Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Italja

L-aħħar aġġornament: 27-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Italja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jkopru t-termini “alimenti” u “obbligazione alimentare” skond id-dritt Taljan? 1.
2. Sa liema età għandhom il-benefiċċju li jitolbu l-manteniment it-tfal? 2.
3. F’liema każijiet japplika d-dritt Taljan? 3.
4. Fejn ma japplikax id-dritt Taljan, xi dritt japplikaw il-qrati ta’ l-Italja? X’jiġri jekk kemm il-parti li titlob il-manteniment kif ukoll id-debitur jinsabu fit-territorju ta’ l-Italja? 4.
5. It-talba għall-manteniment trid issir lil organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew qorti? 5.
6. Tista’ tagħmel talba f’isem xi ħadd jiġi minnek, qarib jew tfal taħt l-età? 6.
7. Jekk min jagħmel it-talba ikollu l-ħsiebli jiftaħ kawża, kif ikun jaf liema qorti għandha ġurisdizzjoni? 7.
8. Min jagħmel it-talba jrid jinqeda b’persuna intermedjarja bies jiftaħ kawża (eż. avukat, speċifika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) eċċ.)? Jekk le, liema proċeduri għandu jsegwi? 8.
9. Min jagħmel it-talba jidħol f’xi spejjeż biex jiftaħ il-kawża?  Jekk iva, kemm għandi nistnna li jitilgħu? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ min jagħmel it-talba ma jkunux jippermettu, jista’ dan iġib għajnuna legali biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. X’tip ta’ manteniment nistenna li tagħtini l-qorti? Jekk tingħatali għajnuna, kif tiġi kkalkulata? Tista’ d-deċiżjoni tal-qorti tiġi riveduta fid-dawl tal-bidliet fl-għoli tal-ħajja jew taċ-ċirkustanzi tal-familja? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment? 11.
12. Jekk id-debitur ma jħallasx minn jeddu, x’azzjoni tista’ tittieħed biex jiġi mġiegħel iħallas? 12.
13. Hemm xi organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li jista’ jgħini nirkupra l-manteniment? 13.
14. Jistgħu dawn jieħdu post id-debitur u jħallsu l-manteniment jew parti mill-manteniment huma stess minfloku? X’jiġri jekk min jagħmel it-talba jinsab fl-Italja u l-persuna li għandha tipprovdi l-manteniment tgħix f’pajjiż ieħor? 14.
15. Jista’ min jagħmel it-talba jitlob assistenza mingħand organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 15.
16. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 16.
17. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi mingħand dawn l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) min jagħmel it-talba? X’jiġri jekk min jagħmel it-talba jinsab fl-Italja u l-persuna li għandha tipprovdi l-manteniment tinsab f’pajjiż ieħor? 17.
18. Jista’ min jagħmel it-talba jindirizza t-talba direttament lil organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Italja? 18.
19. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 19.
20. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi mingħand dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) min jagħmel it-talba? 20.

 

1. Xi jkopru t-termini “alimenti” u “obbligazione alimentare” skond id-dritt Taljan?

Id-dritt Taljan jiddefinixxi “alimenti” bħala l-provvediment infurzat bil-liġi ta’ assistenza materjali lil persuna jew persuni fi bżonn finanzjarju, anki jekk ikunu f’din is-sitwazzjoni bi ħtija tagħhom (L-artikolu 433 et seq. tal-Kodiċi Ċivili).

Id-dmir li jiġi provdut il-manteniment fid-dmirijiet tas-solidarjetà tal-familja, minkejja l-fatt li r-responsabbiltajiet tal-manteniment mill-familja qed isiru dejjem inqas importanti hekk kif jibda jsaltan il-kunċett ta’ soċjetà koeżiva li għandha tindirizza hija stess il-ħtiġijiet materjali.

Dawk responsabbli biex jipprovdu l-manteniment huma stipulati fl-ordni ta’ hawn taħt:

  • il-parti fiż-żwieġ, f’każijiet fejn m’hemm l-ebda dmir li jiġi provdut “mantenimento”, jiġifieri l-miżżewġin isseparati li jkollhom ħtija u l-miżżewġin li jkunu rċevew il-flus mogħtija fil-ftehim tad-divorzju;
  • l-ulied, inklużi dawk adottati, jew fin-nuqqas, il-qraba diretti fil-linja tad-dixxendenza;
  • il-ġenituri, jew fin-nuqqas, il-qraba diretti fil-linja ta’ l-axxendenza; il-ġenituri adottivi;
  • il-ħtien u l-ħtiniet;
  • il-kunjati;
  • l-aħwa fardsieq;
  • L-eqreb mill-qraba skond il-gradi ta’ hawn fuq ikun/tkun responsabbli jipprovdu l-manteniment; jekk ikun hemm aktar minn persuna waħda fl-istess grad, ir-responsabbiltà tinqasam bejniethom skond il-qagħdiet finanzjarji tagħhom.

Każijiet oħra:

FuqFuq

  • dawk li jirċievi l-manteniment irid jipprovdu l-manteniment għalihom infushom qabel jirċievu l-manteniment minn kwalukwa persuni oħra responsabbli;
  • fejn ma jkun responsabbli ħadd iktar, il-manteniment irid jiġi provdut ukoll mill-parti responsabbli għall-annullament taż-żwieġ lill-parti li ma jkollhiex ħtija;
  • il-manteniment irid jiġi provdut ukoll mill-ġenituri lill-ulied mhux rikonoxxuti li ma jkunux iktar għadhom minorenni u jkunu fil-bżonn.

Ir-rekwiżiti biex jiġi provdut il-manteniment:

  • dawk li jirċevuh iridu jkunu fil-bżonn, inkapaċi sa ċertu punt jew għal kollox, li jmantnu lilhom infushom;
  • kif ukoll għandu jkun hemm konsangwinità (jew rabta ta’ gratitudni f’każijiet ta’ għotjiet gratwiti) bejn iż-żewġ partijiet, min jipprovdi għandu jkollu mezzi biżżejjed biex jipprovdi l-manteniment.

L-iskema ta’talbiet tal-manteniment:

  • it-trasferimenti, ir-rinunzji, il-kumpens u l-appelli quddiem l-arbitri huma kollha projbiti;
  • id-dritt tal-manteniment ma jistax jinċaħad;
  • il-ħlasijiet tal-manteniment la jistgħu jinqabdu u lanqas ma tista’ ssir ridirezzjoni tagħhom; l-ammont meħtieġ għas-sostenn tal-parti debtriċi u l-familja tagħha jiġi eskluż mill-assi tal-falliment;
  • la min jipprovdi u lanqas min jirċievi l-manteniment ma jista’ jgħaddi dan id-dmir tal-manteniment lis-suċċessuri tiegħu.

Xi jkopru t-termini “alimenti” u “obbligazione alimentare” skond id-dritt Taljan?

Id-dmir li għandhom il-miżżewġin u l-ġenituri li jipprovdu l-manteniment lill-parti l-oħra u lil uliedhom rispettivament huwa l-iktar att importanti tas-solidarjetà tal-familja fil-familja.

FuqFuq

B’kuntrast ma’ l-“alimenti”, l-“obbligazione di mantenimento” tirrifletti r-relazzjonijiet normali mal-familja nukleari; m’hemm l-ebda suppożizzjoni ta’ ħtieġa materjali (jiġifieri l-inkapaċità li persuna tipprovdi għall-ħtiġijiet vitali bażiċi) u l-obbligi għandhom jiġu mwettqa irrispettivament minn kwalunkwa formalitajiet jew talbiet, għajr is-sperazzjoni legali.

Fil-każijet tas-separazzjoni legali:

  • iż-żewġ ġenituri huma responsabbli jipprovdu l-manteniment għal uliedhom, irrispettivament minn min ikollu l-kustodja tagħhom;
  • f’separazzjonijiet li ma jkunux jinvolvu l-ħtija ta’ xi ħadd mill-partijiet, il-parti li ma jkollhiex dħul biżżejjed u li tkun f’qagħda finanzjarja agħar minn tal-parti l-oħra tista’ titlob ħlasijiet tal-manteniment mill-parti l-oħra li jippermettulha żżomm il-livell tal-ħajja li kellha qabel is-separrazzjoni.
  • Il-parti li jkollha l-ħtija fis-separazzjoni tista’ biss tirċievi l-manteniment jek tkun fil-bżonn;

Fil-każijiet tad-divorzju:

  • iż-żewġ ġenituri huma responsabbli jipprovdu l-manteniment għal uliedhom, skond l-istess regoli japplikaw fil-każijiet tas-separazzjoni;
  • il-partijiet fid-divorzju huma intitolati għall-manteniment jekk ma jkollhomx iktar dħul biżżejjed biex iżommu l-livell ta’ l-għajxien li kellhom qabel is-separazzjoni u jkunu f’qagħda agħar minn tal-parti l-oħra fid-divorzju.

2. Sa liema età għandhom il-benefiċċju li jitolbu l-manteniment it-tfal?

Id-dmir li jkun provdut il-manteniment għat-tfal huwa wieħed li jibqa’ għaddej, billi l-ġenituri jridu jissuktaw jipprovdu l-manteniment kemm għal uliedhom minorenni u, kif ukoll sa meta t-tfal isiru indipendenti mil-lat ekonomiku, lit-tfal li ma jkunux iktar għadhom minorenni.  Dawn ta’ l-aħħar huma intitolati għall-manteniment jekk ikunu jinsabu fil-bżonn.

FuqFuq

3. F’liema każijiet japplika d-dritt Taljan?

L-Artikolu 45 ta’ l-Att Nru 218 ta’ l-1995 jistipula li l-obbligi tal-manteniment mill-familja huma rregolati bil-Konvenzjoni ta’ l-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973, li daħlet fis-seħħ fl-Italja permezz ta’ l-Att Nru 745 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1980; ir-rimedju tal-Konvenzjoni li jaħseb għalih l-artikolu 45 jikkonċerna l-obbligi tal-manteniment mill-familj biss u mhux l-obbligi ta’ min jirċievi l-manteniment.

Il-kriterju stabbilit bil-Konvenzjoni ta’ l-Aja jirreferi għal-liġi tal-post fejn jgħix min jirċievi l-manteniment. Jekk din il-liġi ma taħsibx għall-ħlasijiet tal-manteniment, ttħaddem il-leġiżlazzjoni nazzjonali komuni għaż-żewġ partijiet. Jekk, imbagħad, min jagħmel it-talba xorta ma jirnexxilux jikseb il-manteniment permezz ta’ din il-leġislazzjoni, titħaddem il-liġi ta’ l-Istat fejn tkun ġiet ippreżentata t-talba.

L-obbligi ta’ għajnuna wara separazzjoni, divorzju jew annullament huma rregolati bil-liġi ta’ l-Istat fejn ikunu ngħataw jew ġew rikonoxxuti s-separazzjoni, id-divorzju jew l-annullament.

4. Fejn ma japplikax id-dritt Taljan, xi dritt japplikaw il-qrati ta’ l-Italja? X’jiġri jekk kemm il-parti li titlob il-manteniment kif ukoll id-debitur jinsabu fit-territorju ta’ l-Italja?

Jekk il-partijiet ikunu jgħixu t-tnejn l-Italja, jiġi applikat id-dritt Taljan, skond il-kriterju ġenerali tar-residenza stabbilit fil-Konvenzjoni ta’ l-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973.

5. It-talba għall-manteniment trid issir lil organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew qorti?

Fl-Italja, il-persuni li jkunu jixtiequ jippreżentaw talba ta’ manteniment jistgħu jagħmlu dan quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji biss.

FuqFuq

6. Tista’ tagħmel talba f’isem xi ħadd jiġi minnek, qarib jew tfal taħt l-età?

Fl-Italja, l-awtoritajiet ġudizzjarji biss għandhom is-setgħa li jimponu ħlasjiet ta’ manteniment.

Ir-rappreżentanti jistgħu wkoll jagħmlu talba lill-awtoritajiet ġudizzjarji bil-prokura.

7. Jekk min jagħmel it-talba ikollu l-ħsiebli jiftaħ kawża, kif ikun jaf liema qorti għandha ġurisdizzjoni?

Min jagħmel it-talba irid jara r-regoli tal-ġurisdizzjoni għal tipi differenti ta’ każijiet u f’oqsma differenti. Il-justices of the peace għandhpm ġurisdizzjoni f’talbiet taħt l-EUR 2 582.28. Il-qrati għandhom ġurisdizzjoni f’talbiet f’talbiet ta’ manteniment li jaqbżu dan l-ammont.

Fil-każijiet ta’ separazzjoni jew ta’ divorzju, il-ftehim jiġi deċiż mill-imħallef li jkun qed jittratta s-separazzjoni jew id-divorju; madanakollu, kwalunkwa tibdil fil-ftehim issuġġerit minn kwalunkwa parti huwa suġġett għar-regoli tradizzjonali tal-ġurisdizzjoni għat-tipi differenti ta’ każijiet u f’oqsama differenti.

8. Min jagħmel it-talba jrid jinqeda b’persuna intermedjarja bies jiftaħ kawża (eż. avukat, speċifika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) eċċ.)? Jekk le, liema proċeduri għandu jsegwi?

Fil-każijiet għat-talba tal-manteniment li jinstemgħu minn justice of the peace, il-partijiet jistgħu jidhru fil-qorti personalment u jgħidu x’inhu l-każ tagħhom bil-fomm, sakemm il-vlur tat-talba ma jaqbiżx il-EUR 516.46; il-justice of the peace jista’ wkoll jawtorizza dehrit personali għal talbiet ta’ ammonti ikbar.

FuqFuq

F’każijiet oħra, il-partijiet iridu jidhru fil-qorti bir-rappreżentazzjoni legali, għajr fejn il-liġi tgħid mod ieħor (eż. parti li hija wkoll avukat prattikant tista’ tidher bla rappreżentazzjoni).

9. Min jagħmel it-talba jidħol f’xi spejjeż biex jiftaħ il-kawża?  Jekk iva, kemm għandi nistnna li jitilgħu? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ min jagħmel it-talba ma jkunux jippermettu, jista’ dan iġib għajnuna legali biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Mill-1 ta’ Marzu 2002, fl-Italja daħal fis-seħħ “dritt standard biex każ jitqiegħed fuq il-lista tal-kawżi”, li ħa post id-drittijiet kollha preċedenti għall-każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi (ara t-Test Wieħed approvat bid-Digriet Presidenzjali Nru 115 ta’ l-2002). Din hija sistema ta’ ħlas b’rata fissa, fejn l-ammonti pagabbli ivarjaw skond l-ammont tat-talba jew, f’xi każijiet, huma fissi. L-Att Nru 311 ta’ l-2004 dwar il-Finanzi, dan l-aħħar emenda wħud mil-limiti u d-drittijiet marbuta magħhom.

Mill-1 ta’ Jannar 2005, trid isisir kontribuzzjoni ta’ EUR 30.00 għal talbiet sa EUR 1 100.00. Din il-kontribuzzjoni tibqa’ tielgħa gradwalment u tilħaq l-EUR 1 110.00 għal talbiet ta’ aktar minn EUR 520 000.00. Jitħallas dritt b’rata fissa għal każijiet li jinvolvu assi mobbli u immobbli (EUR 200.00 għal assi immobbli u EUR 100.00 għall-bqija tal-każijiet). Il-ħlas huwa ffaċilitat pemezz ta’ forom jew strixxi speċjali tal-kontijiet kurrenti postali (ikkonsulta l-Agenzia Entrate italiano).

FuqFuq

Il-proċeduri ta’ kontestazzjoni u dawk kawtelatorji, inklużi l-proċeduri għall-infurzar, li jinvolvu l-għoti ta’ manteniment għat-tfal huma eżentati mid-dritt b’rata fissa. Anki l-kawżi li jinvolvu kwistjonijiet familjari u separazzjonijet legali huma eżentati.

Il-parti li tirbaħ nil-kawża hija intitolata għal riżarċiment ta’ l-ispejjeż li jagħmel l-avukat tagħhom u ta’ kwalunkwa somom li jitħallsu għal attivitajiet ta’ stħarriġ (eż. parir tekniku meħtieġ); l-imħallef jirrilxxa l-infiq permezz ta’ skala ta’ tariffi bl-ogħla limiti u dawk l-iktar baxxi.

Dawk il-persuni li jkollhom dħul annwali taxxabbli ta’ inqas minn EUR 9 269.22 jistgħu jkunu intitolati għal rappreżentazzjoni legali bla ħlas. Jitqies ukoll id-dħul li jkollhom żewġ/mart dawn il-persuni u membri oħra tal-familja, jekk ikunu jgħixu flimkien.

Il-Kunsill ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ l-avukati professjonisti waqqaf servizz ta’ tagħrif u parir għar-rappreżentazzjoni legali bla ħlas (ara l-formola ta’ rappreżentazzjoni legali bla ħlas).

10. X’tip ta’ manteniment nistenna li tagħtini l-qorti? Jekk tingħatali għajnuna, kif tiġi kkalkulata? Tista’ d-deċiżjoni tal-qorti tiġi riveduta fid-dawl tal-bidliet fl-għoli tal-ħajja jew taċ-ċirkustanzi tal-familja?

Id-dispożizzjoni legali li tiddetermina t-tip ta’ manteniment li għandu jingħata u li tordna l-ħlas hija sentenza tal-qorti li tikkostitwixxi ordni ta’ infurzar.

L-imħallef jordna lill-parti responsabbli tipprovdi kulma jista’ jkun meħtieġ biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jissodisfaw l-ħtiġijiet vitali tagħhom, jiġifieri l-ispejjeż ta’ l-ikel, l-akkommodazzjoni u l-ilbies u l-ispejjeż għal oġġetti u servizzi meħtieġa biex jgħix b’mod dinjituż. L-imħallef irid iqis il-qagħda finanzjarja tal-parti meta jiddeċiedi dwar ix-xorta ta’ manteniment li għandu jingħata.

FuqFuq

Fil-każ tal-manteniment li għandu jingħata lill-parti l-oħra f’separazzjoni jew divorzju, l-imħallef irid iqis ukoll il-livell ta’ l-għajxien li kienu jgawdu matul iż-żwieġ. Meta jiddetermina l-manteniment li għandu jingħata lill-minorenni u lit-tfal li għalkemm ma jkunux iktar għadhom minorenni imma ma jkunx indipendenti finanzjarjament, l-imħallef irid iqis il-ħtiġijiet tagħhom fir-rigward ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ.

L-arranġamenti għall-manteniment u l-ħlas jistgħu jinbidlu, fuq talba jew tal-parti responsabbli jew tal-benefiċjarju.

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment?

Il-manteniment jitħallas lill-benefiċjarju.

Il-manteniment għall-minorenni jitħallas lill-ġenitur li jkollu l-kustodja tal-minorenni; għal tfal li għalekmm ma jkunux aktar għadhom minorenni, ma jkunux indipendenti finanzjarjament, dak il-ġenitur li jkollu l-kustodja tagħhom u jissokta jipprovdilhom huwa intitolat bil-liġi (pari passu mal-forom differenti tad-drittijiet tat-tfal bil-liġi) li jirċievi il-ħlasijiet tal-manteniment tagħhom.

L-imħallef jistabbilixxi l-ammonti ta’ ħlas u l-arrangamenti għal dan; f’każijiet ta’ separazzjoni legali, l-imħallef jista’ jordna lil partijiet terzi biex joħorġu parijiet mill-ħlasijiet direttament lill-benefiċjarji, filwaqt li jordna lill-parti responsabbli tagħmel ħlasijiet regolari.

12. Jekk id-debitur ma jħallasx minn jeddu, x’azzjoni tista’ tittieħed biex jiġi mġiegħel iħallas?

Il-benefiċjarji għandhom il-metodi kollha tas-soltu għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw li d-debituri jonoraw l-obbligi finanzjarji tagħhom. Huma jistgħu jiksbu miżuri kawtelatorji biex iħarsu l-kreditu tagħhom u jinfurzaw il-ħlas billi jaqbdu oġġetti u flus dovuti minn partijiet terzi.

FuqFuq

In-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment jista’ jikkostitwixxi inosservazzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ għajnuna mill-familja (L-artikolu 570 tal-Kodiċi Kriminali); ilment minn persuna li tbati nuqqas jikkostitwixxi reat punibbli, bi prosekuzzjoni awtomatika jekk il-benefiċjarju tal-manteniment ikun minorenni. Fl-Italja, il-passi legali ħadmu bħala prevenzjoni sabiex persuni miżżewġa li ma jkollhomx il-kustodja ta’ wliedhom ma jonqsux mir-responsabbiltajiet tagħhom.

13. Hemm xi organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li jista’ jgħini nirkupra l-manteniment?

Id-dipartimenti tal-gvern m’għandhomx jieħdu sehem f’kawżi legali f’isem il-benefiċjarju jew jagħmlu xi pressjoni oħra fuq il-parti responsabbli.

Leġiżlazzjoni riċenti (Att Nru 6 ta’ l-2004) introduċiet il-kunċett ta’ amministratur ta’ l-għajnuna li jista’ jinħatar mill-imħallef (bla ħtieġa ta’ difiża legali), li tindika x’jistgħu jagħmlu f’isem kwalunkwa persuna interessata li tkun inkapaċi, sa ċertu punt jew għal kollox, li tipprovdi għall-ħajja ta’ kuljum (eż. nies li jkollhom xi diżabilità, nies anzjani, nies alkoħoliċi, nies li jużaw id-drogi, nies fil-ħabs). Dan l-amministratur jista’ wkoll jintalab jagħmel talba għall-mantement fil-qorti.

14. Jistgħu dawn jieħdu post id-debitur u jħallsu l-manteniment jew parti mill-manteniment huma stess minfloku? X’jiġri jekk min jagħmel it-talba jinsab fl-Italja u l-persuna li għandha tipprovdi l-manteniment tgħix f’pajjiż ieħor?

Fl-Italja, l-appoġġ għall-persuni fil-bżonn huwa provdut ukoll minn gruppi soċjali privati li għandhom il-kompitu li jħarsu lil dawk emarġinati mis-soċjeta jew lil nies li jgħixu fil-faqar. Dawn l-attivitajiet huma volontarji u jistgħu jitwettqu b’modi differenti skond il-ħtiġijiet speċifiċi u l-kapaċità.

FuqFuq

Il-Kostituzzjoni teħtieġ li l-Istat u l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu assistenza soċjali lil persuni bi ħtiġijiet finanzjarji, li mhumiex kapaċi jaħdmu jew li m’għandhomx qraba li jipprovdulhom il-manteniment.

Is-servizz nazzjonali tas-saħħa għandu mbagħad jindaħal biex iħares is-saħħa tal-fqar billi jipprovdi kura u kenn. L-awtoritajiet reġjonali għandhom jagħmlu l-istess billi jipprovdu kantinijiet pubbliċi u akkomodazzjoni u kura u istitutuzzjonijiet li joffru kenn lill-anzjani u d-dgħajfa.

Dawn l-attivitajiet jieħdu post ir-responsabbiltajiet ta’ għajnuna mill-familja, ħlief fi kwalunkwa każ fejn persuna tkun intitolata titlob għajnuna mingħand qraba li huma responsabbli bil-liġi li jonoraw l-obbligi tagħhom. Dawn it-talbiet huma rregolati bil-liġi dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (l-artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973).

Jekk min qed jagħmel it-talba jinsab fl-Italja u l-persuna li għandha tipprovdi l-manteniment tinsab f’pajjiż ieħor, jiġu applikati l-kriterji satabbiliti bil-liġi ta’ l-istat ta’ min jagħmel it-talba biex jiġu definiti l-limiti u l-ambitu tar-responsabbiltajiet tal-manteniment u l-metodi u t-termini tal-ħlas, skond il-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1973, li ssegwi l-kriterju ġenerali tal-liġi ta’ l-istat fejn jgħix il-benefiċjarju.

15. Jista’ min jagħmel it-talba jitlob assistenza mingħand organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

L-organizzazzjonijiet dejjen jistgħu jipprovdu assistenza taħt il-forma u l-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom. Id-dipartimenti tal-gvern iridu jipprovdu assistenza bil-modi u sal punt deskritt fit-tweġiba preċedenti.

FuqFuq

16. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Hemm ħafna karitajiet fl-Italja li l-ħaddiema tagħhom huma volontarji.

Id-dipartimenti tal-gvern li jridu jipprovdu assistenza huma: l-awtoritajiet reġjonali, prefettorjali, provinċjali u muniċipali u l-Uffiċji tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa.

Dawn l-entitajiet kollha għandhom uffiċċji responsabbli speċifikament biex jeżaminaw it-talbiet tal-partijiet interessati u to jieħu l-iktar azzjoni xierqa hekk kif jiġi evalwat il-każ involut (għal aktar tagħrif, ikkonsult s-siti elettroniċi xierqa).

17. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi mingħand dawn l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) min jagħmel it-talba? X’jiġri jekk min jagħmel it-talba jinsab fl-Italja u l-persuna li għandha tipprovdi l-manteniment tinsab f’pajjiż ieħor?

L-istituzzjonijiet privati għandhom is-setgħa li jagħżlu t-tip u l-ambitu ta’ l-għajnuna li għandha tiġi provduta skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-istatuti tagħhom u skond il-kapaċità finanzjarja tagħhom. L-azzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet tal-gvern huma stabbiliti bil-liġi.

Jekk min għamel it-talba jinsab f’pajjiż differenti minn fejn tgħix il-parti responsabbli, l-ammont tal-manteniment u l-metodi u t-termini tal-ħlas huma ddeterminati:

  • qabelxejn skond il-liġi tal-pajjiż tar-residenza solita;
  • skond il-liġi komuni għaż-żewġ partijiet, jekk l-ewwel għażla mhijiex possibbli;
  • skond il-liġi ta’ l-awtorità li ssir referenza għaliha, jekk iż-żewġ għażliet ta’ hawn fuq mhumiex possibbli.

Għal koppji separati jew iddivorzjati, għandha tapplika liema liġi kienet tirregola s-separazzjoni jew id-divorzju.

FuqFuq

Dan ta’ hawn fuq huwa rregolat bl-Artikli 1, 4, 5, 6 u 8 tal-Konvenzjoni ta’ l-Ajatat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar l-obbligi tal-manteniment, irratifikata mill-Italja fl-1980.

18. Jista’ min jagħmel it-talba jindirizza t-talba direttament lil organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Italja?

L-organizzazzjonijiet privati jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ għajnuna b’liema modi jidhrilhom xieraq. Ġeneralment, m’hemm l-ebda proċeduri fissi li jridu jiġu segwiti.

Kemm l-organizzazzjonijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati li jwettqu attivitajiet ta’ għajnuna għamdu jkollhom uffiċċju responsabbli biex jirċievi t-talbiet ta’ għajnuna, u jilqa’ dawk it-talbiet li jissodisfaw il-kriterji tagħhom u jidħlu fl-ambitu istituzzjonali tagħhom, li ġeneralment ikun stipulat fil-liġijiet u r-regolamenti li jirregolawhom.

19. Jekk iva, kif jistgħu jiġu kkuntattjati dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

L-indirizzi tad-dipartimenti tal-Gvern jinsabu fuq is-siti elettroniċi muniċipali, provinċjali u reġjonali. Hemm ukoll tagħrif fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru ta’ l-Intern italiano.

M’hemm l-ebda formalitajiet speċifiċi fir-rigward tal-kuntatti. Min jagħmel it-talba jrid biss jagħmel dan personalment jew permezz ta’ rappreżentant jekk ma jkunx jista’ jagħmel dan.

20. X’tip ta’ assistenza jista’ jirċievi mingħand dawn l-organizzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) min jagħmel it-talba?

Kemm l-istituzzjonijiet privati kif ukoll dawk pubbliċi jaġixxu skond u fil-limiti ta’ l-ambitu tagħhom.

Sabiex jikseb l-għajnuna, min jagħmel it-talba għandu jfittex tagħrif dwar is-servizzi li jeżistu fl-istituzzjonijiet ta’ għajnuna varji. L-għajnuna tista’ tinkiseb taħt forma ta’ sussidju, kenn, kura neċessarja tas-saħħa, għajnuna fid-dar jew forom oħra ta’ assistenza li jaħsbu għalihom speċifikament ir-regolamenti u l-liġijiet li jirregolaw l-istituzzjonijiet pubbliċi u privati f’dan il-qasam.

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 27-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit