Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 06-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


"Ma nistax inġiegħel lil xi ħadd fi Stat mhux Membru biex iħallasni l-manteniment."

Sabiex iġġiegħel debitur tal-manteniment fi Stat barra l-Unjoni Ewropea iħallas il-manteniment, trid tuża l-qrati ta’ l-Istat li fih trid li s-sentenza tiegħek tkun infurzata. Il-konvenzjonijiet internazzjonali bħal dawk li huma elenkati hawn taħt jistgħu jgħinuk tinforza t-talba tiegħek għall-manteniment barra l-pajjiż.

  • Il-Konvenzjoni ta’ New York English - français ta’ l-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-irkupru tal-manteniment barra l-pajjiż (Nazzjonijiet Uniti) tistabbilixxi arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti;
  • Il-Konvenzjonijiet ta’ l-Aja ta’ l-1958 English - français u l-1973 English - français li jikkonċernaw ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ obbligazzjonijiet tal-manteniment, jistabbilixxu arranġament bejn il-partijiet kontraenti għal rikonoxximent u infurzar reċiproku u regoli applikabbli għall-għajnuna legali (ara "L-għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali");
  • Il-Konvenzjonijiet ta’ l-Aja ta’ l-1956 English - français u l-1973 English - français dwar il-liġi applikabbli għal obligazzjonijiet tal-manteniment jagħtu prijorità lil-liġi tar-residenza ordinarja tat-tarbija in kwistjoni jew tal-kredituri tal-manteniment b’mod ġenerali (jew il-liġi tal-pajjiż tar-residenza ordinarja ġdida fil-każ ta’ bidla fir-residenza ordinarja). Iżda hemm numru ta’ eċċezzjonijiet:

    FuqFuq

    • Il-liġi li tirregola l-obbligi tal-manteniment bejn konjuġi li jkunu ddivorzjati jew separati hija l-liġi applikabbli għad-divorzju jew is-separazzjoni;
    • L-applikazzjoni tal-liġi speċifikata mill-Konvenzjoni tista’ tkun rifjutata biss jekk tkun manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika;
    • Fil-każ ta’ obbligazzjoni tal-manteniment bejn persuni li jiġu minn xulxin kollateralment jew b’affinità, id-debitur jista’ jikkontesta talba tal-kreditur għar-raguni li m’hemm ebda obbligazzjoni ta’ dik ix-xorta skond il-liġi tan-nazzjonalità komuni tagħhom jew il-liġi tal-post tar-residenza abitwali tad-debitur.

    Barra dan, iż-żewġ Konvenzjonijiet ma jaqblux fuq ċerti punti:

    • Il-Konvenzjoni ta’ l-1956 tistabbilixxi l-liġi applikabbli għal obbligi tal-manteniment li jirrigwardaw it-tfal biss, waqt li l-Konvenzjoni ta’ l-1973 tapplika għal obbligi tal-manteniment li joħorġu minn relazzjoni familjari, parentela, żwieġ jew affinità, inkluż obbligu ta’ manteniment fir-rigward ta’ wild li ma jkunx leġittimu;
    • Il-Konvenzjoni ta’ l-1956 tapplika biss jekk il-liġi speċifikata tkun dik ta’ Stat kontraenti, waqt li l-Konvenzjoni ta’ l-1973 hija universali billi tapplika anki jekk il-liġi applikabbli tkun dik ta’ Stat li mhux kontraenti.

Dawn id-diverġenzi jagħtu lok għal komplikazzjonijiet. Barra dan, il-ħames Konvenzjonijiet m’humiex komplementari u ma jipprovdux mod ħafif u effettiv biex jinstabu debituri li jkunu qed ifittxu li jaħarbu mill-obbligi tagħhom. Għal dawk ir-raġunijiet qed jiġi kkonsidrat li ssir reviżjoni ġenerali ta’ dawk l-obbligazzjonijiet biex ikunu inkorporati f’konvenzjoni ġenerali ġdida dwar l-obbligazzjonijiet tal-manteniment.

Dokumenti ta’ referenza

  • Il-Konvenzjoni ta’ New York English - français ta’ l-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-irkupru tal-manteniment barra l-pajjiż (Nazzjonijiet Uniti);
  • Il-Konvenzjoni English - français li tikkonċerna r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ l-obbligazzjonijiet tal-manteniment lejn it-tfal (Il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat);
  • Il-Konvenzjoni English - français dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ l-obbligazzjonijiet tal-manteniment (Il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat);
  • Il-Konvenzjoni English - français dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi tal-manteniment lejn it-tfal (Il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat);
  • Il-Konvenzjoni English - français dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi tal-manteniment (Il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat).

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit