Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 11-04-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Irlanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jkopru l-kunċetti tal-“manteniment” u “l-obbligu tal-manteniment” fil-liġi ta’ l-Irlanda? 1.
2. Sa liema età jistgħu l-ulied jibbenefikaw mill-manteniment? 2.
3. F’liema każijiet tapplika l-liġi ta’ l-Irlanda? 3.
4. Fejn din il-liġi ma tapplikax, liema liġi japplikaw il-qrati ta’ l-Irlanda? 4.
5. Biex tieħu l-manteniment, trid tapplika quddiem organizzazzjoni speċfika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew tagħmel rikors fil-Qorti? 5.
5.a) Kif napplika għall-manteniment quddiem din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali), u xi proċeduri japplikaw? 5.a)
6. Tista’ tagħmel talba f’isem xi ħadd jiġi minnek, qarib, jew tfal taħt l-età? 6.
7. Jekk il-persuna li qed titlob il-manteniment bi ħsiebha tiftaħ kawża fil-qorti, kif tkun taf liema qorti għandha ġuriżdizzjoni? 7.
8. Min jagħmel it-talba jrid juża intermedjarju biex jiftaħ kawża fil-qorti (p.e. avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) eċċ.)? Jekk le, xi proċeduri japplikaw? 8.
9. Min jagħmel it-talba jkollu jħallas xi drittijiet biex jiftaħ kawża fil-qorti? Jekk iva, kemm jistgħu jkunu? Jekk il-mezzi ta’ din il-persuna ma jippermettux, tista’ din tikseb xi għajnuna legali sabiex tkopri l-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. X’tip ta’ manteniment jista jkun ordnat? Jekk tkun ordnata xi għajnuna, kif titqies? Tista’ ssir xi reviżjoni tad-deċiżjoni sabiex ikunu koperti bidliet fl-għoli tal-ħajja jew fiċ-ċirkustanzi tal-familja? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment? 11.
12. Jekk il-persuna li qed tintalab tagħti l-manteniment ma tħallasx minn jeddha, x’azzjoni tista’ tittieħed sabiex tkun imġiegħla tħallas? 12.
13. Hemm xi organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li tista’ tgħinni nirkupra l-manteniment tiegħi? 13.
14. Jistgħu dawn iħallsu l-manteniment jew parti minnu huma stess minflok il-persuna li qiegħda tintalab tagħti l-manteniment 14.
14.a) Jekk il-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tinsab fir-Repubblika ta’ l-Irlanda u l-persuna li qed titlob il-manteniment għandha r-residenza tagħha f’pajjiż ieħor: 14.a)
15. Tista’ l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tikseb l-assistenza ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fir-Repubblika ta’ l-Irlanda? 15.
16. Jekk iva, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 16.
17. X’tip ta’ assistenza tista’ tirċievi l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni mingħand dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 17.
17.a) Jekk il-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tinsab f’pajjiż ieħor u l-persuna li għandha tagħti l-manteniment tinsab fl-Irlanda: 17.a)
18. Tista’ l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tressaq talba għal xi tagħrif direttament quddiem organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Irlanda? 18.
19. Jekk iva, kif jistgħu jkunu kkuntattjati dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)? 19.
20. X’tip ta’ assistenza tista’ tagħti din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) lill-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni? 20.

 

1. Xi jkopru l-kunċetti tal-“manteniment” u “l-obbligu tal-manteniment” fil-liġi ta’ l-Irlanda?

Liema persuni jridu jħallsu “manteniment” lil persuna oħra?

  • Ġenituri miżżewġin lil uliedhom? Iva
  • Ulied lill-ġenituri? Le
  • Persuna ddivorzjata lill-persuna li kienet miżżewġa magħha? Iva
  • Oħrajn? Koppji mhux miżżewġa – l-ulied biss huma intitolati għall-manteniment

F’liema każijiet?

Il-manteniment huwa d-dritt li jista’ jkun infurzat bil-liġi għal għajnuna finanzjarja li konjugi dipendenti (inklużi persuni ddivorzjati) u tfal dipendenti għandhom kontra l-ġenituri (jew xi ħadd minnhom) jew il-persuni ma’ min kienu miżżewġa.

2. Sa liema età jistgħu l-ulied jibbenefikaw mill-manteniment?

Normalment sa meta jkollhom 18-il sena – imma sa 23 fejn it-tfal jibqgħu jistudjaw full-time.

3. F’liema każijiet tapplika l-liġi ta’ l-Irlanda?

B’mod ġenerali, l-Att dwar il-Manteniment tal-Konjugi u t-Tfal 1976 – normalment fil-Qorti tad-Distrett fir-rigward ta’ ħlas massimu ta’ € 500.00 għall-konjugi, € 150.00 kull wieħed u waħda mill-ulied fil-ġimgħa. Fil-kawżi ta’ Separazzjoni u ta’ Divorzju bil-Qorti, ammonti mhux limitati normalment ikunu ttrattati fis-Circuit Court [il-Qorti tat-Talbiet iż-Żgħar] – u xi każijiet fil-High Court [il-Qorti Superjuri].

4. Fejn din il-liġi ma tapplikax, liema liġi japplikaw il-qrati ta’ l-Irlanda?

Jekk kemm il-persuna li titlob il-manteniment kif ukoll il-persuna li għandha tagħti l-manteniment jinsabu fl-Irlanda:

FuqFuq

N/A

5. Biex tieħu l-manteniment, trid tapplika quddiem organizzazzjoni speċfika, dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) jew tagħmel rikors fil-Qorti?

Normalment, issir talba fil-Qorti mill-persuna dipendenti permezz ta’ kawża ċivili kontra l-konjugi l-ieħor (Ara n-Nru 3).

5.a) Kif napplika għall-manteniment quddiem din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali), u xi proċeduri japplikaw?

Ara aktar ’il fuq u n-Nru 3

6. Tista’ tagħmel talba f’isem xi ħadd jiġi minnek, qarib, jew tfal taħt l-età?

Normalment ikun xi ħadd mill-ġenituri li jaġixxi f'isem l-ulied li ma jkollhomx min jipprovdilhom. Madankollu, il-liġi tistipula li l-Kuraturi (li jistgħu jinħatru mill-Qorti) u ċerti persuni ġuridiċi jistgħu jiftħu kawża f’dan is-sens.

7. Jekk il-persuna li qed titlob il-manteniment bi ħsiebha tiftaħ kawża fil-qorti, kif tkun taf liema qorti għandha ġuriżdizzjoni?

Ara n-Nru 3 għal-limiti li japplikaw bħalissa fir-rigward tal-ġurisdizzjoni. Fejn ġa nfetħet kawża matrimonjali – ikun irid isir rikors fis-Circuit jew il-High Court, huwa kemm huwa l-ammont mitlub.

8. Min jagħmel it-talba jrid juża intermedjarju biex jiftaħ kawża fil-qorti (p.e. avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) eċċ.)? Jekk le, xi proċeduri japplikaw?

Le, ir-rikors jista’ jinfetaħ personalment imma normalment jitqabbdu Konsulent/(a) Legali [Solicitor]. Fl-Irlanda hemm Skema ta’ Għajnuna Legali fir-rigward tal-Kawżi Ċivili. Din l-iskema toffri rrappreżentanza lil litiganti fil-qasam tal-Liġi tal-Familja li ma jistgħux iħallsu biex ikunu rrappreżentati minn persuna tal-liġi.

FuqFuq

9. Min jagħmel it-talba jkollu jħallas xi drittijiet biex jiftaħ kawża fil-qorti? Jekk iva, kemm jistgħu jkunu? Jekk il-mezzi ta’ din il-persuna ma jippermettux, tista’ din tikseb xi għajnuna legali sabiex tkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Le. Fl-Irlanda, il-kawżi kollha marbuta mal-Liġi tal-Familja huma eżentati mid-Drittijiet tal-Qorti li normalment japplikaw.

10. X’tip ta’ manteniment jista jkun ordnat? Jekk tkun ordnata xi għajnuna, kif titqies? Tista’ ssir xi reviżjoni tad-deċiżjoni sabiex ikunu koperti bidliet fl-għoli tal-ħajja jew fiċ-ċirkustanzi tal-familja?

Il-kriterji normali huma l-bilanċ bejn il-ħtiġijiet raġonevoli u l-kapaċità li jsir il-ħlas. L-imġiba tista’ f’xi każi tkun rilevanti (fejn min qiegħed jagħmel it-talba telaq mingħajr kawża raġonevoli).

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment?

Normalment, bi ħlas dirett lill-persuna kreditriċi. Madankollu, il-kredituri għandhom dritt assolut li l-ħlas isir tramite l-Uffiċċju tal-Qorti. Fejn il-Qorti tikkunsidara li jkun neċessarju, il-pagi jew salarju tal-persuna debitriċi jista’ jintrabat u jingħataw istruzzjonijiet lil min iħaddem sabiex inaqqas il-ħlasijiet biex jgħaddu lill-persuna kreditriċi.

12. Jekk il-persuna li qed tintalab tagħti l-manteniment ma tħallasx minn jeddha, x’azzjoni tista’ tittieħed sabiex tkun imġiegħla tħallas?

L-Uffiċċju lokali tal-Qorti tad-Distrett jipproċedi għan-Nri 1 u 2 li jidhru hawn taħt

FuqFuq

  1. Billi Jintrabat id-dħul
  2. Billi Jintrabat id-dħul u tinħareġ ordni għall-arrest

    Billi ssir Ċitazzjoni għall-Infurzar
    Billi tinfetaħ Kawża Ċivili bħal fil-każ ta’ kull dejn ieħor
    Billi tingħata Sentenza kontra l-proprjetà

13. Hemm xi organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li tista’ tgħinni nirkupra l-manteniment tiegħi?

F’kull Uffiċċju tal-Qorti tad-Distrett jekk il-ħlas isir taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, l-uffiċjal tal-Qorti jista’ jirkupra direttament il-ħlasijiet li kien ordnat li jistgħu jsiru tramite l-istess uffiċjal billi tinħareġ Ordni għall-Arrest jew biex Jintrabat id-Dħul.

14. Jistgħu dawn iħallsu l-manteniment jew parti minnu huma stess minflok il-persuna li qiegħda tintalab tagħti l-manteniment

Le.

Il-persuna debitriċi waħedha hija responsabbli għall-ħlas tal-Manteniment, li għandu jitħallas minnha direttament jew jitnaqqas mill-għajn tas-salarju tagħha.

14.a) Jekk il-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tinsab fir-Repubblika ta’ l-Irlanda u l-persuna li qed titlob il-manteniment għandha r-residenza tagħha f’pajjiż ieħor:

Taħt l-Att dwar l-Ordnijiet ta’ Manteniment 1974, jekk il-Persuna Intimata tgħix fir-Renju Unit, l-Irlanda ta’ Fuq, l-Iskozja jew Wales, l-Ordnijiet ta’ Manteniment jistgħu jsiru kontra l-partijiet f’din il-ġurisdizzjoni u jkunu infurzati fil-ġurisdizzjonijiet ta’ barra. Taħt l-Att ta’ l-1994 dwar il-Manteniment, jekk ikun hemm ordni eżistenti ta’ mantenimenti, il-Persuna li tagħmel il-Petizzjoni tista’ wkoll tapplika quddiem Awtorità Ċentrali sabiex tinforza l-ordni bit-trażmissjoni ta’ l-ordni msemmija lill-Awtorità Ċentrali fil-ġurisdizzjoni fejn tgħix il-persuna li għandha tħallas il-manteniment (sakemm il-persuna li għandha tħallas il-manteniment tgħix f’pajjiż li huwa firmatarju  tal-Konvenzjoni ta’ New York 1956).

FuqFuq

15. Tista’ l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tikseb l-assistenza ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fir-Repubblika ta’ l-Irlanda?

Iva

Normalment, l-Uffiċjal tal-Qorti li huwa/hija magħrufa bħala d-“District Court Clerk” [l-“Iskrivan/(a) tal-Qorti tad-Distrett”] rilevanti fir-rigward ta’ l-Ordnijiet tal-Qorti tad-Distrett.

16. Jekk iva, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

L-Uffiċċju tal-Qorti rilevanti jista’ jkun ikkuntattjat kif ġej

  • bit-telefown
  • b’ittra
  • billi tmur personalment
  • bil-posta elettronika

17. X’tip ta’ assistenza tista’ tirċievi l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni mingħand dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Assistenza fir-rigward ta’ kawżi ta’ manteniment għall-irkupru ta’ ħlasijiet dovuti (Ara n-Nri 12 u 13).

17.a) Jekk il-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tinsab f’pajjiż ieħor u l-persuna li għandha tagħti l-manteniment tinsab fl-Irlanda:

Ara n-Nru 14.a) – dwar rikorsi bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda

Skond fejn tinsab il-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni, din taf tkun tista’ tagħmel rikors biex tkun infurzata ordni eżistenti taħt id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma 1990 jew il-Konvenzjoni ta’ New York 1956 għall-irkupru ta’ ħlasijiet ta’ Manteniment.

18. Tista’ l-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni tressaq talba għal xi tagħrif direttament quddiem organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) fl-Irlanda?

It-talbiet għat-tagħrif jistgħu jsiru lill-Iskrivan/(a) tal-Qorti tad-Distrett kif stipulat fin-Nru 15.

19. Jekk iva, kif jistgħu jkunu kkuntattjati dik l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali)?

Ara n-Nru 16.

20. X’tip ta’ assistenza tista’ tagħti din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) lill-persuna li qed tagħmel il-petizzjoni?

Ara n-Nri 12, 13.

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 11-04-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit