Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Olanda

L-aħħar aġġornament: 06-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Olanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jkopru l-kunċetti “manteniment ” u “obbligu ta’ manteniment ” skond il-liġi Olandiża ? 1.
2. Sa liema età tifel jista’ jibbenefika minn allowance ta’ manteniment ? 2.
3. F’liema każi tapplika l-liġi Olandiża? 3.
4. Jekk din il-liġi ma tkunx tapplika, liema liġi għandha tiġi applikata fil-qrati Olandiżi? 4.
5. Il-kreditur tal-manteniment għandu japplika quddiem organizzazzjoni speċifika, dipartiment (ċentrali jew lokali) tal-gvern jew qorti biex jikseb il-manteniment? 5.
5.A. Kif għandi nagħmel biex napplika għall-manteniment għand din l-organizzazzjoni jew id-dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) u liema proċeduri japplikaw? 5.A.
6. Tista ssir talba f’isem qarib, relazzjoni intima jew minuri ? 6.
7. Jekk l-applikant jaħseb biex iġib il-każ quddiem il-qorti, kif ikun jaf liema tkun il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni? 7.
8. L-applikant jeħtieġ intermedjarju biex iġib il-każ quddiem il-qorti (per eżempju, avukat, organizzazzjoni speċifika, jew dipartiment (ċentrali jew lokali) tal-gvern, eċċ.)? Jekk le, x’inhuma l-proċeduri ? 8.
9. L-applikant irid iħallas xi drittijiet biex iġib il-każ quddiem il-qorti? Jekk iva, kemm jistgħu jitilgħu? Jekk l-applikant ma jkollux mezzi finanzjarji biżżejjed, jista’ japplika għal għajnuna legali biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. X’tip ta’ manteniment x’aktarx tagħti l-qorti ? Jekk tingħata allowance, kif tiġi vvalutata? Id-deċiżjoni tal-qorti, tista’ tiġi rriveduta biex tqis il-bidliet fil-għoli tal-ħajja jew taċ-ċirkustanzi familjari? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment ? 11.
12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallas b’mod volontarju, x’azzjoni tista’ tittieħed biex iġġiegħlu/iġġegħelha tħallas? 12.
13. Teżisti organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li jista’ jgħinini nikseb il-manteniment? 13.
14. Jistgħu jieħdu post id-debitur u jħallsu l-manteniment jew parti minnu huma stess minfloku jew minflokha? 14.
15. Jista’ l-applikant jikseb l-assistenza ta’ oranizzazzjoni jew ta’ dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Olanda? 15.
16. Jekk iva, kif tista’ tiġi kkuntattjata l-organizzazzjoni jew id-dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 16.
17. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi l-applikant minn din l-organizzazzjoni jew mid-dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 17.
18. Jista’ min jagħmel talba jagħmilha direttament lil organizzazzjoni jew ta’ dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Olanda? 18.

 

1. Xi jkopru l-kunċetti “manteniment ” u “obbligu ta’ manteniment ” skond il-liġi Olandiża ?

Il-manteniment huwa l-obbligu tal-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ħajja tal-kreditur tal-manteniment. L-obbligu tal-ħlas tal-manteniment jiġi mill-qrubija mid-demm u l-affinità, u minn rabta matrimonjali (preċedenti). Japplikaw stipulazzjonijiet komparabbli fil-każ ta’ sħubija rreġistrata.

Lima persuni għandhom obbligu li jaħallsu l-allowance tal-manteniment lil persuna oħra :
- il-ġenituri lit-tfal tagħhom?

Il-ġenituri kollha għandhom obbligu li jmantnu lil uliehom. Dan japplika matul il-ħajja adulta ta’ uliedhom kif ukoll matul it-tfulija tagħhom. L-obbligu tal-manteniment jeżisti għat-tfal sa l-età ta’ 21, irrispettivament mil-livell tal-ħtieġa tagħhom.

Ara l- mistoqsija nru 2 għall-informazzjoni dwar l-obbligu tal-ġenituri lejn uliedhom.

- it-tfal lill-ġenituri tagħhom?

It-tfal għandhom obbligu li jmantnu lill-ġenituri tagħhom.

L-obbligu tal-manteniment jeżisti biss jekk il-ġenituri jkunu fil-bżonn.

- raġel jew mara ddivorzjata lill-parti l-oħra (jew sieħba li kenu rreġistrati)

L-obbligu tal-manteniment li jeżisti bejn il-miżżewġin jibqa’ jeżisti wkoll wara li jinħall iż-żwieġ. Il-qorti tista’, meta tagħti d-deċiżjoni tagħha jew f’deċiżjoni aktar tard, tagħti allowance tal-manteniment spejjeż ta’ wieħed jew waħda mid-divorzjati lill-parti l-oħra li ma jkollhiex dħul biżżejjed biex tmantni lilha nnifisha (u li ma jkollhiex il-possibbiltà, b’mod raġonevoli, li tikseb dan id-dħul) fuq talba ta’ din ta’ l-aħħar. Meta jiffissa l-allowance tal-manteniment, il-ġudikant iqis il-ħtiġiet tal-persuna ddivorzjata u l-mezzi (ir-riżorsi finanzjarji) tal-persuna l-oħra. Jistgħu jitqiesu wkoll fatturi li ma humiex ta’ natura finanzjarja, bħalma huwa it-tul taż-żmien taż-żwieġ jew it-tul taż-żmien tal-koabitazzjoni. Jekk il-qorti ma tispeċifikax limitu taż-żmien għall-obbligu tal-manteniment, dan jispiċċa wara 12-il sena. Dan il-perjodu jista’ jittawwal mill-qorti fuq talba tal-persuna ddivorzjata li tkun teħtieġ il-manteniment fil-każ li din ikollha diffikultajiet finanzjarji partikulari. Fil-każ ta’ żwieġ ta’ ftit żmien (mhux aktar minn 5 snin) li fih ma jkunx hemm tfal, it-tul taż-żmien ta’ l-obbligu tal-manteniment fil-prinċipju ma jaqbisx it-tul taż-żmein taż-żwieġ innifsu.

FuqFuq

Dan li jidher hawn fuq japplika wkoll fir-rigward tas-sħubija rreġistrata.

Il-persuna ddivorzjati jistgħu jilħqu ftehim rigward il-manteniment bejnhom infushom mingħajr ma jidħlu l-qorti. Dan normalment jitniżżel fil-ftehim tad-divorzju. Fil-prattika, dan il-ftehim jiġi kkonfermat mill-qorti waqt is-sentenza tad-divorzju. Il-konferma ta’ dan it-tip tagħti aktar ċertezza legali lill-kreditur tal-manteniment.

Oħrajn?
Miżżewġin/sħab irreġistrati

Il-miżżewġin u s-sħab irreġistrati jridu, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jikkontribwixxu għall-ispejjeż tad-dar. Jistgħu jagħmlu arranġamenti oħra f’dan ir-rigward fi ftehim ta’ qabel iż-żwieġ jew ta’ sħubija.

Missier naturali/sieħeb fil-ħajja ta’ l-omm

Hemm obbligu fuq il-missier naturali tat-tifel li jipprovdi l-manteniment għat-tifel

Hemm l-istess obbligu fuq is-sieħeb fil-ħajja ta’ l-omm li jkun qabel ma’ l-att li seta’ wassal għat-twelid tat-tifel.

Kustodja flimkien

Il-persuna li mhix ġenitur li jkollha l-kustodja tat-tifel flimkien ma’ ġenitur għandha obbligu ta’ manteniment lejn dak it-tifel (Artikolu 1:253w BW). L-obbligu ta’ mantenimnet jibqa’ sakemm it-tifel jagħlaq il-21 sena meta l-kustodja flimkien tintemm minħabba li t-tifel jilħaq l-età legali.

F’liema każijiet?

B’mod ġenerali, l-obbligu tal-ħlas tal-manteniment jeżisti biss jekk il-kreditur tal-manteniment ikun fil-bżonn. Persuna titqies li tkun fil-bżonn jekk ma jkollhiex dħul biżżejjed biex tmantni lilha nnifisha u li ma jkollhiex il-possibbiltà, b’mod raġonevoli, li tikseb dan id-dħul.

Teżisti eċċezzjoni għa din ir-regola fil-każ ta’ l-obbligi ta’ manteniment tal-ġenituri u tal-missier naturali lejn it-tfal minuri u lejn l-adulti ż-żgħar (ta’ taħt il-21 sena). F’dawn il-każijiet, l-obbligu ta’ manteniment japplika anki jekk il-kredituri ma jkunux fil-bżonn.

FuqFuq

2. Sa liema età tifel jista’ jibbenefika minn allowance ta’ manteniment ?

Fil-każ tat-tfal ta’ taħt it-18-il sena (tfal minuri), il-ġenituri jridu jħallsu l-ispejjeż tal-ħsieb u tat-trobbija tagħhom. Dan jikkonċerna l-ispejjeż għall-ħajja u spejjeż oħra involuti fit-trobbija tat-tifel, bħall-edukazzjoni u l-attivitajiet fiż-żmien ħieles. Il-ġenituri għandhom l-obbligu li jipprovdu għall-ispejjez tal-ħsieb u t-trobbija tat-tfal skond il-mezzi tagħhom. Dan l-obbligu japplika anke jekk it-tifel ikollu l-mezzi u/jew id-dħul tiegħu.

Fil-każ tat-tfal ta’ 18, 19 u 20 sena (“l-adulti ż-żgħar”), il-ġenituri huma responsabbli għall-ħlas ta’ l-ispejjeż tal-ħajja u ta’ l-edukazzjoni tagħhom. L-ispejjeż tal-ħajja u ta’ l-edukazzjoni jinftiehmu li jfissru l-istess bħall-ispejjeż tal-ħsieb u t-trobbija waqt it-tfulija. Dan l-obbligu ta’ manteniment huwa indipendenti mill-ħtieġa tal-kreditur tal-manteniment.

L-obbligu ta’ manteniment estiż jeżisti wkoll għal din il-kategorija ta’ tfal anke jekk ikollhom id-dħul tagħhom minn impjieg jew il-fondi tagħhom, jew jekk ikunu miżżewġin. Kull dħul tad-tifel jew tat-tifla, iżda, jiddetermina kemm tkun il-ħtieġa ta’ allowance tal-manteniment.

Fil-każ tat-tfal li jkunu għalqu l-21 sena u aktar, il-ġenituri għandhom obbligu ta’ manteniment biss jekk it-tifel ikun fil-bżonn u ma jkunx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu innifsu jew tagħha nnifisha. Per eżempju, jekk tifel ikollu diżabilità fiżika jew mentali. 

FuqFuq

3. F’liema każi tapplika l-liġi Olandiża?

Il-liġi applikabbli dwar l-iffissar ta’ l-obbligu ta’ manteniment jiġi ddeterminat skond il-liġi privata internazzjonali Daniża fuq il-bażi tar-regoli ta’ referenza tal-Konvenzjonji dwar il-Manteniment ta’ The Hague (il-liġi applikabbli) ta’ l-1973 (Trb. 1974, 86). Għad-dettallji dwar din il-konvenzjoni, jekk jogħġbok mur fis-sit elettroniku English - français:

B’konformità ma dan it-trattat, il-qorti Olandiża għandha tapplika l-liġi Daniża ;

  • jekk id-debitur tal-manteniment u l-kreditur tal-manteniment ikollhom in-nazzjonalità Olandiża u d-debitur tal-manteniment ikollu r-residenza tas-soltu tiegħu jew tagħha fl-Olanda;
  • jekk il-kreditur tal-manteniment ikollu r-residenza tas-soltu tiegħu fl-Olanda ;
  • jekk il-liġi tal-pajjiż tar-residenza tas-soltu tal-kreditur tal-manteniment barra l-Olanda ma tagħtiħx jew ma tagħtihiex l-allowance tal-manteniment u d-debitur tal-manteniment u l-kreditur tal-manteniment it-tnejn ikollhom in-nazzjonalità Olandiża;
  • jekk kemm il-liġi tal-pajjiż tar-residenza tas-soltu tal-kreditur tal-manteniment barra l-Olanda kif ukoll il-liġi tan-nazzjonalità mhix Olandiża li tkun komuni għad-debitur u għall-kreditur tal-manteniment ma jkunu jistgħu jagħtu lill-kreditur tal-manteniment l-allowance tal-manteniment;
  • fil-każ ta’ manteniment bejn żewġ divorzjati, jekk tiġi applikata il-liġi Olandiża fid-divorzju.

4. Jekk din il-liġi ma tkunx tapplika, liema liġi għandha tiġi applikata fil-qrati Olandiżi?

Il-qorti Olandiża f’dan il-każ, fil-prinċipju, għandha tapplika l-liġi tal-pajjiż barrani tar-residenza tas-soltu tal-kreditur tal-manteniment. Jekk dik il-liġi ma tipprovdix għall-manteniment, il-qorti Olandiża f’dak il-każ tapplika l-liġi nazzjonali komuni dwar il-kreditur tal-manteniment u d-debitur tal-manteniment.

FuqFuq

F’każ ta’ divorzju, il-liġi li tiġi applikata għad-divorzju tiġi applikata wkoll għall-obbligu ta’ manteniment lejn il-persuna ddivorzjata.

5. Il-kreditur tal-manteniment għandu japplika quddiem organizzazzjoni speċifika, dipartiment (ċentrali jew lokali) tal-gvern jew qorti biex jikseb il-manteniment?

Is-somma li jrid iħallas id-debitur tal-manteniment tista’ tiġi ffissata jew mill-partijiet infushom u stabbilita fil-ftehim jew b’sentenza tal-qorti. Fil-kuntest tal-proċedimenti tad-divorzju il-qorti spiss tintalab biex tiddeċiedi fuq il-manteniment tal-persuna ddivorzjata jew fuq il-manteniment tat-tfal.

5.A. Kif għandi nagħmel biex napplika għall-manteniment għand din l-organizzazzjoni jew id-dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) u liema proċeduri japplikaw?

Jekk l-allowance tal-mantemient trid tiġi ffissata permezz ta’ sentenza tal-qorti, f’dan il-każ japplika dan li ġej:

Il-proċedimenti legali biex jiffissaw, ibiddlu jew iwaqqfu allowance tal-manteniment jibdew b’applikazzjoni. Din l-applikazzjoni titħejja minn avukat. Dan l-avukat jirrappreżenta l-kreditur tal-manteniment waqt is-seduta tal-qorti. Il-kunjom, l-isem, id-data tat-twelid u l-indirizz tal-kreditur tal-manteniment kif ukoll il-kunjom, l-isem, id-data tat-twelid u l-indirizz tad-debitur tal-manteniment iridu jidhru fuq l-applikazzjoni. Iridu jidhru wkoll ir-raġunijiet għaliex teħtieġ li l-manteniment jiġi ffissat, mibdul jew imwaqqaf. Meta l-appikazzjoni tiġi ppreżentata lir-rġsitratur tal-qorti, id-dokumenti li jipprovdu l-evidenza ta’ l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni jiġu wkoll ippreżentati bħala dokumenti meħtieġa. Fil-każijiet tal-manteniment, dawn id-dokumenti jinkludu, b’mod partikulari, id-dokumenti li jikkonċernaw is-sitwazzjoni finanzjarja, bħad-dikjarazzjonijiet finanzjarji mħejjija għal skopijiet ta’ taxxa, il-karta tal-paga, il-kalkolu tal-bżonnijiet u l-mezzi finanzjarji. L-avukat jibgħat l-applikazzjoni lir-reġistratur tal-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni. Ir-reġistratur tal-qorti (fil-prinċipju) wara jibgħat kopja ta’ l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti relevanti lill-parti kkonċernata, jiġifieri id-debitur tal-manteniment fil-każijiet tal-manteniment. Dan ta’ l-aħħar imbagħad jissejjaħ quddiem il-qorti.

FuqFuq

6. Tista ssir talba f’isem qarib, relazzjoni intima jew minuri ?

Le: l-applikazzjoni trid tiġi ppreżentata mill-avukat tal-kreditur tal-manteniment. Il-kredituri tal-manteniment ma jistgħux jippreżentaw l-appikazzjoni jekk mhux permezz ta’ avukat.

Minuri huwa rrappreżentat mir-rappreżentant legali tiegħu (normalment ikun ġenitur).

7. Jekk l-applikant jaħseb biex iġib il-każ quddiem il-qorti, kif ikun jaf liema tkun il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni?

Hawnhekk qiegħda ssir distinzjoni bejn ġuriżdizzjoni internazzjonali (il-qorti Olandiża għandha l-ġuriżdizzjoni?) u ġuriżdizzjoni interna (liema qorti Olandiża għandha l-ġutiżdizzjoni?).

Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qorti Olandiża, fil-kuntest ta’ l-Unjoni Ewropea, japplika r-regolament hekk imsejħ “Brussels I”. Dan ir-Regolament fih ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati fir-rigward tat-talbiet ta’ manteniment.

Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament, debitur tal-manteniment (il-konvenut) li għandu r-residenza tiegħu fl-Olanda jitħarrek, fil-prinċipju, biex jidher quddiem il-qorti Olandiża mill-kreditur tal-manteniment (l-applikant).

Ir-Regolament “Brussels I” fih ukoll regola alternattiva fir-rigward ta’ l-obbligi ta’ manteniment. L-Artikolu 5 (2) jispeċifika li l-konvenut li jkun joqgħod fit-territorju ta’ stat membru jista’ jitħarrek biex jidher fi stat membru ieħor:

FuqFuq

  • quddiem il-qorti tal-post fejn il-persuna intitolata għall-manetniment ikollha r-residenza tagħha jew ir-residenza tas-soltu tagħha,
  • jew jekk tittratta ħtieġa addizzjonali marbuta ma’ talba li tikkonċerna l-istatus fil-liġi tal-familja ta’ persuni, jiġifieri il-ġudikant fil-qorti tad-divorzju jew, per eżempju, il-ġudukant li jiddeċidi dwar il-filjazzjoni, quddiem l-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq din, ħlief fil-każ li din il-ġuriżdizzjoni tkun ibbażata biss fuq in-nazzjonalità ta’ waħda mill-partijiet.

Is-subparagrafu a jfisser li l-kreditur tal-manteniment li jkollu r-residenza tiegħu fl-Olanda jista’ jħarrek lid-debitur tal-manteniment li jkollu r-residenza tiegħu fi Franza, biex, per eżempju, jidher quddiem qorti Olandiża, li għandha l-ġuriżdizzjoni internazzjonali bis-saħħa ta’ l-Artikolu 5 (2). Il-qorti ta’ post tar-residenza ta’ l-applikant għandha l-ġuriżdizzjoni.

Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qorti Olandiża barra l-kuntest ta’ l-Unjoni Ewropea, dan li ġej huwa applikabbli: Jekk il-konvenut (kemm jekk ikun kreditur kif ukoll debitur) ikun joqgħod barra l-Unjoni Ewropea, ir-Regoloment “Brussels I” li ssemma qabel ma huwiex applikabbli u l-qorti Olandiża tieħu l-ġuriżdizzjoni tagħha mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Il-qorti tad-divorzju Olandiża hija imbagħad awtorizzata li tagħmel l-arranġamenti provviżorji rigward id divorzju jew id-dispożizzjonijiet anċillari bħall-allowanace tal-manteniment jew l-użufrutt tad-dar matrimonjali. Il-qorti Olandiża għandha wkoll il-ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar applikazzjoni indipendenti għall-allowance tal-manteniment jekk l-applikant jew wieħed jew aktar mill-partijiet ikkonċernati mniżżla fl-applikazzjoni tkun tgħix jew ikunu jgħixu fl-Olanda, jew jekk il-każ ikun marbut biżżejjed mal-ġuriżdizzjoni ta’ l-Olanda, jekk ikunu għażlu li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti Olandiża jew jekk il-parti kkonċernata tidher waqt il-proċedimenti u ma tagħmilx dikjarazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni.

FuqFuq

Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qorti Olandiża, ir-regola li tikkonċerna ix-xorti ta’ qorti (qorti tal-liġi, qorti ta’ l-appell, il-Qorti Suprema ta’ l-Olanda) hija l-qorti tal-liġi li għandha l-ġuriżdizzjoni fil-każijiet tal-manteniment. Liem qorti għandha l-ġuriżdizzjoni huwa ddeterminat mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Il-qorti tal-liġi tal-post tar-residenza ta’ jew l-applikant (wieħed mill-applikanti) jew waħda mill-partijiet ikkonċernati mniżżla fuq l-applikazzjoni li għandha l-ġuriżdizzjoni, jew fin-nuqqas ta’ post tar-residenza ta’ waħda minn dawn il-partijiet, il-qorti tal-post tar-residenza attwali ta’ waħda minnhom.

8. L-applikant jeħtieġ intermedjarju biex iġib il-każ quddiem il-qorti (per eżempju, avukat, organizzazzjoni speċifika, jew dipartiment (ċentrali jew lokali) tal-gvern, eċċ.)? Jekk le, x’inhuma l-proċeduri ?

Talba biex jiġi ffissat, mibdul jew imwaqqaf l-allowance tal-manteniment trid tiġi ppreżentata minn avukat. L-avukat jirrappreżenta lill-applikat fis-seduta. L-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-avukati jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku ta’ national law society English - Nederlands.

Tżisti wkoll is-“Soċjetà ta’ l-Avukati tal-Familja u tal-Medjaturi fid-Divorzju”, li l-membri tagħha jispeċjalizzaw fid-divorzju u l-manteniment fost affarijiet oħra. Jispeċjalizzaw ukoll fil-medjazzjoni fid-divorzju u dak kollu li għandu x’jaqsam magħha.

FuqFuq

Mur f’VFAS-Advocaten: dan is-sit elettroniku huwa disponibbli bl-Olandiż Nederlands u bl-Ingliż English.

9. L-applikant irid iħallas xi drittijiet biex iġib il-każ quddiem il-qorti? Jekk iva, kemm jistgħu jitilgħu? Jekk l-applikant ma jkollux mezzi finanzjarji biżżejjed, jista’ japplika għal għajnuna legali biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Il-kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż involuti fl-amministrazzjoni tal-ġustiżżja jrid jitħallas għall-proċedimenti tal-qorti. Dan huwa d-dritt tar-reġistratur tal-qorti. Barra minn dan, hemm l-ispejjeż ta’ l-avukat u tal-marixxall.

Jekk ma jkunx posibbli għall-litigant li jħallas l-ispejjeż (kollha) ta’ l-avukat, jista, f’ċerti ċirkustanzi, jikkwalifika għall-għajnuna legali (ara wkoll is-sit elettroniku dwar l-Għajnuna Legali). Dan huwa magħruf bħala “każ ta’ għajnuna legali”. Il-gvern iħallas parti mill-ispejjeż u l-litigant jagħmel “kontribuzzjoni personali”. Kemm tkun kbira din il-“ontribuzzjoni personali”jiddependi mid-dħul u l-mezzi finanzjarji tal-litigant. Il-Kunsill għall-Għajununa Legali jagħti l-għajnuna legali. Il-litigant irid jippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna legali lill-Kunsill fil-post li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri l-ġuriżdizzjoni tal-qorti ta’ l-appell) fejn ikun jinstab l-uffiċċju ta’ l-avukat. Fil-prattika, l-applikazzjoni spiss issir mill-avukat, jekk ikun diġà ġie kkonsultat qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna legali.

FuqFuq

Barra minn dan, irid jiġi ppreżentat “Ċertifikat ta’ Faqar” (li jinkiseb mill-awtorità muniċipali tal-post tar-residenza). Dan iċ-ċertifikat irid jintbagħat ma’ l-applikazzjoni lill-Kunsill għall-Għajnuna Legali, li jindaga jekk il-litigant ikunx eliġibbli għall-għajnuna legali. Jekk dan ikun fil-fatt il-każ, tinħareġ prova tal-jedd għall-għajnuna legali. Il-ħlas ukoll lir-reġistratur tal-qorti jitnaqqas f’dawn il-każijiet.

Il-jedd għall-għajnuna legali tapplika wkoll għall-każijiet fejn jidħlu pajjiżi barranin, jiġifieri jekk l-applikant ikun residenti barra l-Olanda. Id-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali fejn jidħlu Pajjiżi Barranin ta’ l-Ewropa tieħu ħsieb dan l-aspett. L-għajununa legali tista’ tintalab, b’appell għall-Artikoli 23A sa u inkluż 23K ta’ l-Att dwar l-Għajnuna Legali, permezz tal-Kunsill għall-Għajnuna Legali ta’ The Hague fuq il-formola li tinstab f’din id-Dairettiva, li hija l-istess għal kull stat membru.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kunsill għall-Għajnuna Legali Nederlands jista’ jipprovdi assistenza fl-għażla ta’ l-avukat. L-indirizz tal-Kunsill jinstab fit-tweġiba għal mistoqsija 16.

10. X’tip ta’ manteniment x’aktarx tagħti l-qorti ? Jekk tingħata allowance, kif tiġi vvalutata? Id-deċiżjoni tal-qorti, tista’ tiġi rriveduta biex tqis il-bidliet fil-għoli tal-ħajja jew taċ-ċirkustanzi familjari?

Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti għandha tqis il-bżonnijiet tal-persuna li titlob jew li tkun qiegħda tirċievi l-allowance tal-manteniment u l-mezzi (ir-riżorsi finanzjarji) tal-persuna li teħtieġ li tħallas jew li qiegħda tħallas l-allowance tal-manteniment.

FuqFuq

Il-bżonnijiet u l-mezzi huma kunċetti relattivi. Il-qorti għandha ċerta libertà fid-deċiżjoni li tagħti skond iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali.

Is-sistema ġudizzjarja żviluppat direttivi, l-hekk imsejħa standards Trema (ara: De Rechspraak English - Nederlands). Madankollu, il-qorti mhix bilfors marbuta li tapplikahom.

Id-dħul u n-nefqiet li ġejjin huma importanti għad-deċiżjoni tal-qorti:

  • id-dħul mill-impjieg
  • id-dħul minn impjieg sekondarju
  • il-konċessjonijiet għall-istudju
  • il-benefiċċji
  • il-pensjoni
  • id-dħul minn kera jew minn sullokazzjoni
  • l-imgħax jew dħul ieħor minn fuq il-beni
  • il-kontribuzzjonijiet lil familji oħra li magħhom hemm rabta fit-treġija tagħhom
  • il-possibbiltajiet eżistenti ta’ żieda fid-dħul (il-kapaċità ta’ qliegħ)
  • id-dikjarazzjoni tal-beni
  • il-ħlasijiet tal-kera
  • il-ħlasijiet fuq is-self fuq id-dar u l-imgħax kif ukoll il-ħlasijiet fissi Il-parti tas-self li jkun għadu ma nfediex irid jiġi ddikjarat hawnhekk ukoll.
  • il-polzi ta’ l-assigurazzjoni
  • l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar regolari meħtieġ
  • l-obbligi finanzjarji lejn oħrajn
  • l-ispejjeż tal-kura medika għall-kreditur tal-manteniment u/jew il-membri tal-familja tiegħu jew tagħha
  • l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni tad-dħul
  • dikjarazzjonijiet ta’ djun
Indiċjar statutorju

Kull sena, il-Ministeru tal-Ġustizzja jiffissa l-persentaġġ li bih il-kontribuzzjoni tal-manteniment mogħtija bil-qorti jew kontribuzzjoni iffissata bi ftehim tiżdied skond il-liġi. Fil-kalkolu ta’ din iż-żieda perċentwali, il-Ministeru jqis l-iżvilupp tas-salarju fil-komunità kummerċjali u l-gvern u l-iżvilupp tas-salarji f’setturi oħra. Dan il-persentaġġ jiġi ppubblikat fi Staatscourant [il-Gazzetta tal-Gven Olandiż].

FuqFuq

Hemm għadd ta’ eċċezzjonijiet għal dan l-aġġustament awtomatiku tal-kontribuzzjonijiet tal-manteniment. Il-partijiet kif ukoll il-qorti tista’ ma taħħlikax l-indiċjar statutorju jew tistabbilixxi metodu alternattiv ta’ l-indiċjar.

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment ?

Il-manetneiment għall-persuni ddivorzjati jitħallas direttament lill-kreditur tal-manteniment.

Il-ħlasijiet tal-manteniment iffissati mill-qorti għat-tfal jitħallsu direttament lill-ġenitur (jew min għandu l-kustodja) li qiegħed jieħu ħsieb it-tfal.

12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallas b’mod volontarju, x’azzjoni tista’ tittieħed biex iġġiegħlu/iġġegħelha tħallas?

Jekk l-obbligu ta’ manteniment jiġi ddeterminat b’sentenza tal-qorti u d-debitur tal-manteniment jonqos milli jagħmel il-pagament tal-manteniment lis-sieħeb/sieħba, dan jista’ jiġi infurzat minn marixxall tal-qorti. Jekk ma jkunx hemm sentenza tal-qorti, il-każ irid imur quddiem il-qorti. Għal dan jenħtieġ avukat. Fil-każ tal-ġbir tal-ħlasijiet tal-manteniment għat-tfal f’għadd ta’ sitwazzjonijiet jista’ jsir appell lill-Buro Nazzjonali għall-Ġbir tal-Ħlasijiet tal-Manteniment (LBIO) f’Gouda. Ara l-mistoqsija nru 13 hawn taħt.

13. Teżisti organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li jista’ jgħinini nikseb il-manteniment?

Fil-każ tal-manteniment għat-tfal, l-organizzazzjoni relevanti hija l-Buro Nazzjonali għall-Ġbir tal-Ħlasijiet tal-Manteniment (LBIO) f’Gouda.

FuqFuq

L-LBIO jista’ jipporċedi biex jiġbor il-pagament kemm jekk id-debitur tal-manteniment ikun waqa’ lura kif ukoll jekk le. L-LBIO irid jiġi awtorizzat jagħmel dan mill-kreditur tal-manteniment jew mid-debitur tal-manteniment. Jekk ikun meħtieġ, l-LBIO jipproċedi bil-ġbir permezz ta’ sekwestru tal-beni. L-LBIO jista’, per eżempju, joħroġ mandat ta’ sekwestru fuq is-salarju, il-benefiċċji jew il-proprjetà mobbli jew immobbli tad-debitur tal-manteniment.

L-użu tas-servizzi ta’ l-LBIO ma huwiex b’xejn. Fil-każ tal-pagamenti li jkunu waqgħu lura, id-debitur tal-manteniment irid iħallas l-ispejjeż tal-ġbir lill-LBIO. L-LBIO timponi ħlas barrani għall-ġbir. Dan il-ħlas barrani huwa ta’ 10% ta’ l-ammonti dovuti. L-ispejjeż tal-proċedimenti u ta’ l-eżekuzzjoni jitħallsu wkoll mid-debitur tal-manteniment.

L-LBIO tikkonċerna ruħha biss bil-ġbir tal-manteniment tat-tfal. L-LBIO ma tikkonċernax ruħha bil-ħlasijiet tal-manteniment lill-persuni ddivorzjati (jew sieħba li kienu rreġistrati). Madankollu dan ma huwiex il-każ fejn huma kkonċernati l-ħidmiet ta’ l-LBIO marbuta mal-konvenzjonijiet (ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 17).

Il-formola “assunzjoni tar-responsabbilta’ tal-ġbir tal-manteniment għat-tfal” tista’ titniżżel mis-sit elettroniku ta’ l-LBIO Nederlands.

Dan is-sit fih ħafna informazzjoni dwar il-ħidma u l-proċeduri ta’ l-LBIO, is-siegħat tal-konsulenza (bit-telefon) u informazzjoni oħra.

FuqFuq

14. Jistgħu jieħdu post id-debitur u jħallsu l-manteniment jew parti minnu huma stess minfloku jew minflokha?

Le

15. Jista’ l-applikant jikseb l-assistenza ta’ oranizzazzjoni jew ta’ dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Olanda?

Iva, fil-każ tal-manteniment għat-tfal, ara il- mistoqsija nru 13

Iva, fil-każ ta’ l-għajnuna legali , ara l- mistoqsija nru 8

16. Jekk iva, kif tista’ tiġi kkuntattjata l-organizzazzjoni jew id-dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Fil-każ tal-manteniment għat-tfal :

Landelijk Bureau Inning Onderhoudsbijdragen (LBIO Nederlands)

Postbus 800

2800 AV GOUDA

Numru tat-telefon: +31 182 572 020

Faks: +31182.537 179

Fil-każ ta’ l-għajnuna legali:

de Raad voor de rechtsbijstand Nederlands,

Postbus 450

2501 CL Den Haag.

Numru tat-telefon: +31 703 701 414

17. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi l-applikant minn din l-organizzazzjoni jew mid-dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Ara t-twġiba għall-mistoqisja nru 13.

FuqFuq

L-LBIO irid jaqdi wkoll ħidmiet fil-qasam tal-ġbir internazzjonali tal-manteniment. Dawn il-ħidmiet jirriżultaw minn żewġ konvenzjonijiet li tagħhom l-Olanda hija firmatarja:

L-Olanda hija firmatarja tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-ġbir tal-manteniment minn pajjiżi barranin English - français, New York, l-20 ta’ Ġunju 1956. Din hija konvenzjoni dwar l-assistenza legali reċiproka, li lgħan tagħha huwa li jjiġi ffaċilitat l-akkwist tal-manteniment f’każijiet internazzjonali. Għal dan il-għan, il-konvenzjoni stabbilixxiet sistema ta’ istituzzjonijiet li jibagħtu u jirċievu l-manteniment, li jgħinu lill-kreditur tal-manteniment biex it-talbiet tal-manteniment jiġu eżegwiti. L-LBIO hija l-istituzzjoni li tibgħat u tirċievi l-manteniment fl-Olanda.

Kull min ikun residenti fl-Olanda u jiltaqa’ ma’ problemi fil-ġbir tal-manteniment minn debitur tal-manteniment li jkollu r-residenza tiegħu barra l-pajjiż (jiġifieri f’pajjiż firmatarju tal-Konvenzjoni ta’ New York) jista’ jinvoka l-Konvenzjoni ta’ New York. Il-konvenzjoni tittratta l-manteniment għat-tfal kif ukoll il-manteniment tas-sieħeb/sieħba.

L-LBIO tiġbor ukoll il-manteniment fuq talba tal-kredituri tal-manteniment li jkunu residenati barra l-pajjiż (jiġifieri f’pajjiż li huwa firmatarju tal-Konvenzjoni ta’ New York) minn debituri tal-manteniment fl-Olanda. Jekk kreditur tal-manteniment li jkun jinstab fi stat membru ieħor ikun jixtieq jitlob il-manteniment minn debitur tal-manteniment li jkun residenti fl-Olanda, dan jew din tista’ tinvoka s-sistema ta’ din il-konvenzjoni. Dan jew din, imbagħad, trid applika lill-istituzzjoni li tirċievi l-manteniment fl-Olanda l-LBIO). L-istituzzjoni li tirċievi l-manteniment imbagħad tieħu l-passi meħtieġa biex iġġib il-manteniment.

Sabiex wieħed ikun jista’ jinqeda bl-LBIO, trid tiġi ppreżentata l-formola ta’ l-applikazzjoni “ġbir tal-manteniment barra l-pajjiż” Din il-formola tista’ titniżżel mis-sit elettroniku ta’ l-LBIO Nederlands.

Għall-informazzjoni fuq l-għajnuna legali, ara t-tweġiba għall- mistoqsija nru 9.

18. Jista’ min jagħmel talba jagħmilha direttament lil organizzazzjoni jew ta’ dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Olanda?

Ara l-mistoqsijet nru 13 u nru 17

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Olanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit