Kummissjoni Ewropea NGE Talbiet ta’manteniment
Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar AwtomatikuIl-liġi titlob li membri ta’ l-istess familja jagħtu assistenza lil xulxin fuq il-bażi ta’ solidarjetà familjari: il-ġenituri għandhom jitimgħu, jedukaw u jmantnu lil uliedhom; f’xi Stati Membri t-tfal għandhom jgħinu lill-ġenituri tagħhom f’każ ta’ bżonn; persuna ddivorzjata hija obbligata tħallas il-manteniment lil ex-konjuġi li jkollu/jkollha l-kustodja ta’ uliedhom.
Dan l-obbligu ġeneralment ikun sodisfatt b’pagament mensili magħruf bħala l-manteniment. Il-qorti tiffissa l-ammont tal-pagament u kondizzjonijiet għall-varjazzjoni tiegħu iżda tista’ teżenta ġenitur minn dak l-obbligu jekk hu jew hi jintrabtu li jipprovdu abitazzjoni, jitimgħu u jmantnu lill-wild.
Fil-prinċipju, il-ħlasijiet tal-manteniment huma personali u ma jistgħux jiġu trasferiti lil ħaddieħor.
Jekk il-pagamenti tal-mantentiment tiegħek qegħdin b’lura tista’ immedjatament tieħu passi bil-qorti sabiex tinforza l-ħlas (ara L-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti).
F’xi Stati Membri tista’ titlob ordni ta’ sekwestru għall-ammont ta’ manteniment kontra ammonti pagabbli lid-debitur minn persuni oħra (eż. min jimpjegah jew mill-bank).
Jekk il-proċedimenti ta’ l-infurzar ċivili ma jipproduċux ir-riżultat mixtieq, f’ċerti ċirkostanzi tista’ tkun intitolat li tapplika lill-qorti biex il-manteniment jinġabar permezz ta’ l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa.
Fl-aħħarnett, xi Stati Membri għandhom fondi pubbliċi disponibbli jekk kreditur tal-manteniment jonqos milli jħallas.
Tista’ ssib informazzjoni dwar il-proċeduri disponibbli f’pajjiż għall-infurzar ta’ pagamenti tal-manteniment u dwar l-awtoritajiet kompetenti billi tikklikkja fuq il-bandiera tal-pajjiż.
Tista’ ssib informazzjoni dwar l-infurzar ta’ ħlasijiet tal-manteniment fi Stat Membru differenti billi tikklikkja fuq l-ikona tal-liġi tal-Komunità.
Tista’ ssib ukoll informazzjoni dwar konvenzjonijiet internazzjonali billi tikklikkja fuq l-ikona tal-liġi Internazzjonali.
L-aħħar aġġornament: 02-03-2007

