji approvati.

L-ammonti mnaqqsa jinkludu wkoll il-manteniment li jista’ jkun se jiġi dovut u jitħallsu direttament lill-kreditur tal-manteniment.

FuqFuq

F’sitwazzjonijiet oħrajn, huwa possibbli li jitressqu proċeduri speċjali ta’ l-infurzar tal-manteniment.

Dan l-infurzar jinvolvi b’mod partikolari dawn li ġejjin:

  1. Id-dritt li tiġi nominata l-proprjetà li għandha tiġi maqbuda (proprjetà li se tinbiegħ biex jinkisbu l-ammonti dovuti) huwa esklussivament ta’ l-attur (il-persuna li tressaq l-azzjoni ta’ l-infurzar), li se teżerċita dan id-dritt fl-applikazzjoni inizjali.
  2. Huwa biss wara li jsir il-qbid li tiġi mħarrka l-persuna kontra min hija diretta l-azzjoni ta’ infurzar.
  3. L-appelli (proċeduri ta’ l-oppożizzjoni ta’ l-infurzar) fl-ebda ċirkostanza ma jissoprasjedu l-infurzar.
  4. L-applikant jista’ jitlob l-aġġudikazzjoni (sentenza tal-qorti) ta’ proporzjon ta’ l-ammonti, salarji jew pensjonijiet li tirċievi l-parti l-oħra jew tal-pleġġ tad-dħul (sentenza ta’ qorti dwar dħul) li huma proprjetà ta’ din ta’ l-aħħar, bi ħlas tal-manteniment dovut u li se jiġi dovut, u l-aġġudikazzjoni jew il-pleġġ issir b’mod indipendenti mill-qbid.

Jekk l-applikant jitlob l-aġġudikazzjoni ta’ ammonti jew pensjonijiet, il-qorti tordna li l-entità responsabbli li tħallashom jew li tipproċessa l-pagi rispettivi tkun notifikata li għandha tħallas il-parti aġġudikata direttament lill-applikant. Jekk dan ta’ l-aħħar jitlob il-pleġġ tad-dħul, għandu jindika l-proprjetà li dan għandu jgħodd għaliha u l-imħallef jordna li tiġi ddikjarata l-proprjetà li titqies suffiċjenti biex tħallas il-manteniment dovut.

Jekk, ladarba jsir il-pleġġ, jirriżulta li d-dħul iddikjarat mhuwiex biżżejjed, l-applikant jista’ jindika proprjetà oħra petitioner.

FuqFuq

Min-naħa l-oħra, jekk jirriżulta li d-dħul huwa eċċessiv, l-applikant huwa obbligat iħallas l-ammont żejjed lill-parti l-oħra kif u meta huwa rċevut l-ammont żejjed. Il-parti l-oħra tista’ wkoll titlob li l-pleġġ ikun limitat għall-parti tal-proprjetà jew li jiġi trasferit għal proprjetà oħra. Dan ta’ hawn fuq huwa applikabbli wkoll, skond iċ-ċirkostanzi, jekk l-ammont tal-konċessjoni tal-manteniment jinbidel matul il-proċeduri ta’ l-infurzar.

Meta tkun inbiegħet proprjetà biex jitħallas dejn tal-manteniment, il-ħlas lura ta’ l-eċċess mill-infurzar lid-debitur tal-manteniment ma għandux jiġi ordnat, ħlief jekk il-ħlas tal-manteniment dovut, sa dak l-ammont li l-imħallef, f’termini ta’ ekwità jqis xieraq, huwa żgurat, iżda ssir eċċezzjoni fejn tingħata sigurtà jew garanzija oħra xierqa.

13. Hemm organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li tista’ tgħini nerġa' nikseb il-manteniment?

Jekk id-debitur tal-manteniment fil-każ ta’ minuri ma jistax iħallas minħabba diffikultà finanzjarja (per eżempju minħabba nuqqas ta’ impjieg, mard, inkapaċità fiżika jew dipendenza fuq id-drogi), il-ħlas tal-manteniment jista’ jiġi żgurat, sakemm id-debitur jilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa biex jassumi l-obbligi tiegħu, mill-Fundo de Garantia dos Alimentos Devidos a Menores [Fond ta’ Garanzija għall-Manteniment Dovut lill-Minuri], li huwa ġestit permezz ta’ kont speċjali mill-Instituto de Gestão Financeira da Segurança Social [L-Istitut tal-Ġestjoni Finanzjarja tas-Sigurtà Soċjali]. Dan il-Fond iħallas il-manteniment, permezz ta’ ordni tal-qorti kompetenti, miċ-ċentri reġjonali tas-sigurtà soċjali fiż-żona fejn jirrisjedi l-minuri.

FuqFuq

Għall-ġbir tal-manteniment barra mill-pajjiż, huwa possibbli li tinkiseb l-għajnuna, taħt il-Konvenzjoni rilevanti, mid-Direcção-Geral da Administração da Justiça (id-Dipartiment ta’ l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja), li jaġixxi bħala l-awtorità li tittrażmetti u l-istituzzjoni intermedjarja.

L-għan tal-Konvenzjoni hu li tgħin lil kreditur tal-manteniment fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti jikseb il-manteniment li jitqies intitolat għalih fir-rigward ta’ persuna oħra (debitur) taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Parti Kontraenti oħra.

Ukoll, il-Portugall ikkonkludiet ma’ Franza Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Legali fil-Protezzjoni tal-Minuri, li għalija l-awtorità ċentrali fil-Portugall hija l-Instituto de Reinserção Social [l-Istitut tar-Reintegrazzjoni Soċjali]. Din il-Konvenzjoni għandha l-għan li tħares lill-minuri li għandhom nazzjonalità ta’ wieħed miż-żewġ pajjiżi.

14. Jekk l-attur jinsab fil-Portugall u d-debitur tal-manteniment t/jirrisjedi f’pajjiż ieħor, jistgħu jissostitwixxu lid-debitur u jħallsu l-manteniment huma stess jew parti mill-manteniment minfloku/ha?

Il-Fundo de Garantia dos Alimentos Devidos a Menores [Il-Fond ta’ Garanzija għall-Manteniment Dovut lill-Minuri] jiżgura l-ħlas tal-manteniment mogħti lill-minuri li huma residenti fil-Portugall meta d-debitur tal-manteniment ma jistax iħallas l-ammonti dovuti jew meta ma jkunx possibbli li l-ħlas ikun infurzat u l-minuri m’għandux dħul nett ogħla mis-salarju minimu nazzjonali u ma jirċevix f’dan ir-rigward xi dħul minn xi persuna oħra li għandha l-kustodja tiegħu.

FuqFuq

L-organizzazzjonijiet l-oħrajn indikati għandhom rwol importanti fil-proċess tal-ġbir tal-manteniment iżda ma għandhomx is-setgħa li jissostitwixxu d-debitur.

15. L-attur jista’ jikseb l-għajnuna ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fil-Portugall?

It-tweġiba għaż-żewġ mistoqsijiet ta’ qabel huma validi f’dan ir-rigward.

16. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawk l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Taħt il-Konvenzjoni dwar il-Ġbir tal-Manteniment Barra mill-Pajjiż, l-awtorità li tittrażmetti u l-istituzzjoni intermedjarja fil-Portugall hija:

Direcção-Geral da Administração da Justiça,

Av. 5 de Outubro, n.º 125,

P - 1069-044 Lisbon,

Telefon: +351 21 790 36 00,

Faks: + 351 21 790 36 98/9,

Posta Elettronika: correio@dgsj.pt.

Taħt il-Ftehim konkluż bejn il-Gvern Portugiż u l-Gvern Franċiż, l-awtorità ċentrali hija, kif dikjarat:

Instituto de Reinserção Social,

Av. Almirante Reis, n.º 101,

P - 1150-013 Lisbon,

Telefon: + 351 21 317 61 00,

Faks: + 351 21 317 61 71

Posta Elettronika: irs@irsocial.mj.pt.

17. L-attur, liema tip ta’ għajnuna jista’ jirċievi minn dawk l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Meta kreditur tal-manteniment jinsab fit-territorju ta’ Parti Kuntraenti tal-Konvenzjoni dwar il-Ġbir tal-Manteniment Barra mill-Pajjiż u d-debitur tal-manteniment jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Parti Kuntraenti oħra, ta’ l-ewwel tista’ tibgħat talba lill-awtorità li tittrażmetti fil-pajjiż fejn jinstab id-debitur sabiex tikseb il-manteniment minn dan ta’ l-aħħar.

FuqFuq

Għalhekk, jekk il-kreditur tal-manteniment jinsab f’wieħed mill-pajjiżi kuntraenti, u d-debitur tal-manteniment huwa fil-Portugall, id-Dipartiment ta’ l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, filwaqt li jaġixxi fil-limiti tas-segħat mogħtija mill-kreditur tal-manteniment, jieħu l-passi kollha xierqa biex jiżgura l-ġbir tal-manteniment f’isem ta’ dan ta’ l-aħħar. Jista’ jinnegozja u, jekk meħtieġ, iressaq u jkompli l-azzjoni ta’ manteniment u jista’ wkoll jinforza kwalunkwe deċiżjoni jew att legali ieħor.

Taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Legali dwar il-Protezzjoni tal-Minuri konkluża bejn il-Portugall u Franza, l-Instituto de Reinserção Social (bħala l-awtorità ċentrali Portugiża) jista’ jitlob lill-awtoritajiet ġudizzjarji rispettivi jintervjenu mill-aktar fis possibbli, permezz tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika fil-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni, u jiddikjara li deċiżjoni dwar l-obbligu tal-manteniment hija msaħħa.

Skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi interna tagħhom, l-awtoritajiet ċentrali jittrażmettu talbiet għat-tisħiħ tad-deċiżjonijiet diġà dikjarati li huma msaħħa u l-awtoritajiet kompetenti rispettivi huma mitluba jintervjenu għal dan il-għan.

18. Jista’ l-attur jindirizza talba direttament lil organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fil-Portugall?

Iva. Għall-għanijiet speċifiċi, l-applikant ma għandu bżonn l-ebda intermedjarju.

19. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawk l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 16.

20. X'tip ta’ għajnuna jista’ jirċievi l-attur minn dawk l-organizzazzjonijiet jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 17.

Aktar tagħrif

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb minn dawn is-siti:

  • Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja English - français - português;
  • Il-Qorti Kostituzzjonali português;
  • Il-Ministeru tal-Ġustizzja English - português;
  • Il-Qorti ta’ l-Appell ta’ Liżbona português;
  • Il-Qorti ta’ l-Appell ta’ Coimbra português;
  • Il-Qorti ta’ l-Appell ta’ Évora English - français -português;
  • Il-Qorti ta’ l-Appell ta’ Oportoportuguês;
  • L-Uffiċċju ta’ l-Avukat-Ġenerali português;
  • Is-Sigurtà Soċjali English - português;
  • Instituto de Reinserção Social English - português (L-Istitut tar-Reintegrazzjoni Soċjali);
  • Id-Dipartiment ta’ l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja português (li jipprovdi, fost l-oħrajn dettalji tal-kuntatt għall-qrati u informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhomu aċċess għall-paġna fuq l-Internet ta’ l-Uffiċjali ta’ l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja);
  • L-Uffiċċju tal-Politika Legali u ta’ l-Ippjanar tal-Ministeru tal-Ġustizzja English - português ;
  • Id-Dipartiment tar-Reġistri Pubbliċi u l-Professjoni Notarili português;
  • L-Assoċjazzjoni tal-Prosekuturi Pubbliċi português;
  • L-Assoċjazzjoni ta' l-Avukati português;
  • Id-database tal-leġiżlazzjoni on-line português (fiha l-liġijiet u l-atti pubblikati fis-Serje I tal-Gazzetta Uffiċjali sa mill-01-01-1970; tippermetti aċċess liberu għal-leġiżlazzjoni pubblikata fis-Serje I sa mill-01-01-2000).

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Portugall - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 28-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit