Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 27-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi jfissru t-termini “manteniment” u “talba ta’ manteniment” fil-liġi Ġermaniża? Min jista’ jagħmel talba ta’ manteniment kontra persuni oħra? 1.
2. Sa liema età minuri jkun jista’ jibbenefika minn talbiet ta’ manteniment ? 2.
3. F’liema każijiet tapplika l-liġi Ġermaniża? 3.
4. Il-liġi ta’ liema pajjiż japplikaw il-qrati Ġermaniżi jekk il-liġi tagħhom stess ma tapplikax? (jekk kemm il-parti intitolata għall-manteniment kif ukoll il-parti li trid tħallas il-manteniment minnha jkunu residenti fil-Ġermanja) 4.
5. Il-parti intitolata għall-manteniment, trid tapplika quddiem organizzazzjoni partikulari, dipartiment amministrattiv (ċentrali jew lokali) jew qorti sabiex it-talba ta’ manteniment tingħata għarfien? 5.
5.A. Kif nista’ napplika quddiem din l-organizzazzjoni jew dipartiment amministrattiv (ċentrali jew lokali) għall-manteniment, u x’inhi l-proċedura li tapplika? 5.A.
6. It-talba tista’ ssir f’isem qarib, ħabib intimu jew tfal taħt l-età? 6.
7. Kif jista’, applikant li jrid jirreferi l-każ lill-qorti, ikun jaf liema tkun il-qorti kompetenti? 7.
8. Min jagħmel it-talba jeħtieġ rappreżentant (avukat jew xi ħadd ieħor) sabiex itella’ l-każ il-qorti? 8.
9. Min jagħmel it-talba jidħol f’xi spejjeż bħala riżultat tal-kawża? Jekk iva, kemm jitilgħu bejn wieħed u ieħor dawn l-ispejjeż? Jista’ min jagħmel it-talba u jkollu mezzi finanzjarji inadegwati jagħmel talba għall-għajnuna legali? 9.
10. X’forma aktarx jieħu l-appoġġ mogħti mill-qorti? Fil-każ ta’ ħlas ta’ manteniment, kif jiġi ddeterminat il-livell tiegħu? Kif jiġi aġġustat biex jikkorrispondi mal-bidliet fl-għoli tal-ħajja u bidliet fis-sitwazzjonijiet tal-familja? 10.
11. Kif jitħallas il-manteniment, u lil min? 11.
12. Jekk debitur ma jkunx irid jagħti ħlas ta’ manteniment, kif jista’ jkun imġiegħel jagħmel dan? 12.
13. L-organizzazzjonijiet u d-dipartiment amministrattivi (ċentrali jew lokali) jassistu fil-ġbir tal-ħlasijiet tal-manteniment? 13.
14. Jistgħu dawn l-entitajiet jagħtu huma stess il-ħlas tal-manteniment, sħiħ jew parzjalment, minflok id-debitur? X’jiġri jekk min jagħmel it-talba jgħix fil-Ġermanja imma d-debitur jgħix barra mill-pajjiż? 14.
15. Jista’ min jagħmel it-talba jitlob assistenza minn organizzazzjoni jew dipartiment amministrattiv (ċentrali jew lokali)? 15.
16. Jekk iva, x’inhuma l-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi? 16.
17. Taħt liema forma jipprovdu l-assistenza dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi? 17.
18. Jista’ min qed jagħmel it-talba japplika direttament għand dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi? 18.
19. Jekk iva, x’inhuma l-ismijiet u l-indirizza ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi? 19.
20. Taħt liema forma jagħtu l-assistenza dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi? 20.

 

1. Xi jfissru t-termini “manteniment” u “talba ta’ manteniment” fil-liġi Ġermaniża? Min jista’ jagħmel talba ta’ manteniment kontra persuni oħra?

  • It-tfal kontra l-ġenituri
  • Il-ġenituri kontra t-tfal
  • Il-miżżewġin kontra xulxin
  • Il-(pro-) neputijiet kontra l-(buż-) nanniet
  • Il-(buż-) nanniet kontra l-(pro-) neputijiet
  • Ġenituri li ma jkunux miżżewġa lil xulxin kontra xulxin
  • Sħab f’relazzjoni konjugali rreġistrata, kontra xulxin.

2. Sa liema età minuri jkun jista’ jibbenefika minn talbiet ta’ manteniment ?

M’hemmx limitu ta’ l-età.

3. F’liema każijiet tapplika l-liġi Ġermaniża?

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja rratifikat il-Konvenzjoni ta’ The Hague dwar il-Liġi Li Tapplika għall-Obbligi tal-Manteniment (aktar ’il quddiem imsejħa: il-Konvenzjoni) fit-2 ta’ Ottubru 1973. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-Repubblika Federali fl-1 ta’ April 1987. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-kunflitt tal-liġijiet ġew inkorporati fl-Artikolu 18 ta’ l-Att Introduttorju Ġermaniż li għandu x’jaqsam mal-Kodiċi Ċivili (Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuch - EGBGB).

Skond din id-dispożizzjoni, il-liġi tal-post tas-soltu tar-residenza tal-parti intitolata għall-manteniment hija deċiżiva għall-iskopijiet biex jiġi ddeterminat obbligu ta’ maneteniment. Dan ifisser illi l-liġi Ġermaniża tapplika jekk il-persuna intitolata għall-manteniment tkun residenti fil-Ġermanja. Jekk il-liġi tal-post fejn soltu tkun tgħix il-parti intitolata għall-manteniment ma tagħtix lok għal talba ta’ manteniment, it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 18(1) EGBGB sussegwentement tipprovdi biex il-liġi li tapplika tkun il-liġi ta’ dak il-pajjiż li għalih ikunu jappartjenu kemm il-parti intitolata għall-manteniment kif ukoll il-parti responsabbli li tħallsu. Meta la l-liġi tal-post tas-soltu ta’ residenza u lanqas il-liġi tal-pajjiż li minnu jkunu joriġinaw ma jagħtu lok għal talba ta’ manteniment, tapplika l-liġi Ġermaniża bis-saħħa ta’ l-Artikolu 18(2) EGBGB.

FuqFuq

Hemm żewġ eċċezzjonijiet għar-rabta fil-prinċipju bejn l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(2) EGBGB:

Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 18(5) EGBGB, il-liġi Ġermaniża tapplika jekk kemm il-parti intitolata kif ukoll il-parti responsabbli jkunu Ġermaniżi u l-parti responsabbli tkun tgħix normalment fil-Ġermanja. Barra minn dan, l-Artikolu 18(4) EGBGB fih dispożizzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment li jingħata wara d-divorzju. Skond din id-dispożizzjoni, it-talbiet għall-manteniment bejn il-miżżewġin li jkunu ddivorzjati jiġu deċiżi skond il-liġi li taħtha l-miżżewġin ikunu ngħataw id-divorzju, jekk id-divorzju jkun ippronunċjat jew jingħata għarfien fil-Ġermanja.

4. Il-liġi ta’ liema pajjiż japplikaw il-qrati Ġermaniżi jekk il-liġi tagħhom stess ma tapplikax? (jekk kemm il-parti intitolata għall-manteniment kif ukoll il-parti li trid tħallas il-manteniment minnha jkunu residenti fil-Ġermanja)

Jekk kemm il-parti responsabbli għall-ħlas tal-manteniment kif ukoll il-parti intitolata għall-manteniment ikunu residenti fil-Ġermanja, tapplika l-liġi Ġermaniża, minħabba li l-fatt li l-parti intitolata għall-manteniment tkun soltu tgħix fil-Ġermanja huwa l-kriterju deċiżiv għall-iskop ta’ l-applikazzjoni tal-liġi Ġermaniża. Jekk ir-residenza hawnhekk fil-Ġermanja tal-parti intitolata għall-manteniment ma tkunx tista’ titqies bħala r-residenza tas-soltu, il-liġi li tapplika tkun il-liġi tal-pajjiż li l-parti intitolata soltu tkun tgħix fih. Inkella, il-liġi li tapplika tkun il-liġi tal-pajjiż komuni ta’ l-oriġini tal-parti intitolata għall-manteniment u l-parti responsabbli għall-ħlas tiegħu. Jew inkella, tapplika l-liġi Ġermaniża, jiġifieri jekk il-parti intitolata għall-manteniment ma tirċievi ebda manteniment la skond il-liġi tal-pajjiż tar-residenza tas-soltu u lanqas skond il-liġi tal-pajjiz ta’ l-oriġini komuni.

FuqFuq

5. Il-parti intitolata għall-manteniment, trid tapplika quddiem organizzazzjoni partikulari, dipartiment amministrattiv (ċentrali jew lokali) jew qorti sabiex it-talba ta’ manteniment tingħata għarfien?

Sabiex obbligu ta’ manteniment jingħata għarfien, il-parti intitolata trid normalment tagħmel talba lill-qorti, lid-Dipartiment tal-Minuri jew lil nutar sabiex jinkiseb titolu eżegwibbli li fuq il-bażi tiegħu tkun tista’ tinġabar somma obbligatorja.

Il-kawżi kkontestati jistgħu jiġu trattati biss fil-qrati. Madankollu, l-obbligu għas-sistemazzjoni tat-talbiet jingħata għarfien quddiem nutar jew quddiem id-Dipartiment tal-Minuri. Il-ġurisdizzjoni tad-Dipartiment tal-Minuri hija ristretta meta mqabbla ma’ dik ta’ nutar, jiġifieri id-Dipartiment tal-Minuri jistabbilixxi l-obbligu fil-każ tal-manteniment tal-minuri sa l-età ta’ 21 sena jew it-talbiet magħmula minn omm jew missier fir-rigward ta’ twelid tat-tarbija.

5.A. Kif nista’ napplika quddiem din l-organizzazzjoni jew dipartiment amministrattiv (ċentrali jew lokali) għall-manteniment, u x’inhi l-proċedura li tapplika?

Kull talba statutorja ta’ manteniment trid tiġi affermata bħala każ tal-famija b’kawża jew bi proċedura ssimplifikata fil-Qorti tal-Familja. Il-kawżi huma rregolati bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċeduri Ċivili.

6. It-talba tista’ ssir f’isem qarib, ħabib intimu jew tfal taħt l-età?

Kull min jagħmel talba jrid fil-prinċipju jaffermaha huwa stess. Ma tistax issir talba f’isem xi ħadd li tkun jaf  Hemm eċċezzjoni fil-każ li min jagħmel it-talba jkun minuri. F’dan il-każ, ġenitur wieħed jista’ jafferma t-talba ta’ manteniment tal-minuri kontra l-ġenitur l-ieħor f’ismu stess.

FuqFuq

7. Kif jista’, applikant li jrid jirreferi l-każ lill-qorti, ikun jaf liema tkun il-qorti kompetenti?

Il-ġurisdizzjoni ġenerali tal-post fejn jgħix il-konvenut fil-prinċipju tapplika wkoll fil-każ tal-proċedimenti għall-manutenzjoni. Fil-każ ta’ kawżi li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-obbligu statutorju ta’ manteniment ta’ ġenitur wieħed jew taż-żewġ ġenituri lejn il-minuri, il-ġurisdizzjoni esklussiva tkun dik tal-qorti fejn il-minuri jew il-ġenitur li jkun qiegħed jirrappreżenta lill-minuri għal skopijiet legali jkollu l-ġurisdizzjoni ġenerali tiegħu. Madankollu, dan ma japplikax jekk il-minuri jew il-ġenitur ikollhom il-ġurisdizzjoni ġenerali tagħhom barra l-pajjiż.

Il-wild jista’ jiftaħ kawża wkoll fejn jitlob li ż-żewġ ġenituri jeżegwixxu l-obbligi ta’ manutenzjoni, fil-qorti fejn il-missier jew l-omm ikollhom ġurisdizzjoni.

8. Min jagħmel it-talba jeħtieġ rappreżentant (avukat jew xi ħadd ieħor) sabiex itella’ l-każ il-qorti?

Mhux normalment meħtieġ li wieħed ikollu rappreżentanza legali biex jagħmel talba ta’ manteniment fil-qorti. Il-kontra japplika fil-każ fejn it-talbiet ta’ manteniment marbuta ma’ obbligu statutorju ta’ manteniment fuq il-bażi taż-żwieġ u talbiet fir-rigward ta’ minuri fil-kustodja tat-tnejn isiru bħala kwistjoni sekondarja f’kawża tad-divorzju. F’dan il-każ, il-miżżewġin iridu jkunu rrappreżentati minn avukat li jkun jista’ jidher quddiem qorti distrettwali jew qorti reġjonali.

FuqFuq

9. Min jagħmel it-talba jidħol f’xi spejjeż bħala riżultat tal-kawża? Jekk iva, kemm jitilgħu bejn wieħed u ieħor dawn l-ispejjeż? Jista’ min jagħmel it-talba u jkollu mezzi finanzjarji inadegwati jagħmel talba għall-għajnuna legali?

L-ispejjeż (drittijiet u ħlasijiet) jitħallsu fir-rigward tal-kawżi legali marbuta ma’ l-obbligu statutorju ta’ manteniment ibbażat fuq ir-relazzjoni mal-familja jew fuq iż-żwieġ. Il-dritt tal-qorti, li jitħallas fi tliet partijiet, ikun dovut meta t-talba ssir fil-qorti. L-ammont tad-dritt huwa ddeterminat skond il-valur tal-każ quddiem il-qorti. L-ispejjeż l-oħra tal-qorti (ħlasijiet lix-xhieda u lill-esperti, ngħidu aħna) jiġu ddeterminati skond il-valur tal-każ quddiem il-qorti. L-ammont rilevanti huwa s-somma mitluba bħala manteniment għall-ewwel tnax-il xahar wara li ssir it-talba lill-qorti, imma fi kwalunkwe każ, mhux aktar mill-ammont totali tal-ħlas mitlub. L-ammonti li jkunu diġà jridu jitħallsu bħala manteniment meta ssir it-talba fil-qorti jiżdiedu ma’ dawn.

Eżempju:

Jekk ir-reppreżentant leġittimu ta’ minuri ta’ 10 snin jagħmel talba għall-manteniment normali (fil-preżent €241 fix-xahar), il-valur ikkontestat tal-proċedimenti ikun ta’ €2 892. F’dan il-każ, id-dritt tal-qorti huwa ġeneralment ta’ €267 (€89 x 3). Jekk il-mara ta’ perit titlob is-separazzjoni u manteniment ta’ €1 900 fix-xahar għall-kura tas-saħħa, il-valur ikkontestat ikun ta’ €22 800. Id-dritt tal-qorti huwa ta’ €933 (€311 x 3). Għalhekk ġeneralment wieħed ma jiltaqax ma’ dikjarazzjonijiet dwar l-ammonti ta’ l-ispejjeż. Jekk ikun japplika, il-ħlas ta’ l-avukat imqabbad biex jipproteġi d-dritt irid jitħallas b’żieda mad-drittijiet tal-qorti.

FuqFuq

L-ammont tal-ħlasijiet jidhru fit-tabella tal-ħlasijiet għall-valuri kkontestati sa €500 000:

Valur ikkontestat sa € ...

Dritt € ...

Valur ikkontestat sa € ...

Dritt € ...

300

25

40.000

398

600

35

45.000

427

900

45

50.000

456

1.200

55

65.000

556

1.500

65

80.000

656

2.000

73

95.000

756

2.500

81

110.000

856

3.000

89

125.000

956

3.500

97

140.000

1.056

4.000

105

155.000

1.156

4.500

113

170.000

1.256

5.000

121

185.000

1.356

6.000

136

200.000

1.456

7.000

151

230.000

1.606

8.000

166

260.000

1.756

9.000

181

290.000

1.906

10.000

196

320.000

2.056

13.000

219

350.000

2.206

16.000

242

380.000

2.356

19.000

265

410.000

2.506

22.000

288

440.000

2.656

25.000

311

470.000

2.806

30.000

340

500.000

2.956

35.000

369

L-ispejjeż jitħallsu primarjament mill-parti ordnata tħallashom mill-qorti fid-deċiżjoni. Fil-prinċipju, il-parti li titlef il-kawza trid tħallas l-ispejjeż.

Min jagħmel it-talba u jkollu mezzi finanzjarji inadegwati jista’ japplikaw għall-għajnuna legali.

10. X’forma aktarx jieħu l-appoġġ mogħti mill-qorti? Fil-każ ta’ ħlas ta’ manteniment, kif jiġi ddeterminat il-livell tiegħu? Kif jiġi aġġustat biex jikkorrispondi mal-bidliet fl-għoli tal-ħajja u bidliet fis-sitwazzjonijiet tal-familja?

Il-manteniment normalment jitħallas bħala ħlas finanzjarju. Il-livell tal-manteniment jigi ddeterminat mill-ħtiġijiet tal-parti intitolata għall-manteniment u l-kapaċità tal-parti responsabbli għall-manteniment. Il-qrati reġjonali superjuri fasslu tabelli u linji ta’ gwida f’dan ir-rigward li jassistu biex tiġi ddeterminata r-rata fissa għall-ammonti rilevanti ta’ manteniment. L-iktar waħda magħrufa hija t-tabella ta’ Düsseldorf, li tintuża ħafna sabiex jiġi kkalkulat il-livell tal-manteniment tat-tfal.

Jekk il-manteniment jigi speċifikat bħala somma finanzjarja partikulari, din tista’ tiġi emendata f’każ ta’ bidla sinifikanti fiċ-ċirkustanzi. F’dan il-każ, għandha ssir talba għal emenda.

FuqFuq

Jekk wild taħt l-eta’ li ma jgħixx taħt l-istess saqaf ma’ wieħed mill-ġenituri kellu l-manteniment iddeterminat bħala perċentwal mill-ammont normali rispettiv, il-manteniment jiġi aġġustat awtomatikament kull sentejn skond il-bidliet fl-ammont normali. Għalhekk, f’dan il-każ, mhi meħtieġa l-ebda talba ta’ emenda.

11. Kif jitħallas il-manteniment, u lil min?

Il-manteniment, fil-prinċipju, jitħallas kull xahar bil-quddiem bi ħlasijiet finanzjarji, li jridu jitħallsu lill-parti intitolata għall-manteniment jew, fil-każ ta’ tfal taħt l-età, lill-ġenitur li jieħu ħsiebhom, jew lill-parti li għal xi raġuni oħra tkun intitolata tirċievi l-ħlas.

12. Jekk debitur ma jkunx irid jagħti ħlas ta’ manteniment, kif jista’ jkun imġiegħel jagħmel dan?

Waħda mill-possibilitajiet tikkonsisti fl-infurzar obbligatorju tal-manteniment stabbilit. L- infurzar obbligatorju jinkiseb skond ir-regoli ġenerali.

L-obbligu impost fuq il-parti responsabbli għall-manteniment madanakollu jingħata aktar piż bil-fatt illi ksur ta’ dan l-obbligu jista’ jiġi ppenalizzat skond il-liġi kriminali.

Kull min jikser obbligu ta’ manteniment jista’ jeħel sa tliet snin ħabs jew inkella multa. Jekk bilfors ikollu jingħata żmien il-ħabs imma s-sentenza tiġi sospiza, il-qorti tista’ tagħti istruzzjonijiet lill-parti kkundannata sabiex din tosserva l-obbligi tagħha ta’ manteniment. Il-qorti tirrevoka s-sospensjoni tas-sentenza jekk il-parti kkundannata tikser din l-ordni b’mod gravi jew persistenti u b’hekk tagħti raġuni li wieħed jibża’ li se tikkommetti offiżi kriminali oħra, partikularment ksur ta’ l-obbligu ta’ manteniment.

FuqFuq

Fil-każ ta’ min jinsab ħati għall-ewwel darba, madanakollu, l-uffiċċju tal-prosekuturi uffiċjali jista’ b’mod provviżorju joqgħod lura milli jipproċedi u l-qorti tista’ b’mod provviżorju twaqqaf il-kawża kriminali jekk il-parti li tinsab ħatja fl-istess ħin tingħata istruzzjonijiet biex tosserva obbligi ta’ manteniment f’somma partikulari.

13. L-organizzazzjonijiet u d-dipartiment amministrattivi (ċentrali jew lokali) jassistu fil-ġbir tal-ħlasijiet tal-manteniment?

Ordni ta’ manteniment hija ordni normali ta’ infurzar fir-rigward ta’ talba finanzjarja, u għalhekk il-parti intitolata għall-manteniment trid fil-prinċipju tosserva r-regoli normali ta’ l-infurzar u trid tinforza t-talba tagħha hija stess.

Madanakollu, id-Dipartiment tal-Minuri jassisti fil-ġbir fil-każ ta’ għajnuna għal wild (L-Artikoli 1712 et seq. tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (Bürgerliches Gesetzbuch - BGB). Arranġament ta’ għajnuna huwa stabbilit skond l-Artikolu 1713 tal-kodiċi ċivili jekk il-ġenitur li jagħmel it-talba għandu waħdu l-kura tal-wild jew jekk iż-żewġ ġenituri jkollhom il-kura konġunta imma l-ġenitur li qed jagħmel it-talba ikollu l-wild fil-kustodja tiegħu.

Trid issir distinzjoni bejn dan u l-każijiet fejn isiru ħlasijiet partikulari tas-sigurtà soċjali (li jkopru ħtieġa li kienet tkun attwlament koperta bil-manteniment) lil parti intitolata għall-manteniment. Jekk min jirċievi dawn il-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali ikollu talba ta’ manteniment kontra parti responsabbli li ma tkunx għadha ġiet sodisfatta, din it-talba għall-manteniment fil-prinċipju tingħadda lill-awtorità pubblika kompetenti, li mbagħad tista’ tasserixxi t-talba għall-manteniment f’isimha stess:

FuqFuq

  • F’każijiet partikulari (jekk wild jitrabba minn ġenitur waħdu u l-ġenitur l-ieħor ma jħallas l-ebda manteniment fi flus), ikun hemm ħlasijiet għal perjodu limitat skond l- l-Att Ġermaniż dwar il-Ħlas tal-Manteniment bil-Quddiem (Unterhaltsvorschussgesetz - UVG). F’dawn il-każijiet, l-uffiċċju għall-ħlas tal-manteniment bil-quddiem jiġbor il-manteniment li jingħaddielu.
  • Barra minn hekk, jekk ma jitħallas l-ebda manteniment mill-parti responsabbli għal dan il-ħlas u tkun trid titħallas is-sigurtà soċjali (sakemm ikunu osservati l-ħtiġiet l-oħra tat-talba), it-talbiet għall-manteniment jgħaddu lil min jipprovdi s-sigurtà soċjali (bl-istess mod bħal fil-każ tal-ħlasijiet tal-manteniment bil-quddiem imsemmija iktar ’il fuq) u mbagħad din tista’ tagħmel talba għalihom. Fil-każ ta’ ħlasijiet ta’ ħarsien bażiku għal dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol, id-dritt ikun ittrasferit biss b’avviż bil-miktub minn min jipprovdi l-ħlas lill-parti responsabbli għall-manteniment.

14. Jistgħu dawn l-entitajiet jagħtu huma stess il-ħlas tal-manteniment, sħiħ jew parzjalment, minflok id-debitur? X’jiġri jekk min jagħmel it-talba jgħix fil-Ġermanja imma d-debitur jgħix barra mill-pajjiż?

Il-ħlasijiet skond l-Att dwar il-Ħlas tal-Manteniment bil-Quddiem u l-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali u l-ħarsien bażiku għal dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol, imsemmija fil-Mistoqsija 13, huma ħlasijiet indipendenti tas-sigurtà soċjali li huma limitati fil-kwantu tagħhom, u mhumiex ħlasijiet tal-manteniment fit-tifsira oriġinali tal-kelma. Dawn jitħallsu direttament mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti lil min jagħmel it-talba. Lanqas ma jiddependu fl-aħħarnett minn jekk il-manteniment jistax jinġabar (fil-Ġermanja jew barra mill-pajjiż). L-awtoritajiet pubbliċi li tkun ingħaddietilhom it-talba għall-manteniment jistgħu wkoll jasserixxu din it-talba barra mill-pajjiż f’ismijiethom stess.

FuqFuq

B’kuntrast mal-ħlasijiet skond l-Att dwar il-Ħlas tal-Manteniment bil-Quddiem u l-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali u l-ħarsien soċjali għal dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol, l-iffissar ta’ arranġament ta’ appoġġ skond l-Artikolu 1712 BGB ma jikkostitwix talba għall-ħlas separata kontra l-awtorità pubblika responsabbli. L-attività ta’ l-awtorità pubblika f’dan il-każ hija ristretta għall-appoġġ lill-parti intitolata fl-asseriment u l-infurzar tat-talba għall-manteniment.

15. Jista’ min jagħmel it-talba jitlob assistenza minn organizzazzjoni jew dipartiment amministrattiv (ċentrali jew lokali)?

Ordni ta’ manteniment hija ordni normali ta’ infurzar fir-rigward ta’ talba ta’ flus, u hekk il-parti intitolata għall-manteniment trid fil-prinċipju tosserva f-regoli normali ta’ l-infurzar.

L-appoġġ jingħata bil-mod stiopulat fit-tweġiba għall-Mistoqsija 13 meta jkun ġie stabbilit arranġament ta’ appoġġ.

16. Jekk iva, x’inhuma l-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi?

Id-Dipartimenti tal-Minuri normalment jinsabu fid-dipartimenti amministrattivi tal-kunsilli ta’ l-ibliet jew ta’ l-awtoritajiet reġjonali b’responsabbiltà ġeografika għall-post fejn jgħix il-wild jew il-ġenitur intitolat għall-manteniment.

L-istess japplika għal uffiċċji tas-sigurtà soċjali u uffiċċji għall-ħlas tal-manteniment bil-quddiem.

17. Taħt liema forma jipprovdu l-assistenza dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi?

Ara taħt il-Mistoqsija 13.

18. Jista’ min qed jagħmel it-talba japplika direttament għand dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi?

Iva.

19. Jekk iva, x’inhuma l-ismijiet u l-indirizza ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi?

Ara taħt il-Mistoqsija 16.

20. Taħt liema forma jagħtu l-assistenza dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti amministrattivi?

Ara taħt il-Mistoqsijiet 13 u 14.

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 27-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit