Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Polonja

L-aħħar aġġornament: 18-03-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Polonja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfissru t-termini “manteniment” u “pretensjoni ta’ manteniment” fil-liġi Pollakka? Min huwa intitolat għall-manteniment? 1.
2. Sa liema età jista’ wild jibbenenefika minn allowance tal-manteniment? 2.
3. F’liema każijiet tgħodd il-liġi Pollakka? 3.
4. Jekk il-qorti ma tapplikax il-liġi Pollakka, liema liġi tgħodd (jekk kemm l-attur kif ukoll id-debitur jinsabu fil-Polonja)? 4.
5. Kif napplika għall-manteniment minn qorti, dipartiment tal-gvern jew organizzazzjoni oħra? 5.
6. Tista’ ssir applikazzjoni f’isem qarib tad-demm, persuna li wieħed jafha sew jew minorenni? 6.
7. L-attur kif ikun jaf liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni għat-talba tiegħu? 7.
8. L-attur irid juża intermedjarju professjonali biex iressaq il-kawża fil-qorti, jew jista’ jagħmel it-talba permezz ta’ l-awtorità kompetenti? 8.
9. L-attur irid iħallas l-ispejjeż tal-qorti? Jekk iva, kemm x’aktarx ikunu? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ l-attur mhumiex biżżejjed, jista’ jikseb għajnuna legali biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. Il-livell tal-manteniment kif inhuwa kkalkolat fil-proċeduri tal-qorti? It-tibdil fl-ispejjeż ta’ l-għajxien u fiċ-ċirkostanzi tal-familja jaffettwaw il-livell ta’ l-allowance10.
11. Min iħallas l-allowance tal-manteniment, u kif? 11.
12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx volontarjament, liema azzjoni tista’ tittieħed sabiex jiġġiegħel iħallas? 12.
13. Hemm awtorità jew organizzazzjoni li tgħin lil dawk li huma intitolati jiksbu l-manteniment? 13.
14. Tista’ xi waħda minn dawn l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet iħallsu l-manteniment kollu dovut jew parti minnu minflok id-debitur? 14.
15. L-attur għall-manteniment jista’ jikseb l-għajnuna ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (lokali jew ċentrali) fil-Polonja jekk hija residenti fil-Polonja iżda d-debitur tal-manteniment jgħix f’pajjiż ieħor? 15.
16. Jekk iva, kif tista’/jista’ dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment tal-gvern tiġi/jiġi kkuntatjat(a) (jekk jogħġbok agħti ismijiet u indirizzi eżatti)? 16.
17. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi l-attur minn dan id-dipartiment tal-gvern jew din l-organizzazzjoni? 17.
18. L-attur għall-manteniment jista’ japplika direttament lil dan id-dipartiment jew aġenzija ta’ trażmissjoni fil-Polonja jekk huwa residenti fil-Polonja u d-debitur tal-manteniment jgħix f’pajjiż ieħor? 18.
19. Jekk iva, kif tista’/jista’ dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment tal-gvern tiġi/jiġi kkuntatjat(a) (jekk jogħġbok agħti ismijiet u indirizzi eżatti)? 19.
20. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi l-attur minn dan id-dipartiment tal-gvern jew organizzazzjoni? 20.

 

1. Xi jfissru t-termini “manteniment” u “pretensjoni ta’ manteniment” fil-liġi Pollakka? Min huwa intitolat għall-manteniment?

Skond l-Artikolu 128 tal-Kodiċi dwar il-Familja u t-Tutela, l-obbligu tal-manteniment huwa r-rekwiżit li qarib tad-demm lineali jew aħwa jipprovdu fondi biex imantnu żamma (inkluż ħwejjeġ, ikel, akkomodazzjoni, karburanti u mediċini) u wkoll, fejn meħtieġ, trobbija (inkluż provvediment għall-iżvilupp fiżiku u mediku u aċċess għall-edukazzjoni u l-kultura).

Il-manteniment huwa allowance fi flus jew mhux fi flus u, fil-każ tat-tfal, ikopri wkoll kontribuzzjoni personali fit-trobbija tagħhom u xogħol fid-dar komuni skond l-obbligu tal-manteniment.

Pretensjoni ta' manteniment hija d-dritt ta' persuna waħda li titlob mingħand persuna oħra t-twettiq ta' l-obbligu tal-manteniment ta' din ta' l-aħħar lejn dik ta' l-ewwel.

Il-prinċipju ġenerali huwa li l-obbligu tal-manteniment jirriżulta minn bosta tipi ta' relazzjoni ta' familja. Skond it-tip ta' relazzjoni ta' familja, il-liġi Pollakka tiddistingwi bejn dawn it-tipi li ġejjin ta' obbligu tal-manteniment:

  1. obbligu tal-manteniment bejn qraba tad-demm, u l-kategorija speċifika ta' l-obbligu tal-manteniment tat-tfal: Fil-każ ta' qraba tad-demm, huma biss dawk li jinsabu f'diffikoltà materjali li huma intitolati għall-manteniment. Iżda l-ġenituri huma obbligati jipprovdu l-manteniment tat-tfal lill-ulied li għadhom ma jistgħux jipprovdu għalihom infushom, kemm-il darba xi dħul mill-proprjetà ta' l-ulied ma jkunx suffiċjenti għall-manteniment u t-trobbija tagħhom. Wara li jagħlqu tmintax-il sena, l-ulied jitilfu d-dritt tagħhom għall-manteniment kemm-il darba ma jixtiequx ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u r-riżultati tagħhom sa dakinhar jiġġustifikaw din l-għażla. Barra minn dan, il-ġenituri mhumiex meħtieġa jħallsu manteniment għal wild li huwa akbar minn tmintax-il sena u, għalkemm ippreparat għall-impjieg, ikompli l-istudji u mbagħad jitlaqhom, ma jagħmilx progress sodisfaċenti, ma jiksibx marki biex jgħaddi u ma jagħmilx l-eżamijiet fit-termini stabbiliti, u għalhekk ma jlestix l-istudji tiegħu fiż-żmien permess mill-programm ta' l-istudju tagħhom;
  2. obbligu tal-manteniment li jirriżulta mill-adozzjoni: Jekk l-adozzjoni taffettwa b'mod esklussiv ir-relazzjoni bejn il-persuna li tadotta u l-persuna adottata, l-obbligu tal-manteniment lejn il-persuna adottata mill-persuna li adottat tieħu preċedenza fuq l-obbligu tal-manteniment tal-qraba fil-linja axxendenti u aħwa tal-persuna adottata, filwaqt li l-obbligu tal-manteniment tal-qraba fil-linja axxendenti u aħwa jiġi l-aħħar. F'aspetti oħrajn jgħoddu l-prinċipji stabbiliti fil-punt 1 għall-persuna adottata;
  3. obbligu bejn persuni relatati b'affinità (il-mara tal-missier, ir-raġel ta' l-omm, tfal mill-ewwel żwieġ tal-konjuġi l-ieħor): Huma biss persuni li jinsabu f'diffikoltà materjali li huma intitolati għall-manteniment, u dana biss, jekk fis-sitwazzjoni in kwistjoni, l-impożizzjoni ta' l-obbligu tal-manteniment ikun skond normi soċjali ġeneralment aċċettati, Fil-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza Pollakki, “diffikoltà materjali” tfisser li wieħed ma jistax ikopri l-bżonnijiet raġjonevoli tiegħu mir-riżorsi tiegħu stess u bl-isforzi tiegħu stess;
  4. obbligu bejn konjuġi kemm idum iż-żwieġ: Skond l-Artikolu 278 tal-Kodiċi dwar il-Familja u t-Tutela, il-membri tal-familja jistgħu jitolbu d-dritt għal “standard ta' għajxien ugwali” għall-membri kollha tal-familja;
  5. obbligu bejn konjuġi wara li jintemm iż-żwieġ: Jekk wieħed mill-konjuġi biss ikun inżamm responsabbli għall-falliment taż-żwieġ u d-divorzju jimplika deterjorazzjoni sostanzjali fis-sitwazzjoni materjali tal-konjuġi l-ieħor, dan ta' l-aħħar jista' jitlob li jintlaħqu l-bżonnijiet raġonevoli tiegħu ukoll jekk ma jinsabx f'diffikoltà materjali. F'każijiet oħrajn, konjuġi li jinsab f'diffikoltà materjali jista' jitlob manteniment mill-konjuġi ta' qabel biex jintlaħqu l-bżonnijiet raġonevoli tiegħu fi proporzjon tal-kapaċità li jaqla' l-flus u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-konjuġi ta' qabel. Obbligu tal-manteniment lejn konjuġi jintemm meta dak il-konjuġi jiżżewweġ mill-ġdid. Iżda, fejn l-obbligu jaqa' fuq konjuġi divorzjat li ma nżammx responsabbli għall-falliment taż-żwieġ, l-obbligu jintemm ukoll ħames snin wara d-digriet tad-divorzju, kemm-il darba l-qorti ma tordnax li l-perjodu ta' ħames snin jiġi estiż fuq talba tal-konjuġi intitolat għall-manteniment u għal raġunijiet ta' ċirkostanzi eċċezzjonali;
  6. obbligu tal-missier ta' wild barra miż-żwieġ lejn omm il-wild: Missier li mhuwiex ir-raġel tal-mara għandu jikkontribwixxi skond iċ-ċirkostanzi tiegħu lejn l-ispejjeż assoċjati mat-tqala u t-twellid u tliet xhur ta' spejjeż tal-manteniment għall-omm matul il-perjodu tat-twelid. Jekk hemm raġunijiet importanti ħafna, l-omm tista' titlob kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-manteniment tagħha għal aktar minn tliet xhur.

2. Sa liema età jista’ wild jibbenenefika minn allowance tal-manteniment?

Il-premessa għall-obbligu tal-manteniment tal-ġenituri lejn wild huwa li l-wild ma jistax jipprovdi għalih innifsu. Għal aktar tagħrif ara l-punt 1.1.

FuqFuq

3. F’liema każijiet tgħodd il-liġi Pollakka?

Il-kwistjoni tal-liġi applikabbli hija rregolata fil-Polonja minn: l-Att tat-12 ta' Novembru 1965 dwar il-Liġi Internazzjonali Privata, il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi tal-Manteniment iffirmata fl-Aja fit-2 ta' Ottubru 1973 u ftehimiet bilaterali ma' l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Belarussja, Kuba, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Estonja, Franza, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, il-Korea ta' Fuq, ir-Rumanija, ir-Russja, l-Ukrajina u l-Vjetnam (għal tagħrif dwar dawn il-ftehimiet, ara s-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Pollakk: www.ms.gov.pl polski).

Fejn il-Konvenzjoni jew dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali ma jipprovdux mod ieħor, il-pretensjonijiet ta' manteniment bejn qraba tad-demm jew konjuġi tal-ġenituri u wlied miż-żwieġ ta' qabel tal-konjuġi l-ieħor huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż li tiegħu għandha n-nazzjonalità l-persuna intitolata għall-manteniment. Għalhekk il-liġi Pollakka tgħodd fejn dik il-persuna għandha nazzjonalità Pollakka.

4. Jekk il-qorti ma tapplikax il-liġi Pollakka, liema liġi tgħodd (jekk kemm l-attur kif ukoll id-debitur jinsabu fil-Polonja)?

Il-post tar-residenza jew domiċilju tal-partijiet ma jaffetwax l-għażla tal-liġi applikabbli. Kull ma jgħodd huwa n-nazzjonalità ta' l-attur. Ara l-punt 3.

FuqFuq

5. Kif napplika għall-manteniment minn qorti, dipartiment tal-gvern jew organizzazzjoni oħra?

Il-ħlas tal-manteniment jista' jinkiseb permezz ta':

  1. twettiq volontarju ta' l-obbligu tal-manteniment,
  2. il-konklużjoni ta' ftehim dwar l-obbligu bejn il-partijiet jew,
  3. jekk il-persuna li għandha l-obbligu tal-manteniment ma twettqux, rikors lill-qorti biex tordna l-manteniment.

6. Tista’ ssir applikazzjoni f’isem qarib tad-demm, persuna li wieħed jafha sew jew minorenni?

Petizzjoni għal ordni ta' manteniment tista' ssir f'isem il-persuna intitolata minn:

  • prokuratur, li jista', minbarra avukat, ikun ukoll ġenitur, konjuġi, aħwa, qarib fil-linja axxendenti jew persuna f'relazzjoni ta' adozzjoni lejn il-persuna intitolata;
  • rappreżentant ta' dipartiment ta' awtorità lokali responsabbli għall-assistenza soċjali [taħt l-Att dwar l-Assistenza Soċjali tat-12 ta' Marzu 2004 (Dziennik Ustaw ta' l-2004, Nru 64, inċiż 593) dawn ir-rappreżentanti huma: il-maniġer ta' ċentru ta' l-assistenza soċjali lokali [gmina] jew ċentru ta' l-appoġġ tal-familja tad-distrett [powiat]];
  • rappreżentant ta' organizzazzjoni bbażata fil-komunità b'kompetenza li tgħin lill-familji [lista ta' dawn l-organizzazzjonijiet hija stabbilita f'regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Novembru 2000 (Dziennik Ustaw ta' l-2002, Nru 100, inċiż 1080)];
  • prosekutur pubbliku jekk dan huwa xieraq fl-interess li tiġi rispettata s-supremazija tad-dritt u l-interess pubbliku.

Rappreżentant statutarju jaġixxi għall-minorenni li huma intitolati għall-manteniment.

FuqFuq

Persuna li wieħed jafha sew ma tistax taġixxi f'isem il-persuna li hija intitolata kemm-il darba ma tkunx waħda mill-persuni elenkati hawn fuq.

7. L-attur kif ikun jaf liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni għat-talba tiegħu?

Taħt il-Kodiċi dwar il-Proċeduri Ċivili, il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni hija l-qorti tad-distrett. Il-ġuriżdizzjoni hija ddeterminata skond il-post tar-rezidenza ta' l-attur jew tal-konvenut.

L-informazzjoni dwar liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni f'każ partikolari tista' wkoll tinkiseb mid-ditti ta' l-avukati jew mill-persuni msemmija fil-punt 15 jew mill-Altas Ġudizzjarju Ewropew fuq is-sit web tal-Kummissjoni: 

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/index_mt.htm.

8. L-attur irid juża intermedjarju professjonali biex iressaq il-kawża fil-qorti, jew jista’ jagħmel it-talba permezz ta’ l-awtorità kompetenti?

Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex meħtieġa fil-każijiet tal-manteniment. L-attur jista' jagħżel li jaġixxi f'ismu proprju jew permezz ta' intermedjarju professjonali.

Ara l-punt 9 għal informazzjoni speċifika dwar il-possibbiltà li avukat jinħatar mill-qorti sabiex jaġixxi għall-attur għall-manteniment.

9. L-attur irid iħallas l-ispejjeż tal-qorti? Jekk iva, kemm x’aktarx ikunu? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ l-attur mhumiex biżżejjed, jista’ jikseb għajnuna legali biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Taħt il-liġi Pollakka, il-persuna li titlob l-infurzar ta’ pretensjoni ta’ manteniment hija eżenti milli tħallas l-ispejjeż tal-qorti. Din l-eżenzjoni hija totali, jiġifieri l-persuna kkonċernata ma tħallasx spejjeż tal-qorti, spejjeż ta’ l-appell jew spejjeż ta’ l-infurzar.

FuqFuq

Barra minn dan, persuna li tgawdi minn eżenzjoni minn spejjeż tal-qorti tista’ tapplika għall-għajnuna legali fil-forma ta’ avukat maħtur mill-qorti. Jekk l-applikazzjoni għal avukat tintlaqa’, l-ispejjeż ta’ l-avukat huma koperti mill-parti opposta tal-parti li għaliha jinħatar avukat. Fejn dik il-persuna titlef il-każ, l-ispejjeż ta’ l-avukat huma koperti mit-Teżor ta’ l-Istat.

Id-drittijiet tal-persuni ta’ nazzjonalità ta’ l-Istati Membri f’din il-kwistjoni huma rregolati mill-Att dwar id-dritt għall-assistenza fil-proċeduri ċivili mwettqa fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea. It-tagħrif dwar dan l-att jinsab fl-informazzjoni provduta mill-Polonja dwar l-għajnuna legali.

10. Il-livell tal-manteniment kif inhuwa kkalkolat fil-proċeduri tal-qorti? It-tibdil fl-ispejjeż ta’ l-għajxien u fiċ-ċirkostanzi tal-familja jaffettwaw il-livell ta’ l-allowance?

L-estent ta’ allowance tal-manteniment jiddependi fuq il-kapaċità ta’ qligħ u dik finanzjarja tal-persuna meħtieġa li tħallasha u fuq il-bżonnijiet raġonevoli ta’ l-attur. Il-bżonnijiet raġonevoli jinkludu dak kollu li huwa essenzjali għall-proviżjon tal-manteniment ta’ l-attur, mhux biss f’termini materjali iżda wkoll f’aspetti oħrajn (kulturali u spiritwali). Il-bżonnijiet tal-minorenni jinkludu l-ispejjeż tat-trobbija tagħhom. Meta tiġi stmata l-kapaċità ta’ qligħ u dik finanzjarja tal-persuna meħtieġa li tħallas il-manteniment, dak li jitqies mhuwiex id-dħul li attwalment għandha iżda dak li tista’ taqla’ jekk tista’ tagħmel użu sħiħ mill-potenzjal tagħha li taqla’ l-flus.

FuqFuq

Fejn hemm tibdil fiċ-ċirkostanzi, tista’ tintalab ordni tal-qorti jew ftehim ta’ manteniment. Kwalunkwe parti fir-relazzjoni tal-manteniment tista’ titlob tibdil bħal dan. Skond iċ-ċirkostanzi, jistgħu jitolbu kanċellament ta’ l-obbligu tal-manteniment jew żjieda jew tnaqqis fl-ammont tal-manteniment. Il-kondizzjonijiet għat-tibdil ta’ l-allowance huma li jew il-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna intitolata għall-manteniment jew il-kapaċità ta’ qligħ tal-persuna li qed tħallas il-manteniment ikunu żdiedu jew naqsu.

11. Min iħallas l-allowance tal-manteniment, u kif?

Il-persuna msemmija bħala debitur fid-deċiżjoni infurzabbli [tal-qorti] hija l-persuna li għandha tħallas. Il-prinċipju huwa li l-ispiża ta’ l-allowance tal-manteniment għandha titħallas esklużivament mill-persuna li għandha l-obbligu tal-manteniment. Jekk dik il-persuna ma tħallasx volontarjament, il-persuna intitolata għall-manteniment tista’ tapplika għall-infurzar lill-awtorità kompetenti ta’ l-infurzar. L-infurzar jista’ jinbeda ex officio fuq talba tal-qorti ta’ l-ewwel istanza li tkun ħarġet id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-livell tal-manteniment. Il-persuna intitolata għall-manteniment tista’ wkoll tippreżenta d-deċiżjoni infurzabbli fuq il-post tax-xogħol tad-debitur jew fl-istituzzjoni li tħallas il-pensjoni tad-debitur u titlob li l-manteniment dovut jitnaqqas mill-ammonti mħallsa lid-debitur. Din it-talba torbot lill-aġenzija li tħallas.

12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx volontarjament, liema azzjoni tista’ tittieħed sabiex jiġġiegħel iħallas?

Jekk il-persuna li għandha l-obbligu tal-manteniment tonqos milli twettaq dak l-obbligu volontarjament, tista' tiġi mġiegħla tagħmel dan. Ara l-punt 11.

FuqFuq

Barra minn dan, taħt il-Kodiċi Penali nuqqas ta' ħlas tal-manteniment huwa reat kriminali punibbli b'multa, miżuri mhux ta' ħabs jew ħabs sa sentejn.

13. Hemm awtorità jew organizzazzjoni li tgħin lil dawk li huma intitolati jiksbu l-manteniment?

Kif imsemmi fil-punt 6, talba għal ordni tal-manteniment tista' tiġi ppreżentata f'isem il-persuna intitolata minn, fost l-oħrajn, xi organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità, rappreżentanti tal-gvern lokali responsabbli għall-assistenza soċjali u, f'xi każijiet, il-prosekutur pubbliku. Dawn l-organizzazzjonijiet u persuni jistgħu wkoll jappoġġjaw lill-attur billi jipparteċipaw fil-proċeduri tal-manteniment li diġà nbdew. Ir-rwol tagħhom huwa li mbagħad jappoġġjaw lill-persuna intitolata għall-manteniment fl-azzjoni tagħha quddiem il-qorti.

14. Tista’ xi waħda minn dawn l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet iħallsu l-manteniment kollu dovut jew parti minnu minflok id-debitur?

Le, ħadd minnhom ma jista' jagħmel dan.

Madankollu, l-Att tat-22 ta' April 2005 dwar proċeduri kontra d-debituri tal-manteniment u dwar il-ħlasijiet tal-manteniment, li ġie fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2005, jipprovdi li, fejn huwa impossibbli li tiġi infurzata l-ordni tal-manteniment maħruġa mill-qorti, l-uffiċċju lokali [gmina] u ċ-ċentru ta' l-assistenza soċjali jistgħu jagħtu intitolament għal "ħlas bil-quddiem tal-manteniment".

Huma biss il-persuni speċifikati fl-Att li jistgħu japplikaw għall-ħlas bil-quddiem. Il-ħlasijiet bil-quddiem tal-manteniment jitħallsu mill-kap ta' l-awtorità lokali, is-sindku jew il-president tal-belt, skond il-post tar-residenza ta' l-attur għall-manteniment, u ma jistgħux jeċċedu l-ammont ta' manteniment ordnat mill-qorti jew l-ammonti speċifikati fl-Att. L-atturi huma intitolati għal ħlasijiet bil-quddiem fl-ammont ta' manteniment ordnat mill-qorti iżda mhux imħallas.

FuqFuq

Madankollu, jekk il-persuna intitolata għal ħlas bil-quddiem tal-manteniment qed tgħix f'istituzzjoni li tipprovdi żamma full-time (eż., ċentru ta' l-assistenza soċjali, istitut tat-tfal, reformatorju jew kustodja) jew ġewwa familja foster, jew tkun iżżewġet jew għandha wlied u hija intitolata għal allowance għad-dar, il-ħlas bil-quddiem ma jiġix ordnat lil dik il-persuna.

Dan l-Att huwa applikabbli biss jekk il-persuna intitolata għal ħlas bil-quddiem tal-manteniment tirrisjedi fil-Polonja.

15. L-attur għall-manteniment jista’ jikseb l-għajnuna ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (lokali jew ċentrali) fil-Polonja jekk hija residenti fil-Polonja iżda d-debitur tal-manteniment jgħix f’pajjiż ieħor?

Jekk id-debitur huwa residenti barra filwaqt li l-attur għall-manteniment huwa residenti fil-Polonja, il-Qorti Reġjonali [Sąd Okręgowy] kompetenti għall-post tar-residenza ta’ l-attur għall-manteniment tgħin lill-attur ifassal applikazzjoni għall-manteniment billi tipprovdih bl-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa biex ilesti d-dokumenti kollha meħtieġa u billi tivverifika li l-applikazzjoni hija formalment korretta.

16. Jekk iva, kif tista’/jista’ dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment tal-gvern tiġi/jiġi kkuntatjat(a) (jekk jogħġbok agħti ismijiet u indirizzi eżatti)?

Isem il-Qorti

Indirizz

Kodiċi taż-Żona

Tel.

Fax

Swiċċbord

President

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Białystok

ul. M.C.Skłodowskiej 1

15-950 Białystok

085

742-04-41

745-91-00

745-92-00

745-92-17

742-46-40

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Bielsko-Biała

ul. Cieszyńska 10

43-300 Bielsko-Biała

033

499-04-99

499-03-16

499-03-18

812-39-15

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

in Bydgoszcz

ul. Wały Jagiellońskie 2

85-128 Bydgoszcz

052

325-31-00

325-31-04

321-31-01

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Częstochowa

ul. Dąbrowskiego 23/35

42-200 Częstochowa

034

324-50-15

324-16-80

324-16-80

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Elbląg

Pl. Konstytucji 1

82-300 Elbląg

055

611-22-00

611-22-07

611-22-15

611-22-17

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Gliwice

ul. Kosciuszki 15

44-100 Gliwice

032

338-02-00

338-01-01

338-01-02

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Gdańsk

ul. Nowe Ogrody 30/34

80-958 Gdańsk

058

321-31-99

321-31-00

321-31-01

321-31-04

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Gorzów Wielkopolski

ul. Mieszka I 33

66-400 Gorzów Wielkopolski

095

722-42-80

do 85

720-28-07

720-28-07

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Jelenia Góra

ul. Wojska Polskiego 56

58-500 Jelenia Góra

075

641-51-00

752-24-34

641-51-51

752-51-13

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Kalisz

Al. Wolnosci 13

62-800 Kalisz

062

765-77-00

765-77-64

757-37-04

765-78-50

757-49-36

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Katowice

ul. Andrzeja 16/18

40-957 Katowice

032

251-14-21

251-40-91

251-69-83

251-67-28

251-69-83

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Kielce

ul. Seminaryjska 12

25-372 Kielce

041

340-23-00

344-59-45

344-49-23

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Konin

ul. Energetyka 5

62-510 Konin

063

242-30-22

242-38-16

242-65-69

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Koszalin

ul. Waryńskiego 7

75-541 Koszalin

094

-

342-50-71

342-88-04

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Kraków

ul. Przy Rondzie 7

31-547 Kraków

012

619-50-00

619-58-00

619-58-22

619-57-77

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

fi Krosno

ul. Sienkiewicza 12

38-400 Krosno

013

436-84-78

436-85-49

432-05-70

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Legnica

ul. Złotoryjska 40

59-220 Legnica

076

722-59-00

722-59-11

722-59-12

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Lublin

ul. Krakowskie Przedmiescie 43

20-076 Lublin

081

535-91-00

do 10

532-08-40

532-99-95

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Łomża

ul. Dworna 16

18-400 Łomża

086

216-62-81

216-38-07

216-67-53

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F' Łódź

Pl. Dąbrowskiego 5

90-921 Łódź

042

677-89-00

677-89-99

677-89-91

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Nowy Sącz

ul. Pijarska 3

33-300 Nowy Sącz

018

443-89-00

443-89-22

443-81-14

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Olsztyn

ul. Dąbrowszczaków 44

10-001 Olsztyn

089

523-02-30

523-01-85

527-30-48

527-76-95

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Opole

siedziba tymczasowa

ul. Prószkowska 67

45-758 Opole

077

457-22-64

457-28-33

402-48-35

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Ostrołęka

ul. Kosciuszki 19

07-400 Ostrołęka

029

764-29-22

764-29-40

764-37-22

764-32-88

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

Fi Piotrków Trybunalski

ul. J. Słowackiego 5

97-300 Piotrków Trybunalski

044

-

647-21-94

649-64-14

647-89-19

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

Fi Płock

Pl. Narutowicza 4/6

09-404 Płock 6

024

262-52-44

268-85-84

268-85-79

262-25-26

262-25-26

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Poznań

ul. Marcinkowskiego 32

60-967 Poznań

061

856-60-00

852-33-06

852-93-85

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Radom

ul. Marszałka

J. Pilsudskiego 10

26-600 Radom

048

368-02-00

368-03-00

368-03-01

368-03-03

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Rzeszów

Pl. Śreniawitów 3

35-959 Rzeszów

017

875-62-00

875-62-36

862-72-65

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Siedlce

ul. Sądowa 2

08-110 Siedlce

025

632-52-35

do 39

632-62-11

632-61-98

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Sieradz

Al. Zwycięstwa 1

98-200 Sieradz

043

827-13-20

827-12-87

827-10-14

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

Fi Słupsk

ul. Zamenhofa 7

76-200 Słupsk

059

842-20-41

do 44

842-83-25

842-83-01

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Suwałki

ul. L.Waryńskiego 45

16-400 Suwałki

087

563-13-30

563-13-01

563-13-03

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Szczecin

ul. Kaszubska 42

70-952 Szczecin

091

448-00-02

448-96-36

448-99-15

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Świdnica

Pl. Grunwaldzki 14

58-100 Świdnica

074

851-83-00

851-82-46

851-82-70

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Tarnobrzeg

ul. Sienkiewicza 27

39-400 Tarnobrzeg

015

823-48-80 do 81

823-49-20

823-05-51

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Tarnów

ul. J. Dąbrowskiego 27

33-100 Tarnów

014

632-74-00

632-75-00

621-16-38

621-34-74

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Toruń

ul. Piekary 51

87-100 Toruń

056

610-56-00

610-56-04

655-57-06

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Varsava

Al. Solidarnosci 127

00-951 Warszawa

022

620-03-71

620-13-57

620-13-57

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Włocławek

ul. Wojska Polskiego 22

87-800 Włocławek

054

411-62-00

411-62-05

411-62-05

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

Fi Wrocław

ul. Sądowa 1

50-950 Wrocław

071

370-42-00

370-42-01

343-64-75

344-49-59

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

F'Zamosć

ul. Akademicka 1

22-400 Zamosć

084

-

638-48-13

639-33-59

Sąd Okręgowy (Qorti Reġjonali)

Fi Zielona Góra

Pl. Słowiański 1

65-958 Zielona Góra

068

-

322-01-40

322-01-41

17. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi l-attur minn dan id-dipartiment tal-gvern jew din l-organizzazzjoni?

Fejn Qorti Pollakka hija l-aġenzija li tittrażmetti taħt il-Konvenzjoni ta’ New York ta’ l-1956 jew ftehim bilaterali, tagħti lill-attur għall-manteniment l-informazzjoni kollha meħtieġa, tgħin lill-attur ilesti d-dokumenti kollha meħtieġa, tivverifika li l-applikazzjoni hija formalment korretta u tibgħat l-applikazzjoni barra.

18. L-attur għall-manteniment jista’ japplika direttament lil dan id-dipartiment jew aġenzija ta’ trażmissjoni fil-Polonja jekk huwa residenti fil-Polonja u d-debitur tal-manteniment jgħix f’pajjiż ieħor?

F'sitwazzjonijiet li jinvolvu ordni mill-qorti ta' ħlas ta' manteniment, l-attur li jgħix f'pajjiż ieħor jista', fejn il-każ jaqa' fl-ambitu tal-Konvenzjoni ta' New York, juża l-proċedura provduta f'dik il-Konvenzjoni u japplika lill-aġenzija li tittrażmetti kompetenti tal-pajjiż fejn tkun residenti.

Jekk l-attur jgħix f'pajjiż li miegħu l-Polonja għandha ftehim bilaterali, l-għajnuna tingħata skond id-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim. Bħala regola, dawn il-ftehimiet jipprovdu għall-applikazzjoni diretta lill-qorti Pollakka jew applikazzjoni lil dik il-qorti permezz ta' qorti tal-pajjiż li tat id-deċiżjoni. F'każijiet oħrajn l-applikazzjoni hija trażmessa permezz ta' dipartiment tal-gvern ċentrali - ħafna drabi l-Ministeru tal-Ġustizzja.

19. Jekk iva, kif tista’/jista’ dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment tal-gvern tiġi/jiġi kkuntatjat(a) (jekk jogħġbok agħti ismijiet u indirizzi eżatti)?

Fil-każijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Konvenzjoni ta’ New York, l-aġenziji li jittrażmettu kompetenti tal-pajjiżi barranin huma indikati fid-dikjarazzjonijiet ta’ dawk il-pajjiżi annessi mal-Konvenzjoni, li jistgħu jinsabu fuq l-Internet.

20. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi l-attur minn dan id-dipartiment tal-gvern jew organizzazzjoni?

Fil-każijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Konvenzjoni ta’ New York, l-aġenziji li jittrażmettu kompetenti tal-pajjiżi barranin indikati fid-dikjarazzjonijiet annessi mal-Konvenzjoni jipprovdu lill-attur bl-informazzjoni rilevanti kollha, jgħinuh ilesti d-dokumenti kollha meħtieġa, jivverifikaw li l-applikazzjoni hija formalment korretta u jibagħtu l-applikazzjoni lill-pajjiż l-ieħor ikkonċernat.

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 18-03-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit